[Ara dan u aktar artikli relevanti li dehru fil-ħarġa tal-15 ta' Settembru 2012 hawn.]
15.9.12
Meta f’pajjiżna tinqala’ xi kwistjoni li dwarha l-Knisja thoss li għandha titkellem, mill-ewwel iqumu s-soltu opinjonisti li jattakkaw l-awtoritajiet tagħha u jsostnu li f’Malta mhux bħal pajjizi oħra. Iżda dawn li suppost isegwu l-aħbarijiet u l-ġrajjiet kurrenti jafu li mhux hekk qed jiġri fil-pajjizi l-ohra tad-dinja fejn fin-nofs ikun hemm kwistjonijiet fundamentali.
Hekk pereżenpju għadu kemm ġara fl-Italja fejn il-President tal-Konferenza Episkopali indirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar deċizjoni tal-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fuq l-IVF u, aktar qabel, fl-Iskozja, fejn l-Isqfijiet mhux talli ħarġu juru ċae u tond it-tagħlim tal-Knisja dwar l-omosesswali imma nki ħarġu ittra pastorali li nqrat fil-Knejjes Insara t’hemmhekk. Bħalissa fl-Iskozja għaddejja diskussjoni dwar liġi li qed tiġi proposta mill-Gvern biex l-omosesswali li jgħixu flimkien ikunu kkunsidrati bħala familja.
Iżda mhux hekk f’pajjiżna. Kull darba li l-Isqfijiet tagħna jitkellmu dwar kwistjoni fundamentali, kull darba li jkunu jridu jispjegaw lill-Insara t-tagħlim tal-Knisja, spiss, jekk mhux kull darba, jiġu akkużati flimkien mal-kleru, bħala nies ta’ moħħ magħluq.
Meta, mhux ukoll, ma jiġux akkużati b’omofobija. Hekk għadna kemm smajna u qrajna dwar il-pożizzjoni tal-Isqfijiet tagħna dwar il-liġi tal-IVF.
X’ma smajniex kontra l-Knisja, l-Isqfijiet u saċerdoti tul il-kampanja tar-referendum dwar id-divorzju?
X’aħna nisimghu dwar l-ittra Pastorali tal-Isqfijiet dwar il-Ħajja Umana?
In the face of this attack on the sanctity of the family by all the three main political parties in Malta, the Church has remained practically silent! We the electorate now have no choice as no referendum has been called on this very serious issue. I suggest the church organise a national protest before the elections to show the politicians just how dear the family is to us Maltese.If the church does not at least try to do something about this dangerous situation it will have only itself to blame!
ReplyDelete