http://www.inewsmalta.com/dart/20120910-edwin-vassallo-li-tal-koabitazzjoni-ma-nixtieqx-nikkummenta
10:42 | 11.09.2012
Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista, Edwin Vassallo ma xtaqx jikkummenta dwar il-liġi ta' koabitazzjoni mressqa mill-Ministru Chris Said ftit tal-ġimgħat ilu. Kien inewsmalta.com li talab ir-reazzjoni tad-deputat Mosti dwar dan l-abbozz ta' liġi li qiegħed jiżviluppa f'wieħed kontroversjali. Vassallo nzerta li huwa wkoll iċ-ċermen tal-Kumitat Soċjali tal-Parlament.
Iżda, ma kienx biss Vassallo li ma weġibx għall-mistoqsijiet ta' inewsmalta.com. Anke l-Membru Parlamentari Karl Gouder baqa' ma' weġibx numru ta' mistoqsijiet li ntbagħtulu dwar is-suġġett. Fost oħrajn staqsejna lil Gouder jekk din il-liġi tagħmilx ġustizzja mal-komunità gay li tant kienet kritika tagħha.
Edwin Vassallo u Karl Gouder huma meqjusa bħala persuni li ġejjin minn fazzjonijiet differenti fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Filwaqt li Vassallo huwa ttimbrat bħala iktar konservattiv, Gouder huwa magħruf bħala iktar liberali tant li mhux l-ewwel darba li ntagħżel mill-partit biex ikun hu li jitkellem dwar drittijiet ta' minoritajiet fost oħrajn tal-persuni omosesswali.
No comments:
Post a Comment