Saturday, 15 September 2012

KullĦadd: Biex Tiskonġra ...

SATURDAY, 08 SEPTEMBER 2012 20:44 KULLHADD


Aktar kmieni din il-gimgha, in-Nazzjonalisti ppruvaw jaljenaw l-attenzjoni tan-nies billi ghamlu plejtu kbir fuq ritratt satiriku li ttella' fuq il-Facebook ta' kunsilliera tal-PL, Rachel Tua u li kien juri wicc Lawrence Gonzi bl-uniformi ta' Gaddafi. In-Nazzjonalisti tant tkazaw b'din l-istampa li hargu sahanistra stqarrija mid-Dar Centrali biex jikkundannaw lil Tua.

Izda kif jghid il-proverbju: in-Nazzjonalisti jaraw it-tibna f'ghajn haddiehor u ma jarawx it-travu li ghandhom f'ghajnejhom. Jippuntaw subajhom lejn haddiehor, imma ma jarawx l-erbgha swaba l-ohra jippuntaw lejhom.

Jekk wiehed ifettillu jidhol fuq il-profil tal-Facebook tal-Ministru Joe Cassar, fis-sezzjoni tar-ritratti, jista' jsib bosta ritratti editjati ta' Joseph Muscat. Ritratti satirici izda, li whud minnhom mhux biss huma dispreggjattivi lejh, izda anke lejn nies ohra fis-socjetà.

Ezempju klassiku ta' dan huma ritratti editjati ta' Joseph Muscat li juruh liebes ingravati differenti. Apparti l-izbalji ortografici li fihom il-kliem ta' taht ir-ritratti, jispikka wkoll il-fatt li biex jirreferu ghall-komunità LGBT, juzaw kelma dispreggjativa ghall-ahhar fil-konfront ta' dawn il-persuni.


Izda ghall-PN, dawn ir-ritratti u l-kliem ta' tahthom mhux talli huma accetatabbli u fihom ma jaraw xejn hazin, talli sahanistra il-Ministru Joe Cassar, id-deputat Nazzjonalista Philip Mifsud, il-kandidat Manwel Delia u t-Tezorier tal-PN Boris Xerri, qeghdin jippromovuhom fuq il-profil personali taghhom fuq il-Facebook.

No comments:

Post a Comment