http://elezzjoni2008.com/index.php?option=com_content&task=view&id=264&Itemid=2
Alternattiva Demokratika – The recognition of gay rights
Alternattiva Demokratika – The recognition of gay rights would be a step forward helping the political class to catch up with Maltese society
Alternattiva Demokratika tghid li r-rikonixximent tad-drittijiet tal-gays ikun pass ‘l quddiem biex il-klassi politika tlahhaq mas-socjeta Maltija
Waqt konferenza stampa fl-ufficji ta’ Alternattiva Demokratika Dr Harry Vassallo qal li Alternattiva Demokratika dejjem sehqet illi r-rikonoxximent tad-drittijiet tal-gays huma sinjal ta’ civilta li s-socjeta Maltija lahqet qabel l-istituzzjonijiet u l-klassi politika Maltija.
Dr Vassallo kien qieghed jitkellem waqt laqgha mat-tmexxija tal.Malta Gay Rights Movement li pprezentawlu l-petizzjoni iffirmata minn 1063 persuna biex jidhlu fis-sehh proposti konkreti favur il-minoritajiet li jirrapprezentaw.
Is-sinjorina Gabi Calleja fisstret il-petizzjoni li ghalija ingabru l-firem biex ikun hemm rikonoxximent formali tad-drittijiet ta’ koppji ta’ l-istess sess; ghall-inkluzjoni ta’ provvediment fil-kodoco kriminali kontra l-vjolenza homofobika u transfobika u strategija cara kontra l-bullying fl-iskejjel ghal dawn ir-ragunijiet. L-MGRM qeghda titlob ghal protezzjoni legali kontra diskriminazzjoni fil-provvista ta prodotti u servizzi minhabba l-orjentazzjoni sesswali jew l-identita jew espressjoni sesswali. Qeghda titlob ukoll li x-xoghol tal-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza jitwessgha biex jinkludi l-orjentazzjoni sesswali u l-identia u l-espressjoni sesswali. L-MGRM qeghda titlob ukoll li l-kirurgija u t-terapija mehtiega ghall-persuni transgender issir parti mis-servizz ta’ sahha pubblika.
Dr Vassallo qal li Alternattiva Demokratika tappoggja dawn it-talbiet ta’ l-MGRM
Dr. Ing. Patrick Attard, Kandidat gay ma’ l-AD, enfasizza l-importanza ta’ l_ewro Roza (Pink Euro) specjalment ghall-pajjiz fejn id-dhul tieghu jigi mit-turizmu. Koppji gay jaqaw that il-kategorija Double-Income–No-Kids u ghandhom spending pattern differenti u jinvestu aktar fl-ivjaggar. Dan hi nicca li m’ghandiex tigi injorata specjalment ghat-turimu fl-off-peak months. Malta m’ghandiex titlef opportunita bhal din, fejn pajjizi bhall-Awstria (li jghix fuq it-turizmu) diga raw l-importanza ta’ din il-kategorija.
Dr. Ing. Patrick Attard enfasizza l-importanza tat-tolleranza biex il-pajjizi jirnexxu ekonomikament. Studji juru li l-kombinazzjoni tat-Talent, Teknologija, u Tolleranza huma importanti hafna biex pajjizi jew states differenti, ghax jista ikollek kollegi bravi, xjnzati, tobba, li huma divorzjati, gay, lizbjani jew jemmnu f’xi religjon ohra. Dawk il-pajjizi jirnexxu mhux ghax il-gays l-aktar intelligenti fid-dinja imma ghax socjetajiet li huma tolleranti ghalihom, aktar jaraw u jkunu miftuhin ghal-opportuniajiet ta’ business.
Dr Vassallo qal li Alternattiva Demokratrika hi favur il-partnership civili kellu jidhol fil-ligi Maltija bhala weghda tal-Partit Nazzjonalista ghall-elezzjoni ta’ l-1998. “Kieku twettqet din il-weghda snin ilu hafna koppji separati u koppji gay kienu jiffrankaw snin ta’ diffikoltajiet personali u li ma jifhimhomx haddiehor temm ighid Dr Vassallo.
Ralph Cassar
ralph.cassar@alternattiva.org.mt
A/PRO
No comments:
Post a Comment