http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=6225
Settembru jew Ottubru 2007
minn Victor Vella
Omosesswali Maltin qeghdin isostnu li l-ewro-parlamentari David Casa mhux qed ikun onest fl-attitudni tieghu lejhom. Huma qeghdin jallegaw li filwaqt li Casa hass li kellu joggezzjona ghal diversi mozzjonijiet li jiggieldu d-diskriminazzjoni kontra l-omosesswali, huwa xejn ma jiddejjaq jaccetta stediniet u jattendi f’gay clubs fi Brussell.
Din ir-reazzjoni minn fost l-omosesswali Maltin harget wara intervista li kienet ippubblikata fuq it-Torca ma’ l-inginier Patrick Attard, li kien sostna li Casa ghandu jitlob apologija lill-omosesswali minhabba fir-rekord tieghu ta’ votazzjonijiet negattivi dwar mozzjonijiet li jikkundannaw il-vjolenza u d-diskriminazzjoni minhabba fl-orjentazzjoni sesswali tal-persuna.
Diversi omosesswali kkummentaw ma’ din il-gazzetta li lil David Casa kemm il-darba rawh f’gay clubs fi Brussell. It-Torca ikkomunikat ma' l-Ewro Parlamentari, David Casa u staqsejnieh b'mod dirett dwar l-istess allegazzjonijiet, jigifieri jekk ikunx mistieden f'attivitajiet ta' l-omosesswali u jekk hux minnu li jattendi f'gay clubs fi Brussell. Casa rabat l-attendenza tieghu f’dawn il-clubs esklussivament ma’ attivitajiet ta’ natura politika. Huwa wiegeb li “kull meta nkun mistieden minn ghaqdiet u organizazzjonijiet li jiggieldu diskriminazzjoni ta’ kull tip, iva jien nattendi.”
Fil-harga tal-hadd li ghadda, David Casa wiegeb lil Patrick Attard u rribatta li l-vot tieghu kontra mozzjonijiet li jikkundannaw il-vjolenza u d-diskriminazzjoni ma’ l-omosesswali b’ebda mod kienu vot favur l-omofobija.
Ara wkoll:
http://patrickattard.blogspot.com/2008/02/it-torca-ittri-lil-editur-david-casa-u.html
No comments:
Post a Comment