Parties: Police Vs Gauci Alan, Date: 03/10/2012, Reference: 256/2004
MALTA
QORTI TAL-MAĠISTRATI (MALTA) BĦALA QORTI TA' ĠUDIKATURA KRIMINALI
MAĠISTRAT DR. CAROL PERALTA
Seduta tat-3 ta' Ottubru, 2012
Numru. 256/2004
Il-Qorti:
Rat l-akkuza migjuba kontra l-imsemmi Alan Gauci detentur tal-Karta tal-Identita` numru 340476M.
Akkużat talli:
Fil-21 ta` Marzu 2004 ghal habta tal-erbgha ta` filghodu fil- Mellieha bil-hsieb li joqtol jew li jqieghed il-hajja ta` Jeremy Lalic f’periklu car, wera dan il-hsieb b’atti esterni u ta bidu ghall-esekuzzjoni ta` dan id-delitt, billi saq vettura tal-ghamla Sunbeam Imp bin-numru ZWE 113 fid- direzzjoni tieghu, liema delitt ma giex esegwit minhabba xi haga accidentali u indipendenti mill-volonta` tieghu;
U aktar talli fl-istess data, hin, lok u cirkostanzi, volontarjament ikkaguna feriti ta` natura gravi fuq il-persuna ta` Jeremy Lalic, skond kif iccertifikat Dr. Maryanne Caruana M.D. tal-isptar San Luqa.
Rat u ezaminat id-dokumenti esibiti; Semghet ix-xhieda mressqa;
Wara li rat l-Artikoli 41 (1) (a) (b), 214, 217, 218 (1), 214, 215, 216, 217, 218, 382 A, 383, 384, 385, 386, 412 C, 17, 23, 30, 31, 532 A, 532 B u 533 tal-Kapitolu 9 tal-Ligijiet ta` Malta.

Ikkunsidrat:
Illi din il-kawza tikkoncerna incident li gara fil-Mellieha fil-21 ta` Marzu 2004 fejn Jeremy Lalic, ta` nazzjonalita awstraljana, sefa` mtajjar bil-karozza misjuqa mill-imputat fl-erbgha ta` filghodu u f’liema incident, l-awstraljan kien sofra feriti gravi bhala konsegwenza diretta ta` din id-daqqa. L-imputat, jirrizulta, illi saq il-vettura tieghu ghal fuq Lalic intenzjonalment u dan wara li kien inqala incident bejniethom gewwa bar fil-Mellieha ftit qabel ma gara l- incident.
Il-pern jew qofol ta` dan l-incident qieghed kollu fl-isqarrija li irrilaxxa, volontarjament, l-imputat lill-awtoritajiet investigattivi fit-22 ta` Marzu 2004, fejn fiha, l-imputat jirrakkonta l-mod kif zvolga l-incident mill-bidu sa l-ahhar u fejn ammetta li kien hu illi tajjar lil Jeremy Lalic bil-vettura tieghu waqt li Lalic u siehbu kienu miexjin lura lejn fejn kienu qed joqghodu fl-erbgha ta` filghodu immedjatament wara li kien gara l-incident bejn l-imputat u l-vittma gewwa Zep’s Bar dak l-istess lejl. Il-provi kollha migjuba mill- Prosekuzzjoni sempliciment tikkonferma dak kollu li qal l- imputat fl-istqarrija tieghu li huwa stess ikkonferma, qara u kkonferma bil-gurament tieghu meta huwa xehed ‘viva voce’ quddiem din il-Qorti fis-seduta tas-17 ta` Marzu, 2011.
Illi Dr. Anthony Mercieca li kien it-tabib ‘di turno’ li kien ezamina lil Jeremy Lalic gewwa d-Dipartiment tal- Emergenza fejn kien ittiehed immedjatament wara li safa` mtajjar mill-vettura tal-imputat jiftakar sew illi Lalic “kien taht l-effett tal-alcohol” ukoll jiddeskrivi l-‘injuries’ li soffra Lalic bhala ‘grievous’.
Din ix-xhieda hija kkonfermata minn dik ta` Dr. Branko Magazinovic li kien is-surgeon li opera fuq Lalic li, fuq dawn il-feriti, ghid: “That’s grievous injury definitely!”
Dr. Ray Gatt, konsulent ortopediku jikkonferma li saru zewg interventi kirurgici fuq Jeremy Lalic ghaliex dan kellu nerv maqtugh fil-minkeb tax-xellug u jiccertifika din il-ferita bhala wahda ta` natura gravi. Mr. Francis X. Darmanin, plastic surgeon, ukoll jikkonferma li l-i‘scar’ li giet ikkagunata lil Lalic bhala konsegwenza ta` dan l-incident hija ta` natura gravi. Dan jista` jghidu nonostante li huwa ma regax ezamina lil Lalic wara illi dan irritorna lejn l-Awstralja. Il-Professur Fredrick Zammit Maempel ukoll jikkonferma n-natura gravi u permanenti ta` dawn il-feriti fir-rapport illi huwa intavola fuq inkarigu ta` din il-Qorti.
Il-Qorti hija, ghalhekk, tal-fehma, illi l-imputazzjonijiet migjuba kontra l-imputat odjern gew sodisfacentement ippruvati. Ghal dawn il-motivi din il-Qorti qiedgha ssib lill- imputat hati tal-akkuzi kollha migjuba kontrih.
Fir-rigward tal-piena, hija nteressanti li d-difiza qieghda teccepixxi l-provokazzjoni da parti ta` Jeremy Lalic liema provokazzjoni grat matul l-incident li nqala bejn Jeremy Lalic u grupp ta` Maltin gewwa Zep’s Bar gewwa l- Mellieha fejn ilkoll kienu qedghin jiehdu drink. Matul dan l- incident, l-Awstraljan kien ‘loud’, jaghmel hafna storbju u beda joffendi n-nies li kienu hemm prezenti. Huwa kien partikolarment offensiv versus l-imputat billi jaghmillu mossi f’wiccu u wara daru sabiex jaghti da intendere quddiem in-nies prezenti illi l-imputat kien ‘gay’ u illi huwa kien qed jistiednu sabiex imur mieghu. Hawnhekk, ta` min jiftakar zewg punti verament importanti:
1. Ix-xhieda ta` Dr. Andrew Mercieca li qal illi Lalic kien “taht l-effett tal-alcohol” meta huwa wasal l- emergenza u;
2. Ix-xhieda ta` dawk kollha li kienu fil-bar li xehedu li Lalic u siehbu tkeccew mill-bar ghaliex kienu qedghin ikunu offensivi man-nies kollha prezenti u storbjuzi.
Importanti huwa l-fatt illi wara li telqu l-Awstraljani, certu Smith, Ingliz li kien hemm prezenti gab lill-imputat ‘in se’ illi Lalic kien ghamel il-mossi wara dar l-imputat u offendieh izda l-imputat ma rahx u ma semghux. Wayne, xhud iehor li kien prezenti wkoll jikkonferma dan il-fatt. Dak il-hin, l-imputat telaq lejn id-dar, fi kliemu “bdejt nitbaqbaq minn gewwa” u bejnu u bejn ruhu qal li dan “haqqu daqqa ta` karozza”. U hu u sejjer id-dar l-imputat beda jhewden u jitbaqbaq li lill-awstraljan il-kbir isibu u jpattihielu billi jtih daqqa ta` karozza. Filfatt iltaqa’ maghhom fit-triq quddiem l-Ghassa tal-Pulizija tal- Mellieha, sab lil Lalic jimxi f’nofs tat-triq u intlaqat mill- vettura misjuqa volontarjament mill-imputat fid-direzzjoni tieghu. L-imputat immedjatament induna li kien ghamel hazin u kif wasal id-dar, huwa minnufih, sewwa t-tieqa tan-naha tal-passiggier li giet miksura meta laqat lil Lalic.
Interessanti huwa dak li qal l-Ufficjal Prosekutur fit- trattazzjoni li saret quddiem din il-Qorti fis-17 ta` Marzu 2011, “Ma kienx jigri li kieku ma kienx hemm dak li nemmen li kienet provokazzjoni”; “Provokazzjoni da parti tal-vittma”, Jigifieri dan fic-cirkostanzi kif grat, li kieku ma kienx hemm dak li kien hemm u n-nies u n-nies li kien hemm prezenti f’dak il-hanut, inkluz jigifieri t-tfajliet u dak id-diskors li sar fil-konfront tal-imputat, nemmen illi ma kienx jigri li gara00.u nemmen, jigifieri li jirrizulta li kien hemm provokazzjoni.
Din il-Qorti verament temmen dan li qal l-Ufficjal Prosekutur. Temmen dan iktar u iktar meta wiehed jikkonsidra mhux biss l-incident ‘per se’ izda wkoll il- lokalita` u l-mentalita` tas-socjeta ta` dik il-lokalita. L- imputat huwa residenti l-Mellieha u, ghalhekk, fil-mohh tieghu, ghandu reputazzjoni x’jiddefendi gewwa l-Mellieha u meta l-incident gara gewwa l-Mellieha u quddiem il- Melliehin, l-insinwazzjoni li forsi l-imputat seta` kien ‘gay’, waqt ma hemm xejn hazin f’dan, forsi f’mohh l-imputat u c-cittadini l-ohra tal-lokal, dan m’huwiex wisq accettabli!
Bil-provokazzjoni, il-piena ghandha tinzel sa zewg terzi u jekk wiehed iqis il-fedina penali netta tal-imputat, iqis il-ko- operazzzjoni immedjata tal-imputat mal-Pulizija; jqis it- trapass taz-zmien minn mindu gara l-incident, l-imgieba tieghu fil-Qorti u fl-ahhar nett il-fatt illi din il-kawza ilha differita ghas-sentenza mis-17 ta` Marzu, 2011, din il-Qorti temmen illim’ghandiex tigi mposta piena effettiva fuq l- imputat.
Min-naha l-ohra, wiehed ma jistax jinjora n-natura gravi u permanenti inflitta fuq Jeremy Lalic u waqt li din il-Qorti qedgha fid-dmir li tinfliggi piena adekwata, trid li l-imputat jifhem is-serjeta` tal-konsegwenzi tal-atti tieghu li, minhabba fih, bniedem, il-boghod kemm hu il-boghod minn dawn il-Gzejjer, qieghed jghix il-bqija ta` hajtu b’dizabilita` permanenti u dan a kawza tieghu biss. Jirringrazzja lil Alla li Jeremy Lalic ghadu haj. Ghaldaqstant, waqt li din il-Qorti ssib lill-imputat hati tal- akkuzi kollha migjuba kontra tieghu mill-Prosekuzzjoni, qiedgha tilliberah bil-kundizzjoni li ma jikkommettix reat iehor ghal zmien ta` tlett (3) snin u dan a tenur tal-Artikolu 22 tal-Kapitolu 446 tal-Ligijiet ta` Malta.
Il-Qorti spjegat il-portata ta` din is-sentenza lill-imputat.

< Sentenza Finali >
TMIEM
No comments:
Post a Comment