22.10.12
Żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Imsida, inżamm taħt arrest pre ventiv, wara li tressaq il-Qorti fejn kien mixli li hedded lill-kuġina tiegħu.
Fil-Qorti ħareġ li l-eks-tfajla tal-imputat, li minnha għandhom wild, issa qiegħda tikko abita mal-kuġina tiegħu, li hija leżbjana.
Ingħad li r-raġel kien ilu żmien isegwi l-passi tal-eks-tfajla tiegħu u nhar l-Erbgħa li għaddew mar quddiem id-dar tal-kuġina tiegħu.
L-Ispettur Jason Sultana qal lill-Qorti li hekk kif kien qiegħed iħabbat il-bieb tal-appartament tal-kuġuna tie għu, waqgħetlu xi ħaġa minn idejh. X’ħin tbaxxa waqgħetlu sikkina mill-but.
Sadanittant kuġintu li kienet qed tara kollox, bdiet tkellmu u beda jheddidha li se jmur iġib arma tan-nar biex jisparal ha.
Wara li sar rapport, il-Pulizija għamlet tfittixja fejn instabet arma u disa’ skrataċ.
Filwaqt li d-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, il-Prosekuzzjoni qalet li ma għandha l-ebda oġġezzjoni sakemm jkun impost depożitu. Madankollu l-Prosekuzzjoni informat lill-Qorti li l-akkużat u l-vittma jgħixu qrib xulxin.
Min-naħa tagħha d-difiża informat lill-Qorti li l-imputat ma għandux minn fejn iħallas depożitu għal bħalissa ma jaħdimx.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Giovanni Grixti ma laqetx it-talba u ordnat li l-akkużat jibqa’ arrestat fil-Faċili ta Korrettiva ta’ Kordin.
No comments:
Post a Comment