08:04 | 22.10.2012
Illejla l-komunità gay hija mħeġġa li tinġabar quddiem il-Parlament bil-għan li twassal il-messaġġ li relazzjoni bejn koppja tal-istess sess hija familja. Dan qiegħed isir fid-dawl li issa quddiem il-Parlament hemm il-liġi tal-unjoni ċivili u l-koabitazzjoni. Iżda, fuq kollox l-organizzaturi qegħdin isostnu li din m’hijiex protesta.
"Din m'hix protesta. Dan hu mument storiku għalina. Din hi l-ewwel darba li d-dinjità tar-relazzjonijiet tagħna se jkunu diskussi fil-Parlament. Ir-relazzjonijiet tagħna huma ta' rispett u ta' dinjità ukol," qiegħed jingħad.
Persuni 'gay', qegħdin ikunu imħeġġa biex illejla bejn is-19.30 u d-21.30 ta' filgħaxija imorru quddiem il-Parlament u magħhom jieħdu radju biex hemm jisimgħu s-seduta. Għalkemm jista’ jkun li l-liġi li hi l-iktar ta’ interess għalihom ma tibdiex tkun diskussa llejla għax fuq l-aġenda hemm ukoll liġijiet oħra.
Il-messaġġ jkompli jgħid: "Għandna mmorru quddiem il-Parlament, lebsin eleganti u dan biex nuru li aħna persuni rispettabbli ukoll. F'pajjiżna hawn aktar minn 15,000 persuni li hi 'gay', 'bisexual', u 'transgender' u jekk ma niqfux aħna għad-drittijiet tagħna, ma nistgħux nippretendi li ħaddiehor jagħmel dan għalina."
No comments:
Post a Comment