Sentenza [PDF]
Kopja informali tas-sentenza
MALTA
QORTI KOSTITUZZJONALI
ONOR. IMHALLEF -- AGENT PRESIDENT
GEOFFREY VALENZIA
ONOR. IMHALLEF
GIANNINO CARUANA DEMAJO
ONOR. IMHALLEF
TONIO MALLIA
Seduta tat-23 ta' Mejju, 2011
Appell Civili Numru. 43/2008/1
Joanne Cassar
versus
Direttur tar-Reġistru Pubbliku u l-Avukat Ġenerali
1. Dan huwa appell minn sentenza illi sabet illi r-rifjuttar-Reġistratur taż-Żwieġ illi joħroġ tnidijiet għaż-żwieġ tal-
attriċi jikser id-drittijiet fondamentali tagħha mħarsa taħt l-
artt. 8 u 12 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-
Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali [“il-
Konvenzjoni”].
Il-Fatti
2. Il-fatti relevanti seħħew hekk: L-attriċi twieldet fl-24
ta’ Settembru 1981 u ġiet reġistrata bħala ta’ sess maskili
u mogħtija l-isem ta’ Joseph. Billi iżda l-imġieba, l-
inklinazzjonijiet u l-orjentament tagħha kienu femminili,
qagħdet għal intervent magħruf bħala gender
reassignment surgery biex assumiet is-sess femminili
b’mod irriversibbli.
3. L-attriċi mbagħad għamlet azzjoni ġudizzjarja taħt l-
art. 257A tal-Kodiċi ċivili1 u l-Prim’Awla tal-Qorti ċivili
b’sentenza mogħtija fit-28 ta’ Ġunju 2006 laqgħet it-talbiet
tagħha, qalet illi assumiet is-sess femminili b’mod
irriversibbli u ordnat illi ssir annotazzjoni fl-att ta’ twelid
tagħha fil-partikolaritajiet dwar is-sess u wkoll fis-sens illi
isem l-attriċi minn “Joseph” isir “Joanne”. Wara din is-
sentenza nħareġ ċertifikat tat-twelid li juri lill-attriċi bħala
mara.
4. L-attriċi għamlet imbagħad talba għall-pubblikazzjoni
tat-tnidijiet biex tiżżewweġ ma’ raġel iżda r-Reġistratur
taż-Żwieġ [“ir-Reġistratur”] kien tal-fehma li ma setax
igħaddi għall-pubblikazzjoni u għalhekk għarraf lill-attriċi
b’dan taħt l-art. 8(1) tal-Att dwar iż-Żwieġ [“Kap. 255”]. Lattriċi
għalhekk għamlet rikors quddiem il-Qorti ċivili
(Sezzjoni Ġurisdizzjoni Volontarja) taħt l-art. 8(2) tal-Kap.
255 sabiex din tordna lir-Reġistratur joħroġ it-tnidijiet. Ilqorti
laqgħet it-talba b’dikriet tat-12 ta’ Frar 2007.5. Ir-Reġistratur iżda fetaħ kawża biex jitlob li jitħassar
id-dikriet tat-12 ta’ Frar 2007 u b’sentenza mogħtija fil-21
ta’ Mejju 2008 il-Prim’Awla tal-Qorti ċivili laqgħet it-talba u
ħassret id-dikriet “billi l-istess dikriet jinbena fuq premessa
li ma taqbilx mar-realtà għaliex il-partijiet li għalihom
jirreferi ma humiex ta’ sess oppost” u għax “żwieġ bejn [lattriċi]
u persuna oħra ta’ sess maskil imur kontra ddispożizzjonijiet
tal-Att tal-1975 dwar iż-Żwieġ”. Il-qorti
iddikjarat ukoll illi:
«… … … l-annotazzjoni li saret fuq l-Att tat-Twelid tal-parti
intimata bis-saħħa tas-sentenza mogħtija fit-28 ta’ Ġunju
2006 saret biss għal skop tal-ħarsien tal-privatezza
tagħha u ma tagħtiha l-ebda dritt li titqies bħala “mara”
għall-finijiet tal-kontrattazzjoni ta’ żwieġ.»It-Talbiet tal-Attriċi
1 257A. (1) Kull persuna mhux miżżewġa li jkollha d-domiċilju tagħha f’Malta
tista’ tagħmel azzjoni ġudizzjarja biex issir annotazzjoni rigward il-partikolaritajiet
dwar is-sess li jkunu ġew assenjati lilu jew lilha fl-att ta’ twelid.6. L-attriċi tgħid illi l-liġi kif interpretata fis-sentenza tal-
21 ta’ Mejju 2008 tikser id-drittijiet fondamentali tagħha
mħarsa taħt l-artt. 32(ë) u 36 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta [“il-
Kostituzzjoni”] u l-artt. 3, 8 u 12 tal-Konvenzjoni.
Għalhekk b’rikors kostituzzjonali tad-29 ta’ Lulju 2008
quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti ċivili talbet illi l-qorti:
i. tgħid illi, għax l-liġi ta’ Malta ma tagħrafx littransesswali
bħala persuni tas-sess miksub għall-għanijiet
kollha tal-liġi, fosthom il-liġi taż-żwieġ, dan jikser il-jedd
tagħha mħares taħt l-art. 32(ë) tal-Kostituzzjoni u l-artt. 8 u
12 tal-Konvenzjoni;
ii. tgħid illi, għax skond il-liġi ta’ Malta persuna
transesswali la tista’ tiżżewweġ ma’ raġel u lanqas tista’
tiżżewweġ ma’ mara, dan jikser il-jedd tal-attriċi li ma tiġix
assoġġettata għal trattament inuman u degradanti mħares
taħt l-art. 36 tal-Kostituzzjoni u l-art. 3 tal-Konvenzjoni;
iii. tagħtiha dawk ir-rimedji li jidhrulha xierqa għattwettiq
tad-drittijiet fondamentali fuq imsemmija, fosthom li
tgħid illi l-konvenut Direttur tar-Reġistru Pubbliku (bħala
Reġistratur taż-Żwieġ), ma jistax jirrifjuta li joħroġ ittnidijiet
għaż-żwieġ tal-attriċi ma’ persuna oħra tas-sess
maskili minħabba l-fatt illi l-attriċi twieldet raġel u qagħdet
għall-intervent ta’ gender reassignment;
iv. tillikwida kumpens li għandu jitħallas lill-attriċi
minħabba fil-ksur tal-jeddijiet tagħha.L-Eċċezzjonijiet tal-Konvenuti7. Il-konvenuti wieġbu fid-9 ta’ Settembru 2008 u
ressqu dawn l-eċċezzjoni-jiet:
i. l-art. 32 tal-Kostituzzjoni ma huwiex ġustizzjabbli u
ma jistax jiġi invokat;
ii. l-art. 257A tal-Kodiċi ċivili huwa maħsub biss
sabiex persuna li tkun kisbet id-dehra minn barra ta’
persuna tas-sess oppost ma tkunx imbarazzata meta
tipproduċi dokumenti uffiejali li juru xort’oħra;
iii. ma hemm ebda ksur tal-art. 8 tal-Konvenzjoni għax
dak l-artikolu, fil-waqt li jħares id-dritt għar-rispett tal-ħajja
familjari u ma jridx li jsir indħil minn awtorità pubblika fittgawdija
ta’ dak id-dritt, fis-subartikolu (2) tiegħu
jikkontempla każijiet fejn indħil mill-istat ikun leċitu u legali;
iv. ma hemm ebda ksur tal-art. 12 tal-Konvenzjoni
għax id-dritt taż-żwieġ jingħata biss għal għaqda bejn
raġel u mara illi jkunu ġenetikament ikklassifikati bħala
raġel u mara; u
v. ma hemm ebda ksur tal-art. 3 tal-Konvenzjoni u lart.
36 tal-Kostituzzjoni għax ma huwiex minnu illi l-attriċi
qiegħda b’xi mod tiġi assoġġettata għal trattament
inuman.Is-Sentenza tal-ewwel Qorti8. B’sentenza mogħtija fit-30 ta’ Novembru 2010 il-
Prim’Awla tal-Qorti ċivili hekk iddisponiet mit-talbiet talattriċi
u mill-eċċezzjonijiet tal-konvenuta:
«… … … il-qorti taqta’ u tiddeċiedi billi, filwaqt li tilqa’ lewwel
u l-ħames eċċezzjoni tal-intimati fil-każ biss li listess
huma konformi ma’ dak hawn deċiż, iżda tieħad leċċezzjonijiet
l-oħra tal-intimati in kwantu inkonsistenti ma’
dak hawn deċiż, u filwaqt li tieħad it-tieni u r-raba’ talba
tar-rikorrenti, iżda tilqa’ l-ewwel u t-tielet talba tar-rikorrenti
fir-rikors tagħha datat 29 ta’ Lulju 2008 biss fil-kuntest ta’
dak hawn deċiż, b’dan illi:-
«i) tiddikjara illi, minħabba illi l-fatt illi l-liġi ta’ Malta kif
applikata u interpretata mill-intimat id-Direttur tar-Reġistru
Pubbliku, ma rrikonoxxietx it-transesswali bħala persuni
tas-sess akkwistat għall-finijiet u effetti kollha tagħha
inkluz ai finijiet tal-liġi taż-żwieġ, u għalhekk u biss f’dan
is-sens ġew leżi d-drittijiet tar-rikorrenti skond l-artikoli 8 u
12 tal-Konvenzjoni Ewropeja għad-Drittijiet tal-Bniedem;
«ii) tiddikjara illi l-intimat Direttur tar-Reġistru Pubbliku ma
jistax jirrifjuta li joħroġ it-tnidijiet għaż-żwieġ tar-rikorrenti
ma’ persuna oħra ta’ sess maskil u dan a bażi tal-fatt illi rrikorrenti
twieldet bħala raġel u ssottomettiet ruħha għalloperazzjoni
fuq indikata u assumiet u akkwistat is-sess ta’
mara u dan kif rifless fl-annotazzjonijiet li saru fie-ċertifikat
tat-twelid tagħha konsegwenti għas-sentenza fl-ismijiet
Joseph sive Joanne Cassar vs Direttur tar-Reġistru
Pubbliku (P.A. (RCP) – 28 ta’ Gunju 2006).«Bl-ispejjeż kontra l-intimati.»9. Il-qorti immotivat hekk is-sentenza tagħha:
«… … … fid-dawl tal-eċċezzjonijiet tal-intimat, jingħad flewwel
lok dwar l-applikabbilità tal-artikolu 32(ë) tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta li r-rikorrenti qed tallega li dan lartikolu
jitkellem dwar ir-rispett għall-ħajja privata u
familjari. F’dan il-kuntest jingħad li l-qorti taqbel massottomissjoni
tal-intimati f’dan ir-rigward fis-sens li l-
artikolu 32 tal-Kostituzzjoni mhuwiex wieħed enforzabbli
taħt l-artikolu 46 tal-istess Kostituzzjoni li huwa l-artikolu li
jagħti l-ġurisdizzjoni lil din il-qorti li teżamina ksur ta’
drittijiet fundamentali tal-bniedem. Dan l-artikolu 46 infatti
jsemmi biss id-drittijiet fundamentali elenkati fl-artikoli 33
sa 45 tal-Kostituzzjoni u allura t-talbiet tar-rikorrenti fuq
dan il-punt qed jiġu mieħuda.
… … …
«… … … Però d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata, tad-dar
u tal-korrispondenza huma msemmija wkoll fl-artikolu 8 u
jifformaw parti integrali mid-dritt sostantiv taghna … … …
«[F]is-sentenza fl-ismijiet Id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku
vs Joanne Cassar (P.A. (JRM) – 21 ta’ Mejju 2008)
ingħad li l-effett [tal-artt. 257A sa D tal-Kodiċi ċivili] u tassentenza
dikjaratorja [tat-28 ta’ Ġunju 2006] “jolqot
radikalment l-identità tal-persuna li tkun (u mhux biss iddehra
taghha) għall-finijiet tal-istatus tagħha f’għajnejn illiġi
u għall-finijiet u effetti kollha tal-istess liġi bla ebda
distinzjoni ta’ xejn”.
«Illi f’dan il-kuntest din il-qorti taddotta l-istess
dikjarazzjoni iżda mill-bqija tiddipartixxi minn dak li ngħad
fl-istess sentenza fis-sens li tali bdil fis-sess kif annotat
għandu jservi biss għal ċertu sitwazzjonijiet. Dan għaliex
jidher li l-liġi pprovdiet li r-rikonoxximent tas-sess assunt
kellu jservi għal kull avveniment fil-futur u dan huwa
naturali, għaliex huwa biss b’riżultat tal-interventi li saru li
attwalment is-sess tal-persuna indikata kellu jiġi l-ewwel
mibdul bl-interventi appositi rikonoxxuti mill-liġi, u
mbagħad fil-liġi; il-fatt li dan it-tibdil isir b’annotazzjoni ma
jbiddel xejn mill-fatt li permezz tal-istess is-sess assunt
jew akkwistat mill-persuna, dan ġie rikonoxxut legalment;
il-fatt li tali bidla fil-liġi seħħet minħabba li l-qorti kienet
sabet li n-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-istat ta’ sess assunt
kien jikser l-artikolu 8 tal-Konvenzjoni, ma jfissirx li dan
kien riferibbli biss għad-dritt ta’ rispett lejn il-ħajja privata u
dan għaliex l-istess artikolu jipproteġi wkoll id-dritt ta’ kull
persuna għall-familja u mkien fis-sentenzi li saret riferenza
ghalihom ma ngħad li dan il-bdil fis-sess tal-persuna
għandu jservi biss għal xi skopijiet ċivili iżda mhux għal
oħrajn; fl-aħħarnett il-fatt li tali dritt ġie mogħti biss lil
persuna “mhux miżżewġa” jfisser li l-leġislatur kellu
f’moħħu u ikkonsidra x’effett tali bdil kien ser ikollu fuq
persuna miżżewġa b’dan li kien ser jaffettwa l-ħajja
miżżewġa (proprju għaliex kienet ser tinħoloq sitwazzjoni
fejn is-sess assunt jew akkwist ikun allura simili għal dak
tal-persuna l-oħra involuta f’tali żwieġ), u allura tali dritt ġie
ristrett għal persuna mhux miżżewġa, b’dan għalhekk tali
persuna li fil-futur setgħet titlob li tiżżewweġ.
… … …
«… … … din il-qorti hija tal-fehma li l-introduzzjoni ta’ dan
l-artikolu [257A tal-Kodiċi ċivili] mhux intiż biss sabiex
jissalvagwarda d-drittijiet tar-rikorrent fit-termini ta’
privatezza kif qed jifhimhom l-intimat, iżda l-kappa ta’
protezzjoni hija bil-wisq ikbar għaliex il-bdil fie-ċertifikat
tat-twelid tar-rikorrenti jintitola l-istess, kif jippovdu l-istess
artikoli, sabiex l-awtoritajiet kompetenti joħorġu ddokumenti
kollha neċessarji, inklużi dawk tal-karta talidentità,
u allura wkoll passporti, reġistrazzjoni tax-xogħol,
u kull ċertifikati oħra, sabiex l-istess persuna, fis-soċjetà u
fit-trattamenti tagħha mal-awtoritajiet kompetenti, tiġi
trattata għall-finijiet u effetti kollha tal-liġi bħala mara, cioè
konformament mas-sess tagħha jew assunt minnha wara
l-interventi msemmija, u in vista tad-dikjarazzjoni tal-qorti,
u l-annotazzjojnijiet appositi. Din il-qorti tħoss li kemm-il
darba awtoritajiet governattivi, inkluż l-intimat, ma
jirrikonoxxux, anke għaż-żwieġ, is-sess tagħha assunt jew
akkwistat bħala s-sess applikabbli għaliha, anke għall-fini
tal-Liġi taż-Żwieġ, dan jammonta għal ksur tad-drittijiet
tagħha bħala mara u konsegwenti ksur tal-istess artikolu 8
tal-Konvenzjoni.
«Illi għalhekk huwa d-dritt tar-rikorrenti skond l-istess
artikolu li tiġi rikonoxxuta bħala mara, skond is-sess
assunt tagħha, mill-organi kollha tal-istat, u dan anke in
vista taċ-ċertifikat tat-twelid hekk annotat u emendat
skond il-liġi, u kull nuqqas ta’ rikonoxximent bħala tali
mhux biss imur kontra l-liġi (Kap. 16), iżda wkoll kontra ddisposizzjonijiet
tal-artikolu 8 tal-Konvenzjoni, għaliex, kif
ġà spjegat, hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu
sempliċiment fuq mezzi biex persuna transesswali ma
tkunx imbarazzata, iżda qegħdin nitkellmu dwar id-dinjità
u libertà tal-individwu, u d-dritt tiegħu li jiġi rikonoxxut u
trattat skond is-sess tagħha akkwistat jew assunt, hekk kif
issa rikonoxxut legalment, u dan in kwantu jirreferi għallatti
kollha ċivili li jseħħu wara l-istess annotazzjoni.
… … …
«Hawn Malta saru l-emendi permezz tal-artikolu 257A u
257D tal-Kap. 16 u f’dan il-kuntest is-sess tal-persuna tarrikorrenti
hekk akkwistat ġie rikonoxxut, iżda in kwantu listess
jista’ jiġi b’xi mod interpretat, kif ġie interpretat, li
dan japplika biss għal ċertu ċirkostanzi wara li ssir tali
annotazzjoni, tali deċiżjoni, tittieħed minn min tittieħed,
jew ittieħdet minn min ittieħdet, inkluż allura mill-intimat,
tmur kontra d-disposizzjonijiet tal-artikolu 8 tal-
Konvenzjoni, u għalhekk in kwantu l-istess rikorrenti ma
ġietx trattata u kkunsidrata bħala tas-sess femminili filkuntest
tat-talba tagħha biex tiżżewweġ persona tas-sess
oppost għal dak minnha assunt jew akkwistat, tali
deċiżjoni, irrispettivament minn min ingħatat, tilledi u kisret
id-drittijiet tar-rikorrenti skond id-disposizzjonijiet tal-artikolu
8 tal-Konvenzjoni Ewropeja.
… … …
«Illi jekk il-kawża tar-rikorrenti tiġi trattata taħt iddisposizzjonijiet
tal-artikolu 12 tal-Konvenzjoni Ewropeja
jingħad li … … … llum hija ċara u konsistenti l-pożizzjoni li
ħadet il-Qorti Ewropeja fis-sens li persuna li bidlet is-sess
tagħha b’mod irreversibbli bħall-każ odjern, ma tistax tiġi
impeduta mill-istat li tiżżewweġ persuna tas-sess oppost
minn dak ta’ dak minnha assunt jew akkwistat u
rikonoxxut skond il-liġi. Dak li ma huwiex permess huwa
żwieġ bejn żewġ persuni tal-istess sess, u persuna li
bidlet is-sess tagħha, kif provdut mil-liġi, u rikonoxxuta
bħala tali, għandha d-dritt li tiżżewweġ persuna tas-sess
oppost għal dak minnha assunt jew akkwistat; altrimenti,
jekk tiġi impeduta milli tagħmel dan, hija ma tkunx tista’
tiżżewweġ, għaliex ċertament ma tistax tiżżewweġ
persuna tas-sess simili għal dak li twieldet bih għaliex
b’hekk tiġi li qed tiżżewweġ persuna tal-istess sess, b’dan
li f’dawn ie-ċirkostanzi l-istat ikun qed jikser id-dritt tagħha
kif protett taħt id-disposizzjonijiet tal-artikolu 12 tal-
Konvenzjoni.
… … …
«Illi din l-qorti hija tal-fehma li n-nuqqas tas-salvagwardji
kif konsidrati f’din id-deċiżjoni anke fil-kuntest sia ta’ lartikolu
8 u sia tal-artikolu 12, sabiex ir-rikorrenti, persuna
transesswali, tkun tista’ tgħix id-dinjità u libertà tagħha
bħal individwi oħra fil-pajjiż, ma jammontawx għal ksur tal
artikolu 3 tal-Konvenzjoni u artikolu 36 tal-Kostituzzjoni ta’
Malta għalkemm fil-kuntest ta’ dak deċiż din hija biss
kwistjoni akkademika.
«Illi fl-aħħarnett il-qorti tħoss li d-dikjarazzjonijiet hawn fuq
indikati, li jwasslu sabiex jintlaqgħu l-ewwel u t-tielet talba
attriċi, huma rimedji adegwati u suffiejenti għall-każ in
eżami u r-raba’ talba ma għandhiex tiġi milqugħa.»
L-Appell tal-Konvenuti10. B’rikors tas-17 ta’ Diċembru 2010 il-konvenuti
appellaw minn din is-sentenza u talbu illi din il-qorti
tirriformaha billi tikkonfermaha fejn laqgħet l-ewwel u lħames
eċċezzjonijiet tagħhom u fejn ċaħdet it-tieni u rraba’
talbiet tal-attriċi, u tħassarha fil-bqija tagħha u tieħad
it-talbiet kollha tal-attriċi. L-aggravji tagħhom huma dawn:
i. illi l-ewwel qorti “għamlet interpretazzjoni ħażina
tal-applikabilità tal-artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropeja”; u
ii. illi l-ewwel qorti “għamlet interpretazzjoni ħażina
tal-applikabilità tal-artikolu 12 tal-Konvenzjoni Ewropeja”.11. L-attriċi wieġbet fit-22 ta’ Diċembru 2010.
L-ewwel Aggravju – l-artikolu 8 tal-Konvenzjoni
Ewropeja12. Biex ifissru l-ewwel aggravju tagħhom, dwar l-art. 8
tal-Konvenzjoni, il-konvenuti appellanti qalu illi l-ewwel
qorti interpretat ħażin dak l-artikolu għax “skartat
kompletament il-fatt illi l-art. 8 tal-Konvenzjoni ma
jiggarantix id-dritt li wieħed ikollu familja iżda
jippresupponi l-eżistenza ta’ familja”, u komplew igħidu illi
l-attriċi “ma ġabet l-ebda prova li hemm eżistenti xi familja
bejnha u xi persuna oħra, u dan lanqas fit-tifsira l-aktar
wiesgħa tagħha”.13. L-art. 8 tal-Konvenzjoni jgħid hekk:
ARTIKOLU 8
(1) Kulħadd għandu d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata
tiegħu u tal-familja tiegħu, ta’ daru u tal-korrispondenza
tiegħu.
(2) Ma għandux ikun hemm indħil minn awtorità
pubblika dwar l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt ħlief dak li jkun
skond il-liġi u li jkun meħtieġ f’soċjetà demokratika flinteressi
tas-sigurtà nazzjonali, sigurtà pubblika jew il-ġid
ekonomiku tal-pajjiż, biex jiġi evitat id-diżordni jew l-għemil
ta’ delitti, għall-protezzjoni tas-saħħa jew tal-morali, jew
għall-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’ ħaddieħor.14. Għalkemm huwa minnu illi dan l-artikolu, safejn
iħares id-dritt għar-rispett tal-ħajja tal-familja, ma jagħtix
id-dritt li jkollok familja iżda “jippresupponi” l-eżistenza ta’
familja, dan ma jfissirx illi jistgħu jistrieħu fuq dan l-artikolu
dawk biss li għandhom familja u mhux ukoll dawk li huma
weħedhom. Barra minn hekk, l-artikolu jħares mhux biss
id-dritt għar-rispett tal-ħajja tal-familja iżda wkoll id-dritt
għar-rispett tal-ħajja privata.15. Għalhekk, il-fatt illi l-attriċi ma ġabitx prova illi
qiegħda f’relazzjoni ta’ familja ma’ ħaddieħor ma
jċaħħadhiex minn ħarsien taħt dan l-artikolu.16. Dwar ir-rispett tal-ħajja privata l-konvenuti appellanti
jgħidu illi l-art. 257A tal-Kodiċi ċivili (dwar annotazzjoni flatt
ta’ twelid) huwa maħsub biss sabiex min ikun kiseb issura
ta’ persuna ta’ sess li ma jkunx dak li twieldet bih “ma
tkunx imbarazzata meta tipproduċi dokumenti uffiejali li
juru xort’oħra”.17. Huwa minnu illi dan l-aspett tal-ħajja privata huwa
mħares bid-dispożizzjonijiet tal-artt. 257A et seqq. tal-
Kodiċi ċivili. Huwa minnu wkoll illi l-interpretazzjoni ta’
dawk l-artikoli – jekk l-annotazzjoni hijiex maħsuba biss
għall-ħarsien tal-privatezza tal-persuna jew hijiex
maħsuba għall-għanijiet u l-effetti kollha tal-liġi – aktar
għandha ssir fil-kuntest ta’ proċeduri normali ċivili milli fi
proċeduri straordinarji bħal dawn tallum, u f’dan il-kuntest
il-qorti ma tistax ma tosservax illi kien ikun ċertament utli li
kieku, qabel fetħet din il-kawża tallum, l-attriċi nqdiet birrimedji
kollha li tagħti l-liġi ordinarja billi tappella middeċiżjoni
tal-Prim’Awla tal-Qorti ċivili tal-21 ta’ Mejju 2008,
biex hekk l-interpretazzjoni tal-artt. 257A et seqq. tkun
ingħatat mill-ogħla qorti ta’ kompetenza ċivili.18. Madankollu, din il-qorti ma taqbilx mal-konvenuti
appellanti illi d-dritt ta’ rispett tal-ħajja privata huwa
mħares biżżejjed bl-interpretazzjoni mogħtija fis-sentenza
tal-21 ta’ Mejju 2008 għax l-attriċi “ma tkunx imbarazzata
meta tipproduċi dokumenti uffiejali”. Id-deċiżjoni jekk
wieħed jagħżilx li jiżżewweġ hija intimament marbuta malħajja
privata iżda bid-deċiżjoni tar-Reġistratur u blinterpretazzjoni
tal-liġi mogħtija fis-sentenza msemmija lattriċi
qiegħda tiġi mċaħħda mis-setgħa li tagħmel dik lgħażla.
19. Il-konvenuti appellanti iżda jistrieħu fuq it-tieni
paragrafu tal-art. 8 tal-Konvenzjoni u jgħidu illi dan l-indħil
mill-organi tal-istat fil-ħajja privata tal-attriċi huwa ġustifikat
għax:
«… … … dak li qiegħda ssir referenza għalih bħala
“żwieġ” imur kontra l-prinċipju ta’ ordni pubbliku assodat
fis-sistema legali malti fis-sens illi żwieġ jista’ jsir biss bejn
żewġ persuni ta’ sess oppost. L-esponenti jissottomettu
illi mill-provi jirriżulta illi l-appellata hija biss phenotypiclly
mara, u cioè għandha biss is-sura esterjuri ta’ mara iżda lorgani
bħal prostata li hija waħda mid-differenzi bażiċi
bejn raġel u mara għadha preżenti fl-appellata u għalhekk
taħt il-liġi maltija taż-żwieġ l-appellata qatt ma tista’ tiġi
ikkonsidrata bħala mara li tista’ tikkontratta żwieġ ma’
raġel ieħor.»20. Dan l-argument ma huwiex mingħajr meritu.21. Ma jistax raġonevolment ma jingħadx illi ż-żwieġ li
trid li tidħol fih l-attriċi ma huwiex dak bejn raġel u mara li
jaħseb għalih l-Att dwar iż-Żwieġ. Għar-raġunijiet miġjuba
tajjeb ħafna fis-sentenza tal-21 ta’ Mejju 2008 u li ma
hemmx għalfejn jerġgħu jissemmew hawnhekk, l-attriċi
ma tistax titqies bħala mara għall-għanijiet u effetti kollha
tal-liġi, partikolarment dawk marbutin mal-liġi taż-żwieġ.22. Jekk it-tifsira ta’ dik l-għaqda bejn raġel u mara li
nsejħulha żwieġ titwessa’, jew, aħjar, tinbidel biex għaqda
bejn l-attriċi u raġel ukoll titqies żwieġ, b’hekk tkun
qiegħda tinbidel radikalment ukoll in-natura legali tarrelazzjoni
ta’ dawk li daħlu fi żwieġ kif regolat bl-Att dwar
iż-Żwieġ, dak bejn raġel u mara. Id-drittijiet ta’ dawn ukoll,
iżda, jixraq illi jitħarsu u jixraq li titħares ukoll l-istituzzjoni
taż-żwieġ.23. F’dan il-kuntest, ir-relevanza tal-preċedenti mwaqqfa
bid-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-
Bniedem hija biss relativa. Kif osservat dik il-qorti stess
fil-każ ta’ Goodwin2, li effettivament bidlet il-ġurisprudenza
tal-qorti fuq din il-materja, waħda mir-raġunijiet għal dan
kienet illi “There have been major social changes in the
institution of marriage since the adoption of the
2 Christine Goodwin versus ir-Renju Unit, 11 ta’ Lulju 2002 (rikors numru
28957/1995).
Convention”3. Dawn il-bidliet soċjali, iżda, la seħħew blistess
mod fil-pajjiżi kollha u lanqas ma jistgħu jiġu imposti
minn qorti – organu ġudizzjarju, mhux leġislativ –
f’eżerċizzju ta’ social engineċring.24. Madankollu, il-fatt illi d-deċiżjoni tar-Reġistratur li ma
joħroġx it-tnidijiet għaż-żwieġ tal-attriċi kienet tajba u kif
trid il-liġi, ma jfissirx illi l-indħil fil-jedd tal-attriċi għall-ħajja
privata huwa ġustifikat. Fis-sitwazzjoni kif inhi llum, lattriċi
hija mċaħħda mill-possibbilità li tifforma sħubija talħajja
kemm ma’ raġel u kemm ma’ mara. Iżda huwa dan
il-fatt – in-nuqqas tal-liġi li taħseb għal forma ta’ sħubija
tal-ħajja għal min hu fis-sitwazzjoni tal-attriċi – aktar milli rrifjut
tar-Reġistratur li joħroġ it-tnidijiet għaż-żwieġ li
jwassal għall-ksur tal-obbligu pożittiv tal-istat li jara li jkun
hemm rispett xieraq għad-dritt tal-attriċi għall-ħajja privata.25. Din is-sħubija tal-ħajja mhux bilfors trid tkun u, anzi,
min-natura tal-affarijiet ma tistax tkun iż-żwieġ. Iżda l-liġi
tista’ taħseb għal forom oħra ta’ sħubija tal-ħajja. Dan
ikun ukoll rimedju tajjeb u biżżejjed għall-għanijiet tal-
Konvenzjoni għax, kif qalet il-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet
tal-Bniedem fil-każ ta’ I versus ir-Renju Unit4, “it is for the
Contracting State to determine inter alia … … … the
formalities applicable to future marriages”. Jekk
imbagħad is-sħubija tissejjaħx żwieġ (marriage) jew
sħubija tal-ħajja (life partnership) ma jnaqqas xejn middrittijiet
ta’ min jagħżel forma jew oħra ta’ sħubija,
sakemm jitħares id-dritt ta’ dawk li daħlu fi żwieġ taħt l-Att
dwar iż-Żwieġ li ma tinbidilx in-natura legali tar-relazzjoni
tagħhom, u jitħares id-dritt ta’ dawk li, bħall-attriċi, iridu
jidħlu f’forma oħra ta’ sħubija tal-ħajja.26. Din il-forma oħra ta’ sħubija tal-ħajja tħares ukoll iljedd
għall-ħarsien tal-ħajja tal-familja billi l-Qorti Ewropeja
tad-Drittijiet tal-Bniedem tagħraf illi ma huwiex meħtieġ iżżwieġ
biex titwaqqaf familja5.27. Din il-qorti għalhekk, għalkemm għal raġunijiet
diversi, taqbel mal-konklużjoni tal-ewwel qorti illi kien
3 Para. 100.
4 11 ta’ Lulju 2002 (rikors numru 25680/1994).
5 Johnston u oħrajn versus l-Irlanda, 18 ta’ Diċembru 1986 (rikors numru
9697/1982).
hemm ksur tal-jedd tal-attriċi għar-rispett tal-ħajja privata
tagħha mħares taħt l-art. 8 tal-Konvenzjoni.
It-tieni Aggravju – l-artikolu 12 tal-Konvenzjoni
Ewropeja28. Fit-tieni aggravju tagħhom il-konvenuti jgħidu illi lewwel
qorti interpretat u applikat ħażin l-art. 12 tal-
Konvenzjoni, li jgħid hekk:
ARTIKOLU 12
L-irġiel u n-nisa ta’ età ta’ żwieġ għandhom id-dritt li
jiżżewġu u li jkollhom familja, skond il-liġijiet nazzjonali li
jirregolaw l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt.29. Il-konvenuti jgħidu illi:
«… … … l-Artikolu 12 ma jistax jiġi interpretat illi jagħti
carte blanche sabiex persuna ta’ età taż-żwie tikkuntratta
żwieġ anke jekk dan imur kontra l-ordni pubbliku tal-istat.
… … … Ir-regolament tal-istituzzjoni taż-żwieġ hija wkoll
ħaġa li taqa’ fil-poteri u fid-diskrezzjoni tal-istati firmatarji
tal-Konvenzjoni, u l-Konvenzjoni ċertament li ma tobbliga
lil ebda stat li jirrikonoxxi żwieġ li jmur kontra l-ordni
pubbliku malti. Iż-żwieġ f’Malta huwa kuntratt ta’ natura
sui generis u ta’ ordni pubbliku. Dan il-kuntratt jista’ jiġi
konkluż biss bejn żewġ persuni ta’ sess oppost u dan irid
jirriżulta mill-istruttura kemm esterjuri u kemm anatomika,
gonodali u kromosomika opposta. Kull interpretazzjoni
differenti twassal għal-żwieġ bejn żewġ persuni tal-istess
sess li ċertament hija djametrikament opposta għall-ordni
pubbliku malti.»30. L-attriċi taqbel illi l-istat jista’ jgħaddi “liġijiet
nazzjonali li jirregolaw l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt”, iżda
dawn il-liġijiet ma jistgħux ikollhom, bħala effett illi filprattika
jeliminaw dan id-dritt. Hija tistrieħ fuq is-sentenza
fuq imsemmija ta’ Goodwin fejn il-Qorti Ewropeja qalet
hekk:
«The exercise of the right to marry gives rise to social,
personal and legal consequences. It is subject to the
national laws of the Contracting States but the limitations
thereby introduced must not restrict or reduce the right in
such a way or to such an extent that the very essence of
the right is impaired.»6
6 Para. 99.
31. Dan kollu jkompli jiswa jekk flok il-kliem “to marry”
jidħol il-kliem “to enter into a life partnership”, u linterpretazzjoni
x’aktarx wiesgħa tal-art. 12 mogħtija fissentenza
ta’ Goodwin tagħti dan il-jedd ukoll, li minnu lattriċi
ġiet imċaħħda. Il-fatt iżda jibqa’ illi l-ksur tal-art. 12
fil-każ tallum seħħ mhux għax l-attriċi ma tħallietx tidħol fi
żwieġ taħt l-Att dwar iż- Żwieġ iżda għax il-liġi ma taħsibx
għal forom oħra ta’ sħubija tal-ħajja li huma miftuħa għallattriċi.32. Din il-qorti għalhekk, għalkemm għal raġunijiet
diversi, taqbel mal-konklużjoni tal-ewwel qorti illi kien
hemm ksur tal-jedd tal-attriċi mħares taħt l-art. 12 tal-
Konvenzjoni, fis-sens biss iżda illi l-jedd imħares taħt dak
l-artikolu ma huwiex dak regolat fl-Att dwar iż- Żwieġ.33. Dan iwassal għall-konsegwenza illi r-rimedju mitlub
mill-attriċi u mogħti mill-ewwel qorti – biex ir-Reġistratur
joħroġ it-tnidijiet għaż-żwieġ – ma huwiex ir-rimedju xieraq
fie-ċirkostanzi, għax it-tnidijiet li jista’ joħroġ ir-Reġistratur
huma biss dawk taħt l-Att dwar iż-Żwieġ. F’kull każ, ebda
tnidijiet ma jistgħu jinħarġu ladarba, kif ġie verbalizzat fisseduta
tal-14 ta’ Frar 2011, l-attriċi stqarret illi “llum hi
m’hijiex f’relazzjoni ma’ persuna bl-intenzjoni li
tiżżewweġ”.
Konklużjoni34. Għal dawn ir-raġunijiet il-qorti hekk tirriforma ssentenza
appellata:
i. tikkonfermaha fejn ċaħdet it-tieni u r-raba’ talbiet,
ukoll għax ma sar ebda appell inċidentali minn din il-parti
tas-sentenza;
ii. tirriformaha fejn laqgħet l-ewwel talba fis-sens illi
tikkonfermaha fejn qalet illi kien hemm ksur tal-artt. 8 u 12
tal-Konvenzjoni iżda tħassarha fejn qalet illi dan il-ksur
seħħ għax il-liġi ta’ Malta, kif interpretata u applikata mir-
Reġistratur, ma tagħrafx lill-attriċi bħala mara għallgħanijiet
u effetti kollha tal-liġi, fosthom dawk ta’ żwieġ, u
minflok tgħid illi l-ksur seħħ minħabba fin-nuqqas tal-liġi li
taħseb għal forma ta’ sħubija tal-ħajja għal min hu fissitwazzjoni
tal-attriċi; u
iii. tħassarha fejn qalet illi r-Reġistratur ma jistax
jirrifjuta li joħroġ it-tnidijiet għaż-żwieġ tal-attriċi.35. Fie-ċirkostanzi, l-ispejjeż għandhom jinqasmu bin-nofs
bejn il-partijiet.
36. Tordna illi kopja ta’ din is-sentenza tintbagħat
minnufih lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati.
- Sentenza Finali -
---------------------------------TMIEM--------------------------------
No comments:
Post a Comment