Wednesday, 25 May 2011

It-Torċa: Il-liġi tal-koabitazzjoni u l-Knisja

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=11661
22.5.2011 minn Osservatur Kattoliku, Valletta

Mill-kitba ta' Dun Joe Borg, jidher li qed juża opinjoni differenti dwar id-divorzju hawn Malta u barra minn Malta. Jidher ukoll li għandu tagħ-rif dwar il-leġiżlazzjoni dwar il-koabitazzjoni. Difatti daħħal il-kunċett ta' koabitazzjoni bejn aħwa, missier u iben, eċċ. Dawn qegħdin jissemmew għall-konvenjenza biex ma jkunx ikkundannat Gonzi u l-partit tiegħu meta jridu jdaħħlu l-liġi tal-koabitazzjoni.

Il-liġi tal-koabitazzjoni ma tidħolx fejn hemm ġenituri u aħwa, eċċ. Dawn hemm il-liġi tal-familja biex tmexxihom mhux il-liġi tal-koabitzzjoni.

Dak li aħna nifhmu b'koabi-tazzjoni huma raġel u mara mhux miżżewġin u jgħixu bħal koppja mhux miżżewġa, jew ukoll persuni tal-istess sess li jgħixu flimkien. Qegħdin nirreferu biss għal dawk li qegħdin jgħixu flimkien bħalma qed jiġri fi Franza u jissejħu PACS: patt ċivili ta' solidarjetà. Il-liġi tal-koabi-tazzjoni għal dawn hi ntiża u mhux għal aħwa jew ġenitur u iben jew bint; dawk ma tistax issejħilhom ħlief familji u l-liġi tal-familja treġihom. Kważi kważi anke lill-koppja miżżewġa jridu jirreferu. Tal-biki jekk mhux tad-daħq.

Bħal donnu li Rev. Joe Borg ta xi parir lil Gonzi biex jimxi

kif qed jgħid hu biex ma tindaħalx il-Knisja u tikkundannah bħalma qiegħda tagħmel għad-divorzju.

Inzerta li l-Maltin m'humiex ċwieċ bħalma jsibhom il-Ministru tal-Finanzi.

Tassew li lesti jmorru f'kull estremità biex jingħoġbu ma' Gonzi u l-PN.

Miżien b'żewġ piżijiet u żewġ qisien.

Tal-mistħija li wieħed jasal s'hemm. Ma ninsewx li l-liġi tal-koabitazzjoni ilha mħejjija 13-il sena minn żmien Fenech Adami. Iżda l-Knisja ma qanqlet l-ebda storbju.

Ara kif Jeffrey Pullicino Orlando semma d-divorzju mingħajr ħadd ma kien jaf kif se jkun propost, mill-ewwel qabżet il-Knisja tixlih b'abbuż. Mentri dwar il-ko-abitazzjoni ma ntrefa' l-ebda subgħa.

No comments:

Post a Comment