Wednesday, 18 May 2011

Mazzun: Gordon-John Manche tkomplix troxx il-firda!

http://mazzun.wordpress.com/2011/05/07/gordon-john-manche-tkomplix-troxx-il-firda/
7.5.2011

U dan Gordon-John jobghod l-omosesswali!?

Ftit ilu, kellna lill-Angelik li l-mirakli li qed jaghmel lanqas Lourdes qatt ma raw bhalhom. Dehriet tal-Madonna, shab jaqbez u jixghel, ilma hiereg mill-blat, pjagi ta’ Kristu, statwi jcarcru d-demm tieghu stess, zejt tal-kcina u d-dmugh tal-kukkudrilli … insomma dan Angelik ghandu minn kollox u da’ l-ahhar haseb biex jinghaqad mal-banda tal-‘Le’ Kontra d-Divorzju forsi jaghtihom xi naqra kredibilita’!

Imma l-bierah smajna b’gwapp gdid, Gordon-John Manche li hallieh ikecci x-xjaten, ifejjaq il-mmorda u b’miraklu tassew kbir u uniku—jaqleb il-gays u jaghmilhom straight.


Ahna tal-mazzun ftit nafuh lil dan Manche imma qalulna li kien zeffien l-Amerka jghix hajja xxellerata tat-tbahrit u zina kbira. Ilsiena hziena sa qalulna li anke hu kien jigri ma’ dik u ma’ l-ohra, sakemm gralu bhal San Pawl u ra d-dawl. Bid-differenza li ghall-inqas il-Bibja tghidilna li San Pawl gie mnebbah direttament minn Alla, filwaqt li Gordon-John, qabad u ddecieda li hu li gie mnebbah ra li kellu holma mimlija xjaten u hatar lilu nnifsu pastor—qaddej t’Alla li jahdem bhala l-istrument tieghu.

Allura ddecieda li jibda juri l-poteri fantastici tieghu lill-fidili dejjem bl-intercessjoni t’Alla u ta’ martu l-psikologa Mariella Blackman li kulhadd jafha mid-dehriet taghha fuq it-televizjoni taghti l-pariri psikologici. Heq, it-televizjoni dejjem tajjeb ghax jarawk hafna nies u ghandek riklam b’xejn ghalhekk Blackman kienet tkun mimlija klijentela’ u tghid xi ftit minn dawk il-klijent ma kienx qieghed l-id t’Alla fuqhom Manche, jekk tfalli li tfejjaqhom martu?

Imma nsomma, issa li saret mama u ntefghat ma’ ragel specjali maghzul mill-Mulej, inbiddlet, imma xorta ma nistghux ma nistaqsux jekk meta tkun fis-sodda mieghu ma tharisx lejh b’mod kemmxejn stramb tipprova taghmillu psiko-analizi sigrieta halli tara kemm ghandu roti neqsin? Ghax biex tghid li kapaci ddawwar l-omosesswali u taghmilhom normali, irid ikollok ftit roti neqsin.

Wisq nahsbu li bhal hafna Evangelisti Amerikani, Gordon-John huwa omofobiku, jigifieri jibza’ u jobghod l-omosesswali; u min jahsibha b’dan il-mod hafna drabi, fil-fond ta’ qalbu jkun jibza’ li jista’ jkun li hu stess ghandu tendenzi simili imma biex zgur ma jhallix dawn is-sentimenti jitilghu fil-wicc, juri kemm ma jahmilx l-omosesswali bl-aktar mod fanatiku.

Ma nghidulkomx kemm kien hemm Evangelisti Amerikani bhal Ted Haggard u Tom Brock li tghidx kemm bezqu hdura kontra l-omosesswali mbaghad instabu li kienu omosesswali.

Tghiduli, imma Manche ghandu tarbija u mizzewweg. Vera, imma dan ma jfisser xejn ghaliex hafna nies lesti li jaghmlu kollox ghall-ghajn in-nies. Ahna tal-mazzun nirragunaw li jekk inti eterosesswali u thobb in-nisa, m’ghandux jkollok biza’ mill-omosesswali ghas-semplici raguni li tippreferi n-nisa.

Iridu niftakru li fid-Dinja hawn zewg tipi t’irgiel. Dawk li jhobbu n-nisa u dawk li jhobbu l-irgiel. Jekk l-imhabba taghhom lejn xulxin hija mhabba vera u reciproka, nawguralhom. X’hemm hazin li ragel ihobb ragel jekk dawn ihossuhom ferhanin ma’ xulxin?

Skond Gordon-John Manche, dan hazin ghax il-Bibja tghid li hu hazin, imma daqs kemm tghid affarijiet il-Bibja li llum m’ghadniex naccettawhom. Araw ftit xi tghid il-Bibja dwar in-nisa. Tahsbu li dawn l-ideat ghandna naccettawhom f’pajjiz Ewropew bhal Malta?

Il-Mara hija nferjuri ghar-ragel: “Ir-ragel huma l-imagni u l-glorja t’Alla; imma il-mara hija l-glorja tar-ragel! (1 Cor. 11:7)

In-nisa huma aktar dghajfa mill-irgiel: “Irgiel tridu turu konsiderazzjoni meta tghixu man-nisa taghkom, u tittrattawhom bir-rispett li jixirqilhom bhala l-parti d-dghajfa.” (1 Peter 3:7)

In-nisa ghandhom joqghodu kwieti fil-Knisja: “Bhal f’kull kongragazzjoni ta’ qaddisin, in-nisa ghandhom jibqghu siekta fil-knejjes!” (1 Cor. 14:34)

In-nisa m’ghandhomx ikunu fuq l-irgiel: “Ma nippermettix mara li tghallem jew ikollha awtorita’ fuq ragel.” (1 Tim. 2:12-14)

In-nisa huma salvi ghax ikollhom it-tfal: “In-nisa jigu salvati bit-twelid tat-trabi!” (1 Tim. 2:15)

Allahares kellna noqghodu nimxu ezatt mal-Bibja li wara kollox nkiteb eluf ta’ snin ilu meta hafna razez ta’ nies u n-nisa kollha ftit li xejn kellhom drittijiet; fejn il-vjolenza kienet parti mill-hajja ta’ kuljum u fejn minn kien xi ftit differenti minn haddiehor kien jispicca persegwitat, skjav u maqtul.

Il-omofobija u l-mibgheda ta’ Gordon-John Manche kontra l-omosesswali hija riflessjoni tas-socjeta’ barbarika li kienet tezisti meta nkitbet il-Bibja u ghalhekk hafna mill-partijiet mill-Bibja llum lanqas qatt jaqrawhom fil-quddies. Fil-fatt, is-siltiet kollha li jinqraw ghall-vangelu fil-quddies gejjin mit-Testment il-Gdid li tiddiskrivi l-hajja u t-taghlim ta’ Kristu li kien hafna aktar toleranti, tant li hu stess kien jaghmilha mal-qhab, mgiddmin u midimba.

Fl-ahhar nixtiequ nghidu lil Manche li:
ahjar jiehu ftit ideat mill-hajja ta’ Kristu u jimxi fuqhom milli joqghod jikkwota l-Alla ta’ l-Antik Testment li hlief joqtol u jikkastiga lil kull min jirrabbjah ma kienx.
ahjar jippriedtka t-tolleranza u l-imhabba lejn min hu differenti minna. Peress li fid-Dinja m’hawnx mibgheda bizzejjed, xi hadd bhalu li jkompli jzidha jonqosna.
ahjar ihalli n-nies bi kwiethom, jghixu hajjithom kif iridu huma imbasta ma jaghmlu hsara lil hadd u mhux jivvinta krucjati godda ha jzid il-firda li diga ghandna fis-socjeta’ taghna
Din bhal tad-divorzju, kulhadd irid jindahal fil-qohob ta’ haddiehor. Jekk m’ghandekx bzonn id-divorzju, kif tahdem biex min ghandu bzonnu ma jinghatalux?

Fejn il-kumpassjoni, l-imhabba u l-hniena ta’ poplu li jiftahar li hu 95% Kattoliku?


[Ikklikja fuq il-link ta' fuq biex tara l-kummenti fuq is-sit tal-Mazzun.]

No comments:

Post a Comment