SATURDAY, 21 MAY 2011 21:06 minn VERONICA BARBARA
Malta u Ghawdex huma zewg gzejjer meraviljuzi li jirrakkontaw storja u zvilupp artistiku u letterarju interessanti immens, rizultat tal-influwenzi barranin kif ukoll ta' reazzjoni interna minn poplu li ghadda minn hafna grajjiet.
B'xorti hazina, din l-istorja mibnija fuq id-diversità qisha m'ghallmitna xejn dwar id-diversità!
In-nuqqas ta' tolleranza li jezisti hu wiehed kbir. Ghad hawn bosta li ma jistghux jaccettaw il-fatt li hemm nies differenti minnhom, li jiddeciedu li jghixu hajjithom b'mod divers jew li qabdu direzzjoni li ma taqbilx mal-morali taghhom.
Ghal xi raguni stramba dawn in-nies intolleranti jhossu li ghandhom xi jedd suprem li jiddettaw il-hajja ta' kulhadd u li jaghzlu huma ghal haddiehor.
Naraw dan in-nuqqas ta' tollerenza tispikka fil-mod kif xi whud jiddiskutu l-omosesswalità.
Forsi dawn in-nies ma jafux kemm iwegga' kliemhom u kemm jistghu jkissru persuna bi kliem bla rispett. Qisu mhuwiex bizzejjed li persuni omosesswali jridu jaghmlu battalja interna biex jaccettaw u jitghallmu jhobbu lilhom infushom kif inhuma. Is-socjetà taghna trid tkompli zzid il-pressjoni u taghmilha izjed difficli biex isibu posthom fis-socjetà.
Forsi mhux kulhadd jaf li sas-snin sebghin l-omosesswalità kienet iggor maghha persekuzzjoni kriminali. Kien biss wara li l-Partit Laburista nhatar fil-Gvern fl-1971 li biddel dan kollu u ma baqghetx offiza kriminali.
Meta thabbar l-abbozz ta' din il-ligi gdida, il-Kurja harget Pastorali fejn stqarret li minkejja li l-omosesswalità titnehha mill-Kodici Kriminali, xorta wahda tibqa' "ksur gravi tal-ordni morali mwaqqaf minn Alla biex jirregola l-imgieba sesswali fil-bniedem." (Lehen is-Sewwa, 6 ta' Jannar, 1973)
B'xorti tajba din l-attitudini bdiet tinbidel ghalkemm xorta wahda ssib min jipprietka bis-sahha kontra min hu omosesswali u ssib ukoll min, anke zghazagh, li jkunu pronti jghaddu kummenti li jweggghu u jitkellmu dwar persuni omosesswali qishom huma xi nies imgarrba b'marda li trid titfejjaq. Marida hija s-socjetà medjevali li qed nghixu fiha – dik hemm bzonn li titfejjaq.
Il-gimgha li ghaddiet inkixef kaz tal-misthija fejn pastor tal-Evangelical Church f'Malta allega li "bir-rieda t'Alla" kien irnexxielu "jikkonverti" tliet zghazagh mill-omosesswalità taghhom u qed jorganizza sessjonijiet ghal dawk li jixtiequ huma wkoll "jikkonvertu".
Meta dan kollu hareg fil-berah mal-ewwel bdiet tithejja mixja ta' protesta kontra l-kliem dizpreggattiv u l-attitudni intolleranti ta' din il-persuna.
Sfortunatament din il-protesta ma setghetx tinzamm minhabba kwistjoni ta' permessi mill-Pulizija, kif intqal mil-organizzaturi tal-protesta stess.
Nittamaw li l-istorja ma tiqafx hawnhekk u jittiehdu l-passi kollha mehtiega biex certi messaggi u laqghat li jqanqlu l-mibeghda jitwaqqfu.
Finalment nixtieq nesprimi d-dizappunt tieghi ghall-fatt li f'dan il-pajjiz mhux semplicement ma ssirx distinzjoni bejn Knisja u Stat, izda lanqas biss qed nifhmu d-differenza bejn privat u pubbliku.
Dak li wiehed jaghzel ghall-hajja privata tieghu m'ghandux jigi ddettat minn haddiehor.
Socjetà li tassew trid li l-membri kollha taghha jkunu kuntenti u jghixu f'armonija flimkien hija socjetà li taccetta d-differenzi, tahdem favur id-diversità u tirrispetta l-kapacitajiet ta' kull individwu, minghajr ma taghmel distinzjoni fir-rigward tal-orjentazzjoni sesswali.
Ma ninsewx li nhar it-Tlieta 17 ta' Mejju hija l-gurnata internazzjonali kontra l-Omofobija – biex ikun possibbli li tigi diskussa din it-tema, l-LGBT Labour qed jorganizza seminar dakinhar, jigifieri nhar is-17 ta' Mejju, mis-6 sad-9pm, f'Dar l-Ewropa (Valletta).
Il-kelliema huma varji u gejjin minn sferi differenti tas-socjetà.
Huwa tajjeb li nifhmu li m'hemmx ghalfejn tkun omosesswali biex iddejqek attittudni ta' intolleranza u biex tahdem kontra l-omofobija.
L-omofobija hija attitudni insensittiva u tal-misthija – bl-ghajnuna tieghek, kemm jekk inti omosesswali u kemm jekk m'intiex, tistà tingheleb.
No comments:
Post a Comment