Sunday, 29 May 2011

Malta Right Now: Joanne Cassar ma tingħatax id-dritt li tiżżewweġ

http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=Joanne+Cassar+ma+ting%26%23295%3Batax+id%2Ddritt+li+ti%26%23380%3B%26%23380%3Bewwe%26%23289%3B&t=a&aid=99828404&cid=39

23 ta' Mejju, 2011 13:11 CET minn Ray ABDILLA

Joanne Cassar ma ngħatatx id-dritt li tiżżewweġ wara li l-Qorti Kostituzzjonali qalet li taqbel li ma jinħarġux it-tnidijiet taż-żwieġ fil-konfront tagħha u talbet lill-Parlament li b'xi mod jilleġiżżla biex tali żwieġ ikun jista' jiġi fis-seħħ. Madankollu l-istess Qorti ma taqbilx li Cassar ma tingħatax l-għarfien bħala mara.

Il-każ imur lura għal Settembru tal-2006 wara li Joanne Cassar, li għamlet operazzjoni biex issir mara kienet għamlet talba flimkien mas-sieħeb tagħha biex jinħarġu t-tnidijiet biex iż-żwieġ ikun jista' jseħħ. Min-naħa tiegħu, id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku kien ċaħad li dan isir.

Wara din iċ-ċaħda Joanne Cassar permezz tal-Avukati tagħha Jose Herrera u David Camilleri qalu li se jmorru bil-każ Strasbourg biex jiftħu kawża għad-danni morali. Fi Frar, tal-2007 Joanne Cassar kienet rebħet battalja legali fil-Qorti Ċivili, bl-istess Qorti tordna lir-Reġistratur Pubbliku biex joħroġ it-tnidijiet għaż-żwieġ, madankollu din id-deċijoni kienet revokata wara appell li kien sar mill-istess Direttur u l-Avukat Ġenerali.

Il-Qorti tal-Appell kienet iddeċidiet li Cassar qatt ma tista' tiġi dikjararata bħala mara u dan skond l-Att Dwar iż-Żwieġ, u li l-bidla fiċ-ċertifikat taż-żwieġ, fejn kien hemm bidla fl-isem saret biex jipproteġi d-dritt ta' privatezza u l-mistħija tagħha.

Joanne Cassar bdiet proċeduri fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, fil-vesti tagħha bħal Qorti Kostituzzjonali, iżda tilfet il-każ minkejja li din il-Qorti qablet ma' ħafna mill-interpretazzjonijiet tagħha. Madankollu tilfet il-kawża peress li l-istat Malti ma jagħrafx lit-transesswali. Il-Qorti Kostituzzjonali preseduta mill-Imħallfin Geoffrey Valenzia, Giannino Caruana Demajo u Tonio Mallia qalet li r-rimedju huwa li l-Parlament jilleġiżla u minkejja li l-Qorti taqbel li kulħadd għandu dritt li jiżżewweġ u li jkun hemm ndil fil-karta tal-identita.

Cassar kienet fetħet kawża li biha rebħet id-dritt biex kemm fuq il-karta tal-identita' kif ukoll fiċ-ċertifikat tat-twelid sar it-tibdil neċessarju li jirrifletti l-partikolaritajiet dwar is-sess ġdid tagħha u anke l-isem li ħadet bħala mara. Ingħad ukoll li l-liġi Malija ma tipproddiex għal ċirkostanzi li tinsab fihom Joanne Cassar.

No comments:

Post a Comment