Ittra maħruġa fil-31 ta' Diċembru 1972 fil-Festa tas-Sagra Familja mill-
Arċisqof Michael Gonzi, President tal-Konferenza Episkopali MaltijaEmmanuel Gerada, Isqof Koadjutur ta' MaltaNicholas Cauchi, Isqof t'GħawdexEmmanuel Galea, Isqof Awżiljarju ta' Malta
English: Pastoral Letter issued on the 31st December 1972 by the Maltese Bishops condemning the decriminalisation of homosexuality.
Source: Joseph Carmel Chetcuti email: mail@queermalta.com
P. Attard's Note: Homosexuality was decriminalised in Malta on the 29th January 1973 by the Prime Minister Dom Mintoff. If you have any articles which were published in the newspapers relating to the decriminalisation or any transcripts of public speeches, and the resistance from the Catholic Church, I would be very glad if you could send them to me so I can post them on this blog. Thank You.
Transcript of the Pastoral Letter scanned above to enable text-searches in Search-Engines and translation to other languages (see Google Translate in side-bar). I would like to thank Steve for the transcript:
PASTORALI TA’ L-ISQFIJIET
(kif dehret fil-Leħen is-Sewwa tas-Sibt, 6 ta’ Jannar 1973)
Għeżież Ħutna u Maħbubin Uliedna,
Fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni ta’ l-Abbozz tal-Liġi dwar it-tneħħija tal-piena kriminali għall-atti ta’ l-Adulterju u ta’ Omosesswalità, aħna Isqfijiet miġbura f’Konferenza Episkopali ħassejna li għandna nsemmu leħinna biex ngħallmu l-fidili l-implikazzjonijiet li l-abolizzjoni ta’ din il-piena jista’ jkollha, anki indirettament, fuq il-ħajja morali ta’ pajjiżna. L-Isqfijiet bħala rgħajja tal-merħla fdata lilhom minn Kristu, għandhom id-dritt u d-dmir li jitkellmu fuq dan is-suġġett biex jilluminaw il-kuxjenzi tal-fidili tagħhom u jispjegaw li ma tbiddel xejn fl-aspett morali ta’ l-Adulterju u l-Omosesswalita’, anke jekk il-Gvern iddeċieda li jneħħi l-pieni annessi ma’ dawn l-atti mill-Kodiċi Kriminali ta’ pajjiżna.
Infatti l-Adulterju u l-Omosesswalità huma ksur gravi ta’ l-ordni morali mwaqqaf minn Alla biex jirregola l-imġieba sesswali fil-bniedem u miġbura fid-disa’ u fis-sitt kmandament tal-liġi t’Alla. Din il-verita’ hija mgħarrfa lill-bnedmin minn Alla nnifsu fil-Kotba Mqaddsa tal-Patt il-Qadim u tal-Patt il-Ġdid. Hekk p.e. fil-ktieb tad-Dewteronomju insibu miktub: “Jekk jinqabad raġel qiegħed ma’ mara miżżewġa, għandhom imutu t-tnejn; ir-raġel li kien qiegħed mal-mara u l-mara; u hekk teqred il-ħażen minn ġo Israel”. (Deut. 22, 22); fil-ktieb il-Levitiku 18, 22 insibu: “Ma’ raġel la timteddx bħal ma’ mara; hi ħaġa moqżieża”. Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann insibu lil Ġesu’ jgħid lill-mara adultera: “Mur u minn issa tidnibx iktar”. (Ġwann, 1, 11). (Ara wkoll Levit. 20, 10; Prov. 6, 32; Ġak. 4.4; Kor. 6, 9; Ġen. 19. 4.8; Levit: 20, 4.5; Rum. 1, 26 – 27).
Għalhekk l-adulterju u l-omosesswalità minnhom infushom u indipendentament mill-liġi tal-bnedmin, kienu u għadhom dnubiet gravi.
Hija wkoll verità tal-Fidi nistranija li ż-żwieġ u l-familja kienu mfasslin minn Alla fil-pjan tiegħu għall-ħajja tal-bnedmin f’din id-dinja u kienu mqaddsin minn Kristu Feddej tagħna li għamel iż-żwieġ u l-imħabba bejn il-miżżewġin u l-imgħammdin Sagrament, iġifieri sinjal u sehem ta’ l-imħabba t’Alla għall-Poplu tiegħu u, għalhekk mezz għas-salvazzjoni u għall-ħajja ta’ dejjem.
Iż-żwieġ u l-familja huma s-sisien tas-soċjeta’, li s-saħħa morali tagħha hi marbuta mas-saħħa taż-żwieġ u tal-familja. Hu għalhekk li skond it-tagħlim nisrani, l-adulterju huwa disordni morali u soċjali gravi għaliex ixejjen l-fedelta’ fiż-żwieġ u r-rabta tal-familja kif ukoll is-safa u d-dinjita’ tal-imħabba tal-miżżewġin. Kien għalhekk li l-Konċilju Vatikan II fil-Kostituzzjoni, Il-Knisja fid-Dinja llum nru. 49 sejjaħ l-adulterju “profanazzjoni ta’ l-imħabba fidila bejn il-miżżewġin”.
It-tħassib tagħna flimkien ma’ dak ta’ kull min għandu għal qalbu s-saħħa morali tal-familja u tas-soċjeta’ Maltija jkompli jikber illum quddiem it-theddida serja lid-dinja minn dik li qed tissejjaħ il-kampanja jew fronti kontra l-familja li permezz tagħha pass wara l-ieħor qed tipprova ixxejjen l-istituzzjoni taż-żwieġ u l-familja.
Dwar l-omosesswalità, aħna ngħarfu, nifhmu u naqblu li min hu verament marid jeħtieġ kura u għajnuna u mhux kastig, ġaladabra llum ix-xjenzati huma tal-fehma li wħud mill-omosesswali huma nies morda jew mhux normali għal kollox. Inħossu wkoll li s-soċjetà ta’ pajjiżna għandha u trid li tibqa’ imħarsa kif jixraq permezz ta’ liġijiet ġusti minn kull ma jista’ jhedded iż-żwieġ, il-familja, l-imħabba fidila u xierqa li l-poplu Malti fil-maġġoranza kbira tiegħu għadu jqishom u jgħożżhom bħala valuri u wirt importanti u għalhekk, bħala sehem mhux żgħir mill-ġid komuni tas-soċjetà Maltija. Biex jintlaħqu sewwa dawn iż-żewġ skopijiet, jidhrilna li s-soċjeta’ Maltija għandha tħoss id-dmir li tipprovdi, permezz ta’ l-Awtorita’ pubblika, minn naħa l-waħda, servizz adegwat ta’ kura għall-mard ta’ anomaliji sesswali, u minn naħa l-oħra, ħarsien effiċjenti u ġust bil-liġi kontra kull xorta ta’ korruzzjoni, solliċitazzjoni, propaganda, pubbliċita’, assoċjazzjoni għall-finijiet omosesswali, kif titlob l-moralita’ pubblika.
Minn naħa tagħna ma nistgħux nagħmlu ħaġa oħra ħlief li nwissu lill-fidili tagħna biex iħarsu t-tradizzjonijiet li writna mingħand missirijietna u li bil-mod qed jonqsu. Nirrikmandaw lil kull min qiegħed f’pożizzjoni li bl-għemil tiegħu jinfluwenza deċiżjonijiet fuq dawn il-materji għandu dejjem jaġixxi fid-dawl tal-prinċipji morali nsara u tal-bżonnijiet soċjali tal-pajjiż. Fl-aħħarnett inħeġġu lil kulħadd biex jitlob u jaħdem ħalli l-familja Maltija tibqa’ dejjem mibnija fuq prinċipji nsara sodi u tieħu bħala mudell tagħha l-Familja qaddisa ta’ Nazareth.
Mogħti llum mill-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta, 31 ta’ Diċembru 1972, Festa tas-Sagra Familja.
Michael Gonzi, Arċisqof ta’ Malta, President tal-Konferenza Episkopali Maltija
Emmanuel Gerada, Isqof Koadjutur ta’ Malta
Nicholas Cauchi, Isqof ta’ Għawdex
Emmanuel Galea, Isqof Awżiljarju ta’ Malta
Can. A. Bonnici, Segretarju tal-Konferenza Episkopali Maltija
---
Ara wkoll:
"Dwar l-omosesswalita’, aħna ngħarfu, nifhmu u naqblu li min hu verament marid jeħtieġ kura u għajnuna u mhux kastig, ġaladabra llum ix-xjenzati huma tal-fehma li wħud mill-omosesswali huma nies morda jew mhux normali għal kollox." - From where exactly did the Church get the information that some scientists say that homosexuals are sick and not 'normal'? Yes of course because we are humans, like everybody else. Theres no connection between being sick and being homosexual! It makes me sick!
ReplyDelete