Tuesday 19 February 2008

L-importanza ta' L-Ewro Roza

€ Pink Euro €

Studji juru li koppji gay jaqaw taht il-kategorija ta' Double-Income-No-Kids.
Dawn it-tip ta'koppji jonfqu flushom b'mod differenti minn koppji ohrajn, u studji juru li aktar jonfqu flus fl-ivvjaggar.

Peres li Malta tghix fuq it-turizmu, hu importanti hafna li ma nissottovalutawx din li kategorija ta' nies specjalment, meta f'Malta irridu inzidu t-turizmu fl-istagunijiet off-peak.

Pajjizi ohrajn li jghixu fuq it-turizmu, bhall-Awstria fehmu din u fl-ufficji tat-turizmu tal-bliet issib kategorija ta' brochures ghal nies gay.

Hawn Malta meta kont membru tal-kumitat ta' Malta Gay Rights Movement, konna qed norganizzaw LGBT film festival u meta mort fl-ufficju tat-turisti l-Belt Valletta biex naghtihom il-leaflets biex ipogguhom fuq l-ixkaffa kulhadd baqa iccassat li jista' ikun hemm gay film festival li, iva fil-films ikollok nies gay. Il-mara quddiemi baqghet ixxukkjata u wara li kellha icempel lis-supervisor u mbaghad nahseb lid-direttur, qtajt qalbi u tlaqt il-barra.

Il-gays m'humiex pjaga fuq il-pajjiz. Ghandhom hafna x'joffru. M'ghandiex nibzghu minnhom, inkeccuhom mill-pajjiz jew ingeghulhom jghixu f'gidba.

ISSA wasal iz-zmien ghall-bidla. M'ghandniex nitilfu dan ic-cans ghax ic-cans li jmiss jigi hames snin ohra. Ivvota lil min mhux se jghaddik biz-zmien. Ivvota 1 Alternattiva Demokratika.

Dr. Ing. Patrick Attard

Related links:

The Pink Pound

http://en.wikipedia.org/wiki/Pink_pound

http://news.bbc.co.uk/2/hi/business/142998.stm

http://www.guardian.co.uk/uk/2006/jan/23/money.gayrights

No comments:

Post a Comment