Sunday, 9 November 2008

Kotba Maltin: Xandru Miżżewweġ u Gay

http://www.ilovebooks.com.mt/shbooks/product_info.php?manufacturers_id=4888&products_id=12110
minn Javier Vella Sammut
Fil-Qosor:

Meta Xandru ċempilli u qalli biex immorru naraw film flimkien kont eċitata ħafna. Meta qalli li miegħu kien se jkun hemm David, assumejt li se jġieblu sieħba ghal miegħu ukoll. Meta ġew għalija bil-karozza u bqajna sejrin dritt lejn ic-cinema u ma konna ġibna l-ebda tfajla oħra magħna, irrealizzajt li konna se nkunu biss it-tlieta li konna. Xandru poġġa bejn David u bejni. Waqt il-film Xandru qabadli idi. Qatt ma kien wasal s'hawn qabel. Xandru kien qed jieħu gost bil-film, jien kont qed nieħu gost b'Xandru. David la kien qed jieħu gost bil-film u wisq probabbli l-anqas ma kien qed jieħu gost bil-fatt li hu ma kellu l-ebda id ħaddieħor x'jaqbad. Wiċċ Xandru kien ħaj, assorbit kif kien b'dak li qed jara jseħħ quddiemu; wiċċ David kien mejjet: la kien qed jinteressah dak li kien qed jara quddiemu u lanqas ta' ma' ġenbu.
ISBN13 : 978-99932-0-633-0

[Tista' tixtri l-ktieb mill-hyperlink ta' hawn fuq.]



5 comments:

  1. Ghadni kemm kelli l-opportunita naqra dan il-ktieb...Fl-ahhar... kitba bil-malti dwar omosesswali b' certa reqqa u ghazla ta' kliem reali, tal-hajja vera. Dettal irrakknuntat b'imhabba u bl-ivell mzejjen bil- maturita'!! Prosit!! HAFNA!!

    ReplyDelete
  2. Min fejn tista tixtrih dan il-ktieb?

    ReplyDelete
  3. Jista' jigi ordnat minghand ilovebooks.com.mt jew mghand bronk fuq info@bronk.org
    Naf li jiena stess m'inix insibu ghand il-hwienet u librara. L-ahhar li rajtu ghand die Ecke stationery tas-Siggiewi. Jiddependi minn fejn hu. Kont rajt xi kopji ukoll ghand Copy club ta' Rahal Gdid u Agenda Bookshop outlets izda kienu mexjin tajjeb u jista' jkun li sal-lum spiccawlhom ukoll.

    ReplyDelete
  4. Prosit ktieb brillanti!!!

    Veru ħadt gost naqrah ħafna. Veru maħsub tajjeb. U qatt ma kont qrajt kitba erotika bil-Malti:

    "...hu u l-maħbub tiegħu jinżgħu l-buttuni tal qmis 'il xulxin. Id-dawl nemmien ħamrani, il-mużika fl-isfond u l-ilsien jinżel jobrox mal ġisem għeri minn taħt il-għonq. U jħalli warajh it-tiżlig li jħalli bebbuxu fi triqtu. U mbagħad qajl, qajl jibda t-tinżigħ tal-qliezet: iċ-ċinturin jaqa' mill-idejn u jisserrep ma' l-art u jibqgħu sejrin hekk sa ma' l-iġsma taz-zewgt irgiel mahbubin ikunu għerja għal kollox. U l-ilsien nebbiexi jibqa' jiskopri mogħdijiet u xagħri sa ma jsib virga virili u mqajjma u ghatxana ghall-pjaċir li joffri l-ġisem. U l-virga tidħol tinfed u tgħarrex fid-dalma tal-ġewwien u jiltaqgħu ġisem ma' ġisem u ruħ ma' ruħ sal-mument estatiku ta' l-orgażmu."

    ReplyDelete
  5. ilbirah is sibt 6 ta gunju xtrajt dan il ktieb bla hsieb
    u illum il hadd 7 ta gunju lest
    qrajtu tista tghdi go jumejn
    sabiha hafnaaa il malti tighu huwa belezza kif inhu miktub u kif jispicca ma kontx nghid li jispicca hekk ghalkemm jiena nhobb meta nixtri ktieb naqra lahar pagna ima tal genn:D

    sa ftit ilu kont hemm neqred kif mhawnx stejjer sbieh bil malti
    kompli sejjer hekk
    prosit
    jalla ikollna kotba aktar min teigehk xnaqraw:D

    ReplyDelete