http://www.kullhadd.com/?task=2§id=&articleid=12489
24.1.9
Hekk kif smajt bih dan il-ktieb mal-ewwel gietni kurzità dwaru u wisq aktar sabiex insir naf lill-awtur. Permezz tal-kuntatti personali li bnejt matul dawn l-ahhar snin, irnexxili naghmel kuntatt dirett u fl-ahhar mill-ahhar iltqajt ma’ l-awtur ukoll.
Tkellimt b’mod in generali mieghu, filwaqt li ghaddieli kopja tal-ktieb. Fi zmien qisu xahar irnexxili naqra l-ktieb kollu b’interess li sammarni jum wara iehor ghatxana nkun naf xi jmiss li jigri. Nistqarr li nahseb f’ghomri s’issa qatt ma qrajt ktieb shih minn qoxra sa qoxra b’interess qawwi. Wara li qrajt il-ktieb, mal-awtur ddiskutejt il-kuncett tal-ktieb tieghu – Xandru, Mizzewweg u Gay!!!!
Storja tal-ktieb rumanz
L-istorja tar-rumanz Xandru Mizzewweg u Gay titratta dwar il-hajja drammatika ta’ zaghzugh fit-tftixxija tieghu ta’ l-identità sesswali propja. Ir-rumanz huwa ambjentat mill-bidu tas-snin tmenin u jitlaq minn hemm. Xandru jiltaqa’ ma’ Gizelle u din il-mara xeghlitlu hajtu. Maghha xtaq jaqsam is-sabih u l-ikrah tal-bqija ta’ hajtu. Iz-zwieg huwa tappa inevitabbli f’hajjet din il-koppja u permezz ta’ din ir-rabta jasal il-frott li jkompli jzewwaq il-hajja ta’ dawn it-tnejn min-nies. Imma Xandru, fil-fond ta’ qalbu u fil-passjonijiet li jgarrab ihoss il-gibda go fih li kienet mizrugha mat-twelid jekk mhux ukoll minn qabel. Tort ta’ min hu dan?
Ir-rumanz jistaqsi u jiddibattti l-pozizzjoni rigida li tiehu l-Knisja Kattolika kemm lokali kif ukoll dik Universali dwar din il-kategorija vulnerabbli fejn tkompli ssammrilhom fuq id-dwejjaq u t-tbatijiet li jghaddu minnhom fit-tfittxija taghhom ghall-gharfien u l-accettazzjoni ta’ dak li tassew huma. F’dan il-labirint ta’ dwejjaq, Xandru jdahhal mieghu kemm lil Gizelle kif ukoll lil uliedu li lkoll kemm huma jghaddu minn riperkussjonijiet ta’ ostilità. Interessanti hafna l-pozizzjoni li tiehu Gizelle li kien hawn min sejhilha bhala rarità u kwazi impossibli. Kif qalli Javier stess waqt il-konverzazzjoni mieghu, “Intenni nghid l-konvinzjoni tieghi li bhal Carol Lynn Pearson, il-Gizelle tar-rumanz tirrapprezenta ghadd ta’ individwi ohrajn li jaqsmu u jghixu din id-dramma filwaqt li t-tort ta’ dan kollu zgur li jinsab x’imkien iehor.”
L-awtur veru tal-ktieb
Nibda biex nghid li isem l-awtur Javier Vella Sammut huwa isem fittizju jew ahjar psewdonomu maghzul minn awtur Malti li kiteb ir-rumanz ricenti - Xandru Mizzewweg u Gay, liema rumanz qed iqajjem sensazzjoni qawwija fost dawk li jhobbu l-ktieb bil-Malti. Javier qieghed fil-fazi matura ta’ hajtu izda jiftakar sew li bhala zaghzugh hadem b’impenn f’ghaqdiet taz-zghazagh fuq temi socjali. Illum il-gurnata l-maturità f’hajtu wasslitu biex jesplora mezzi godda ta’ kif izomm dak l-impenn socjali haj permezz tal-kitba.
Insinifikanti min kiteb il-ktieb
Staqsejtu ghaliex dan ir-rumanz inkiteb taht psewdonomu.
“Huma diversi r-ragunijiet ghaliex wiehed jaghzel li jikteb taht psewdonomu. Il-psewdonomu mhux biss jittanta jostor l-identità ta’ l-individwu izda jhalli spazji ghall-qarrej biex jimrah fl-ispekulazzjoni tieghu. L-insularità tal-pajjiz u l-pregudizzji socjali li ghadhom jirrenjaw fost min jokkupa karigi influwenti fl-amministrazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-pajjiz jistghu ikunu ragunijiet ohra. Nghid is-sew l-izjed raguni li rebhet fuq l-ohrajn hija li l-attenzjoni xtaqtha tiffoka fuq it-test innifsu u ghalhekk, kif kien qalilna darba lecturer ewlieni fl-università, kwazi kwazi huwa insinifikanti min ikun kiteb ix-xoghol hdejn il-mistoqsijiet li ghandhom jitqanqlu mix-xoghol innifsu.
“Fil-qasam letterarju kienu bosta dawk li ghazlu li jiktbu taht psewdonomu. Wiehed jista’ jsemmi ezempji celebri bhal dak ta’ Mark Twain (Samwel Clemens), Acton Bell (Anne Bronte), Boz (Charles Dickens), George Eliot (Mary Ann Evans) u Stephen King (Richard Bachman) biex insemmu ftit minnhom”, fissirli Javier.
Il-messagg li jrid iwassal permezz tal-ktieb
Mistoqsi jghidli dwar il-messagg tieghu permezz tal-ktieb stess, Javier wegibni, “Il-ktieb jiddibatti l-pozizzjoni li tiehu l-quccata tal-gerarkija Kattolika quddiem tema bhal din. Sa dan l-ahhar stess, il-Papa Ratzinger hareg stqarrija, fil-fehma tieghi omofobika, dwar l-omosesswalità fejn qabbilha mal-hsara tax-xita aciduza lill-foresta. Bi stqarrija bhal din kisser fix-xejn it-tentattiv genwin, biex jinbnew pontijiet minn qassisin fi hdan l-istess Knisja, ma’ individwi u l-gheziez taghhom li jappartjenu ghal din il-kategorija vulnerabbli socjali. Ghandu ghalxiex itaqqlilhom il-kuxjenza lil dawn li johorgu bi stqarrijiet bhal dawn, il-konsegwenzi koroh u hzena li jistghu ihallu fuq individwi li ghadhom jissieltu biex jaslu f’xi forma ta’ kompromess biex jaccettaw lilhom infushom u l-identità sesswali taghhom”.
Dwar jekk dan kienx l-ewwel pubblikazzjoni li kiteb s’issa, Javier infurmani li f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ kitba ghall-adulti, dan kien l-ewwel xoghol letterarju tieghu.
“Wara r-rispons qawwi li kellu dan ix-xoghol s’issa, ninsab imheggeg biex nikteb xoghol iehor li qieghed nahdem fuqu bhalissa u li nittama li ma jdumx ma jara d-dawl tal-pubblikazzjoni tieghu izjed tard matul din is-sena. Ser ikun rumanz li jitratta tema socjali ohra li kategorija vulnerabbli ohra ghaddiet minnhom. Ser ikun ukoll rumanz b’siltiet u deskrizzjonijiet li jistghu jimpressjonaw u jixxukkjaw u nistieden lil dawk li ghandhom qalbhom xierfa biex ma jaqrawhx”, zied jinfurmani Javier.
Grajja attwali anke f’Malta
Bla dubju ta’ xejn ridt inkun naf minn fejn gab din l-ispirazzjoni kollha sabiex jghaqqad rumanz ta’ din il-kwalità. Hawnhekk Javier irrispondini b’risposta dettaljata ghall-ahhar.
“Kemm ir-rumanz Xandru Mizzewweg u Gay, kif ukoll dak li qed nikteb bhalissa jitrattaw grajjiet, avvenimenti li graw u ghadhom jigru fir-realtà tal-lum. Minkejja l-avvanzi teknologici li ghadda minnhom il-bniedem, il-qaghda socjali ta’ hafna individwi u kategoriji kemm f’pajjizi li jiftahru bis-sistema demokratika ta’ pajjizhom kif ukoll pajjizi ohra ghadha mxekkla bi ktajjen ta’ injoranza u pregudizzji. Il-ktieb Xandru Mizzewweg u Gay kif jinghad ukoll fil-prologu tal-ktieb innifsu huwa mnebbah minn rakkont vera ta’ mara, omm u awtrici Carol Lynn Pearson fil-ktieb taghha “Goodbye, I love Your.” (Random House, 1986). Imma din il-grajja nemmen li hija attwali ukoll anke f’pajjizna. Hemm nies ohrajn li ghaddejjin minn din l-istess dramma izda ma jaslux biex jiktbuha. Xi whud isolvuha bit-triq tas-separazzjoni, divorzju filwaqt li ohrajn jghaddu minn moghdijiet ohrajn. Hemm stejjer u grajjiet li ma jaslux biex jiehdu surithom fil-kitba izda jibqghu fuq il-livell ta’ rakkont haj”, stqarr Javier.
Xandru tar-rumanz, min hu?
Minn kummenti li smajt diversi, hafna persuni qed jahsbu li l-ktieb qed jirreferi ghal xi Malti b’dak l-isem. Dwar dan tkellimt ma’ Javier ukoll.
“Anke jiena smajt l-istess kummenti. Nassigurak li ma kelli lil hadd preciz f’mohhi meta ktibt ir-rumanz. Xandru jista’ jkun Albert, Ian, Marc. L-ghazla ta’ l-isem waqghet fuq il-karattru Xandru forsi wkoll bhala kontinwazzjoni tal-karattru Xandru fir-rumanz “Is-Salib tal-Fidda” ta’ Wistin Born jew Xandru, l-poeta ribell fir-rumanz “Samuraj” ta’ Frans Sammut. Xtaqt isem mhux daqstant komuni u kemm jista’ jkun Malti. Nahseb li hawn xi zewg tuzzani Maltin b’dan l-isem izda hadd minnhom ma kien fi hsiebi meta nsigt dan ir-rumanz”, assigurani Javier.
Opinjoni ta’ l-awtur dwar l-omosesswalità
Staqsejt ukoll lill-awtur, dwar kif hu personali ihares lejn persuna omosesswali.
“Persuni omosesswali, generalment huma persuni kreattivi, jiccelebraw hafna l-joie de vivre u jezaltaw f’sens ta’ altruwizmu u sensitività qawwija. Inhoss li minhabba r-restrizzjonijiet u r-repressjoni socjali xi whud minnhom setghu inbiddlu wkoll f’eremiti socjali jekk mhux ukoll f’antagonisti ribelluzi. Hasra, tassew hasra li flok gharafna naghtu kultura lil dan it-tessut socjali, hnoqnieh u rreprimejnieh”.
Dwar jekk jahsibx li forsi Malta ghadha xi daqsxejn lura fejn jidhlu drittijiet ghall-omosesswali Maltin, Javier ikkumenta, “F’Malta, bhal f’hafna affarijiet ohra li jitrattaw dawk l-affarijiet liberali jiddetta l-opportunizmu meta jigu biex jittiehdu d-decizjonijiet. Minn dakinhar li Malta bdiet il-vera triq ta’ liberalizzazzjoni u gharfien tad-drittijiet civili, ghaddew ‘il fuq minn 25 sena. Dakinhar ghamilna l-pass ghaqli li niddikriminalizzaw l-omosesswalità. L-omosesswalità b’hekk ma baqghetx reat kriminali. Izda biex naslu sal-punt li individwu omosesswali jhossu trattat xejn izjed u xejn inqas minn cittadini kwalunkwe, jidher li ghadna kemmxejn ‘il boghod. Jippreokkupani hafna l-fatt li numru sostanzjali ta’ individwi omosesswali waslu sal-punt li jitturufnaw lilhom infushom minn art twelidhom minhabba ripressjoni socjali li ghadha tipprevali.”
Fid-dinja u anke f’Malta, aktarx li hawn diversi persuni mizzewga u gay!! Hija hasra. Tlabt lil Javier jghaddili l-kummenti tieghu dwar ghaliex fl-opinjoni tieghu jahseb li kien u ghadu jigri hekk u forsi jissuggerixxi wkoll xi ideat ta’ kif sitwazzjonijiet simili jitnaqqsu u jispiccaw darba ghal dejjem.
“Jekk wiehed jigi biex ikejjel l-incidenza tal-omosesswalità f’popolazzjoni partikulari ma tkunx daqstant facli u dan anke ghall-fatt li minhabba l-pregudizzji socjali kemm minhabba li ma jsirux studji sostanzjali dwar dan kif ukoll l-istudju empiriku ma jkunx realistiku hafna. Jinghad però li c-cifra tista’ tkun bejn hamsa u sebgha fil-mija. Fin-Norvegja studju ricenti skont il-Wikipedia jghid li kien hemm mat-12 fil-mija li ammettew relazzjoni omosesswali. Zgur però li c-cifra toghla hafna izjed minn hekk jekk wiehed jitkellem dwar il-bisesswalità.
“Hu x’inhu l-kaz, proporzjon sew minn dawn huma mizzewgin jew biex jirreprimu dak li tassew huma jew biex ikunu jistghu igawdu minn drittijiet socjali li suppost ghandhom ikunu garantiti lil kulhadd. Jibqa’ jkun hemm din l-incidenza ta’ zwigijiet ta’ konvenjenza frott l-ingustizzji, l-injoranza u l-pregudizzji socjali. Il-konsegwenzi ta’ dan kollu ghandhom ikunu ta’ piz fuq il-kuxjenza ta’ kull min jista’ jaghmel xi haga biex tinbidel din is-sitwazzjoni u jibqa’ ma jaghmel xejn, jew aghar minn hekk jibqa’ johrog stqarrijiet li jkomplu jgharrqu s-sitwazzjoni ta’ dawn l-individwi. Ir-rabtiet foloz li jidhlu fihom, it-thabbil tal-kobba li jsibu rwiehhom fihom huma u l-familji taghhom fl-ahhar mill-ahhar hija responsabbiltà kollettiva li taqa’ fuq min suppost li jiehu decizjonijiet u jibqa’ ma johodhomx”.
Bibien maghluqa biex jippubblika l-ktieb
Domanda li gietni f’mohhi waqt li qed nitkellem ma’ Javier, kienet jekk sabx xi bibien maghluqa ghalih meta gie biex jipprintja l-ktieb. Fil-fatt skoprejt li sab diversi. Sfortunatament f’Malta ghad ghandna persuni li jibzghu jiehdu riskji jew aghar minn hekk li jaffaccjaw ir-realtà. Niehu minni stess, waqt li kont noqghod naqra siltiet mill-ktieb [hafna drabi fuq tal-linja], kont ninnota diversi persuni jharrsu stramb lejja u lejn il-qoxra tal-ktieb fejn setghu jaqraw car u tond – Xandru Mizzewweg u Gay. Jista’ jkun li hafna minnhom kienu jharsu b’mod kurjuz, ohrajn b’certu stmerrija, waqt li ohrajn qisu xejn mhu xejn. Irrelevanti ghalija, ghax kont nibqa’ naqra pagna wara ohra.
Nerga’ lura ghad-domanda li staqsejt lil Javier u wegibni hekk, “Iva, meta bdejt navvicina xi pubblikaturi kien hemm min darras wiccu, kien hemm min gab skuza wara ohra flok kien sincier mal-ewwel u qalli le u ghaliex le. Sibt ukoll lil min ried jesigi certu kundizzjonijiet bhal tbiccir tat-test u ticrit bix-xfafar tac-censura. Ovvjament m’accettajtx. Ma lhaqtx dort lil kulhadd.
“Il-Bronk Productions kienu s-sitt dar ta’ pubblikazzjoni li tkellimt maghhom u dawn dahlu ghall-impenn b’mod kuragguz u determinat. Illum inhoss li kienet l-ahjar ghazla li ghamilt meta avvicinajt lil Bronk. Konvint li hemm min minn dawk li rrifjutaw dan ix-xoghol li, ghal ragunijiet kummercjali, illum qed jiddispjacihom talli rrifjutawh, daqskemm hemm min mill-ohrajn li ghadhom konvinti li ghamlu sew meta rrifjutawh… affarihom!”, sahaq Javier.
Mal-Bronk Productions sab bibien miftuha ghalih. Accettaw il-proposta tieghu minn qalbhom.
“Inrodd hajr lil Benny Casha li malli ghaddejtlu x-xoghol ikkonsulta, gharbel sew u ha d-decizjoni li kellu jiehu. Kien entuzjast li dan ix-xoghol jara d-dawl daqsi jekk mhux ukoll iktar minni. Bhala dar tal-produzzjoni issa tista’ tiftahar ukoll li mliet ukoll vojt fil-letteratura Maltija fejn tema bhal dik tal-omosesswalita qatt ghadha ma giet trattata daqstant b’mod profond u intens. Il-Bronk, barra milli hija maghrufa ghal produzzjonijiet, televizivi, cinematografici u teatrali bexxqet tieqa wkoll f’dik li hija pubblikazzjoni ta’ kotba. Inhossni grat lejn Benny u l-Bronk li kieku ma kienx ghalihom forsi sal-lum ghadni nhabbat il-bibien tal-pubblikaturi jew niffinanzjah minn buti stess.
“L-impenn li dahlu ghalih tal-Bronk irrispettawh anke bil-pubblicità li nghata l-ktieb. L-aqwa reklam ghall-ktieb jibqa’ bhal dejjem, il-feedback li nircievu bil-fomm jew b’mod iehor minghand min ikun qrah u apprezza dak li nkiteb fir-rumanz”, temm jghidli fl-ahhar ta’ l-intervista mieghi Javier.
Ktieb tajjeb hafna u ghalkemm jien mizzewga ragel normali, nispera li kulhadd ikun kapaci jaccetta lil dawn in-nies kif inhu xieraq. Wara kollox kulhadd holqien t'Alla u jisthoqilhom kull rispett. Javier, prosit tar-rumanz u ta' kemm ghamiltni iktar konxja ta dan is-suggett. Min jaf, forsi il-quddiem niltaqa ma' xi sitwazzjoni li dan il-ktieb ikun jista jghini naffaccja kull sitwazzjoni li tista tinqala'. Mill-gdid dejjem nghid, KULHADD GHANDU DRITT JGHIX KIF JIXTIEQ HU!!!
ReplyDelete