Wednesday, 14 January 2009

Torċa, Kullħadd, Independent, Illum: Excommunication articles in Malta

It-Torċa: Żewġ omosesswali jiskomunikaw lilhom infushom mill-Knisja Kattolika


http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=7772
11.1.9 minn Victor Vella

WAĦDA mix-xewqat ta’ Patrick Attard kienet li l-Arċisqof Pawl Cremona jgħaddi messaġġ lis-soċjetà b’mod partikolari lill-ġenituri li ma jridux jaċċettaw li uliedhom omosesswali, biex dawn jaċċettawhom. Waħda mix-xewqat tiegħu kienet appell biex il-ġenituri jaċċettaw is-sieħeb ta’ binhom għall-ikla ta’ nofsinhar.

Il-Knisja Kattolika Maltija qatt ma laqgħet din ix-xewqa, minkejja li kien l-Arċisqof stess li laqa’ għandu lil Patrick Attard wara li dan kien ikkonfrontah f’laqgħa fl-Università.

Illum Patrick Attard, flimkien ma’ Lana Turner, huma skomunikati mill-Knisja Kattolika. Ma kinux skomunikati mill-Knisja, iżda kienu huma stess li marru fl-Uffiċċju tal-Kanċillier fil-Kurja u rriżenjaw mill-Knisja Kattolika. Dan sar kemm minħabba l-kummenti li għadda l-Papa Benedittu XVI fejn iddes-kriva l-omosesswalità bħala d-distruzzjoni tax-xogħol ta’ Alla u anke minħabba s-silenzju tal-Knisja Maltija li ma tridx tiddisassoċja ruħha mill-kummenti tal-Papa.

Illum Patrick Attard u Lana Turner, qiegħdin iħeġġu biex aktar omosesswali jiskomunikaw irwieħhom minn mal-Knisja Kattolika.

Patrick Attard, li fl-aħħar xhur tkellem għal diversi drabi mat-TORĊA, kien l-ewwel kandidat Malti f’elezzjoni ġenerali li ddikjara fil-pubbliku li hu omosesswali.

Patrick Attard il-bieraħ sostna li “wara l-oppożizzjoni oxxena tal-Vatikan għar-riżouzzjoni tal-Ġnus Magħquda fuq id-diskriminalizzazzjoni universali ta’ relazzjonijiet bejn persuni omosesswali, il-Papa fil-messaġġ tal-Milied iddeskriva l-omosesswalità bħala d-distruzzjoni tax-xogħol ta’ Alla u li d-dinja għandha tkun salvata mill-omosesswalità.” Patrick Attard jenfasizza li dawn il-kummenti ma jagħmlu xejn ħlief li jkomplu jżidu l-intolleranza u l-mibgħeda kontra l-minorità tal-omosesswali.

Patrick Attard jgħid li “ma rridx li l-gvern jassumi li jien parti minn organizzazzjoni li qiegħda tħeġġeġ il-mibgħeda sempliċiment għax jien mgħammed. La l-Kurja Maltija ma tridx tiddisassoċja ruħha mill-kum-menti tal-Papa, m’għandi ebda triq ħlief li niskomunika ruħi jien minn din l-istituzzjoni għatxana għall-poter u l-flus. Irrid nirringrazzja lill-ġenituri tiegħi li għammduni. Ċert li għamlu hekk b’intenzjonijiet tajbin. Meta wieħed jaqra d-dokumenti tal-Vatikan jara li hemm mibgħeda kontra l-omosesswali. Issa daqshekk.”

Hu ħeġġeġ biex il-qassisin omosesswali, li huma integri, għandhom jitilqu mill-Knisja Kattolika.

Patrick Attard qal li l-partiti politiċi jibżgħu jikkri-tikaw lill-Knisja Kattolika minħabba l-biża’ li jitilfu l-voti u għalhekk ħeġġeġ li jifhmu l-kawża tiegħu biex jitkellmu fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u dan biex Malta issir aktar sekulari.

Hu ħeġġeġ biex aktar persuni omosesswali jiskomunikaw lilhom infushom mill-Knisja Maltija u dan billi jagħmlu appuntament mal-Kanċillier tal-Kurja billi jċemplu fuq 2590 6238.

Persuna li tkun skomunikata ma tistax titqarben, ma tingħatax funeral reliġjuż, ma tistax tieħu sehem fil-quddies u ma titħalliex tidħol fil-knejjes.

Kullħadd: Jiskomunika lilu nnifsu mill-Knisja Kattolika


http://www.kullhadd.com/?task=2&sectid=1&articleid=12438

L-Inġinier Patrick Attard li kkontesta l-aħħar elezzjoni Ġenerali f’isem l-Alternattiva Demokratika bħala kandidat dikjarat gay, il-bieraħ skomunika lilu nnifsu mill-Knsija Kattolika.

Huwa ghamel dan ghax qal li l-Kurja Maltija ma tridx tiddizassocja ruhha mill-kummenti li l-Papa Benedittu XVI ghamel fit-22 ta’ Dicembru li ghadda.

Fi kliemu, wara li l-Papa sejjah l-omosesswalità bhala l-qerda ta’ dak li halaq Alla, ma kienx baqaghlu triq ohra hlief li jisskomunika lilu nnifsu minn din l-organizzazzjoni.

“Irrid nirringrazzja lill-genituri tieghi li ghamduni. Jiena cert li ghamlu dan bl-ahjar intenzjonijiet. Imma meta wiehed jaqra d-dokumenti li johorgu mill-Vatikan jara paranoja u mibgheda fil-konfront tal-gays,” qal fi stqarrija Patrick Attard fl-istess hin li sahaq li issa kien il-mument li jghid daqshekk.

[Tista' taqra l-kummenti fuq dan l-artiklu hawn: http://www.il-pjazza.com/forum/index.php?action=printpage;topic=4620.0]



Independent: University lecturer excommunicates himself from Catholic Church


http://independent.com.mt/news.asp?newsitemid=81350
11.1.9

Dr Ing. Patrick Attard, who contested the last general election as the first openly gay candidate, yesterday excommunicated himself from the Catholic Church at the Chancellor’s office in the Curia.

Following the Vatican’s opposition to the UN Resolution for the universal decriminalisation of gay relationships a few weeks ago, the Pope, in his Christmas Message to the Vatican, called homosexuality a destruction of God’s work and that the world should be saved from homosexuality just as we should save the rainforests from destruction.

“These outrageous comments can only spread intolerance and hatred towards the gay minority,” Dr Attard said. “I do not want the government to assume I am part of this hate-preaching organisation just because I was baptised. Since the Curia does not want to disassociate itself from the Pope’s 22 December remarks, there is no choice but to excommunicate myself publicly from this power and money-hungry institution.

“By excommunicating myself doesn’t mean I am a Satanist or a selfish person.”

The person who wishes to excommunicate himself/herself from the Church should make an appointment with the Curia’s Chancellor (Telephone 2590 6238), take his/her Identity Card and write a declaration that he/she has left the Catholic Church. This declaration should include the place and date of baptism. The declaration is also signed by the Chancellor on behalf of the Catholic Church. The date of baptism is written on the baptismal certificate, which can be obtained from the Parish Office of the village where the ceremony took place.

An excommunicated person cannot receive Holy Communion, cannot have a religious funeral, cannot actively take part in the Mass, and cannot be a witness in a Catholic ceremony – baptism, wedding, confirmation and so on. He/she is however allowed to enter churches.

[P. Attard's Note: I am no longer employed at the University.]

[View comments on this article here.]

Illum: Jiskomunikaw lilhom infushom mill-Knisja


http://www.illum.com.mt/2009/01/11/t8.html
11.1.9

Kandidat fl-elezzjoni ġenerali tal-2008, Patrick Attard ilbieraħ ħareġ mill-Knisja b’mod formali. Attard mar il-Kurja flimkien ma xi ħbieb li riedu jieħdu l-istess pass u mela l-formoli ta’ awtoskomunika fl-uffiċċju tal-Kanċillier tal-Kurja.

Fi stqarrija li ħareg, Attard qal li wasal għal dan il-pass wara l-oppożizzjoni li għamlet il-Knisja Kattolika meta tressqet proposta fil-Ġnus Magħquda li kkundannat il-pieni imposti fuq persuni omosesswali f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja. Attard ħassu urtat ukoll bil-kliem tal-Papa fil-messaġġ tiegħu għall-Milied fejn iddiskriva l-omosesswalità bħala l-qirda tal-ħolqien t’Alla u li d-dinja għandna nsalvawha mill-omosesswalità bħalma nsalvaw il-foresti tropikali. Attard jidhirlu li kliem bħal dan jista’ biss joħloq intolleranza u mibgħeda lejn il-minoranza omosesswali.

Billi l-Knisja f’Malta mhix ser tmur kontra dak li qal il-Papa, Attard iħoss li m’għandux triq oħra ħlief li jitlaq mill-Knisja pubblikament. I do not want the government to assume I am part of this hate-preaching organisation just because I was baptised. Since the Curia does not want to disassociate itself from the Pope's hateful remarks he preached on the 22nd December 2008, where he called homosexuality a destruction of god's work then there is no choice but to excommunicate myself publicly from this power and money-hungry institution.

L-Inġinier Attard li dan l-aħħar irriżenja mill-kariga ta’ Kelliemi ta’ Alternattiva Demokratika, stqarr li l-partiti politiċi kollha jsibuha iebsa li jikkritikaw il-Knisja f’pajjiz b’madwar 96% tal-popolazzjoni Kattolika.

Attard qal li d-dottrina tal-Knisja dwar l-omosesswalità hi kawża ta’ ħafna ipokresija, skuntentizza u indirettament marbuta ma’ każi ta’ suwiċidju u ħeġġeġ lil min hu omosesswali inklużi qassisin, biex jieħdu l-istess pass ta’ awtoskomunika u jitilqu minn istituzzjoni omofobika.

In vista tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew f’Ġunju li ġej Attard ħeġġeġ lil min jifhem għaliex kellu jieħu dan il-pass biex jivvota biss lil dawk il-kandidati li huma ġenwinament jridu jwasslu għal Malta sekolari fl-Ewropa.

Il-proċedura ta’ awtoskomunika titlob li ssir dikjarazzjoni quddiem il-Kanċillier tal-Kurja u jiġu ppreżentati l-karta tal-identità u ċ-ċertifikat tal-magħmudija. Persuna skomunikata ma tistax tirċievi s-sagramenti jew tkun xhud fihom iżda tista’ tidħol fil-knejjes.

No comments:

Post a Comment