http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=7755
Il-Papa u l-omosesswali
11.1.9 minn Omosesswali, Valletta
Bħala omosesswali nisrani u kattoliku kelli nikteb din l-ittra wara dak li qal il-Papa dwarna mingħajr ġustifikazzjoni b’messaġġ tal-bxara t-tajba. Iżda għamel ħafna ħsara u weġġa’ ħafna nies.
Aħna bħala ħolqien t’Alla mhux sewwa li l-Papa għamlilna hekk għax kompla daħħal il-mibegħda u l-istmerrija kontrina fost l-opinjoni pubblika. Aħna m’aħniex bnedmin ħżiena u kulħadd jaf kemm nagħmlu ġid u nwettqu dak li hu tajjeb.
Ovvjament għandna l-ħajja tagħna li nħobbu raġel b’mod normali għax dan hu l-isvog naturali sesswali tagħna. B’daqshekk ma ndejqu lil ħadd u ma nagħtu fastidju lil ħadd. Eżatt kif jgħixu l-eterosesswali. M’għandna xejn inqas jew aħjar minn ħaddieħor. Bħala bnedmin għandna n-nuqqasijiet u d-difetti tagħna kif għandu kulħadd.
Bħala bnedmin ma nagħmlux diżunur li aħna omosesswali u nassigura lill-Papa li l-omosesswali qatt ma konna ta’ distruzzjoni tax-xogħol t’Alla. Aħna ’l Alla nħobbuh u nitolbuh u hu jżomm il-barka tiegħu fuqna u jipproteġina għax aħna wliedu wkoll.
Skont il-Papa l-ġlieda li qed jagħmel kontra l-omosesswali hija waħda sagra. Ma nistax nifhem għaliex din il-ġlieda sagra tal-Papa kontrina meta aħna bnedmin l-istess bħal ħaddieħor. Meta ġab eżempju li kważi importanti daqs il-preservazzjoni tal-foresti, din hija ripressjoni inġusta bi ksur ta’ kmandament t’Alla. Ħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.
Id-distruzzjoni tax-xogħol t’Alla huwa t-terroriżmu li hawn, il-bidla fil-klima, il-materjaliżmu, il-konsumiżmu, in-nuqqas ta’ valuri, il-gwerer, il-faqar, l-aborti, separazzjonijiet, pedofelija, abbużi fuq it-tfal, l-adulterju, il-qerda tal-ambjent u n-natura tad-dinja, il-mibgħeda u l-egoiżmu li hawn, il-kriminalità, il-kapitaliżmu, eċċ.
Bit-tagħlim nisrani tagħna rridu bil-fatti naċċettaw id-diversità ta’ kulħadd. Irridu nirrispettaw u nħobbu lil xulxin. Flimkien irridu nkunu ta’ tama, solidarjetà, għajnuna, ta’ dinjità u kuraġġ. Ħażin jagħmlu l-ipokriti li f’wiċċna l-omosesswali jidhru li jħobbuna u minn warajna jwaqqgħuna għaċ-ċajt u affarijiet oħra li magħrufin għalihom aħna l-Maltin.
Ħażin nagħmlu jekk inkunu ta’ għemil ħażin u ta’ ħsara li noħolqu preġudizzji, inġustizzji, diskriminazzjoni, intimidazzjoni, vjolenza, nuqqas ta’ tolleranza, persekuzzjoni, mibgħeda kontrina l-omosesswali. Aħna bnedmin normali bħal u daqs ħaddieħor.
---
[Din l-ittra mhix fuq il-website s'issa]
Tiggudikax Biex Ma Tigix Iggudikat
11.1.9 minn Iddiżgustat, Santa Luċija..
Sur Editur,
Qrajt b'interess l-ittra bhala risposta ghall-ittra tieghi tas -sur Thomas Polidano miż-Żurrieq.
Nghid il-verita' niehu pjacir bil-kontribuzzjonijiet tas-sinjur, ghax nara fihom certu fervur , akkanitizmu u konvinzjoni. Ma jfissirx li naqbel ma kull ma jikteb. Imma jien bniedem li nirrispetta l-idejat u l-konvinzjonijiet ta' kulhadd, ghax bhalma jien ghandi l-idejat tieghi u rrid lil min jirrispettahomli, hekk ukoll jien irrid nirrispetta lil haddiehor. U nispera li s-sinjur jifhem dan sewwa. Li ma nemminx zgur huwa fil-fanatizmu u l-fundamentalizmu estrem ta' ndividwi u ta certi istituzzjonijiet. Bdejt mill-ewwel nidhaq meta s-sinjur inkludieni mal-omosesswali !! Hekk trid tisma' l-mara, li wara 40 sena mizzewgin sirt omosesswali !!! Nerga' nghid li jien niddefendi d-dritt li bniedem ikun liberu li jemmen u jghix il-hajja li jahseb li hi l-ahjar ghalih. Xejn izjed u xejn anqas. Issa jekk is-sur Polidano dan ma jaccettahx affarih. Nerga' ntenni li jekk bniedem konxjament irid jimxi fi triq li hafna jahsbu u jemmnu li ser twassal ghall-infern (!?), din mhi affari ta' HADD. Ghazla tieghu. Daqs kemm jien m'inix ser nindahal lis-sur Polidano fit-twemmin li ghalih huwa fejjiedi. Lanqas ma jien ser nindahal lil dak li jahseb li ghax joqghod jikkwota l-Bibbja u suppost jimxi fuq taghlimha, dan jahseb li bbukkja passagg garantit ghall-genna (!?). Fiz-zewg kazi nawguralhom il-vjagg it-tajjeb !!. Dik hajjithom, u halluhom jghixuha.
Jiena nhares lejn il-Knisja taghna, Kattolika Appstolika Rumana. Din l-istess, permezz ta' min jghid li jirrapprezentaha u tirrapprezenta lil Kristu fuq l-art, dejjem tikkwota l-Bibbja (fejn jaqblilha), u rari timxi u tipprattika dak li tikkwota.
Halli nsemmi kwotazzjoni mill-Vangelu ta' San Mattew Kap.19 versi 16 sa 26. Is-sur Polidano zgur jafu bl-amment dan, Meta dak l-ghani mar jistaqsi lill Kristu x'ghandu jaghmel biex jikseb il-hajja ta' dejjem. U wara li Kristu semmielu l-kmandamenti u l-ghani qallu li dawn kollha jharishom, Kristu qallu li jekk irid ikun perfett ried ibiegh kollox, jaghti kollox lill-foqra u mbaghad imur warajh ghax haga kbira li ghani jidhol fis-saltna t'Alla. Iktar facli li gemel jghaddi minn ghajn ta' labra milli sinjur jidhol fis-saltna tas-smewwiet.
Ghalfejn semmejt dan ? Fl-ewwel tas-sena kont qed insegwi lill-Papa. U rah kulhadd, bil-mitra u l-vestwarju kollu rrakkmat bil-hjut tad-deheb. Kien bilqeghda fuq tron indurat bid-deheb........ Il-camera resqet fuq il-bambin Gesu fil-maxtura, kwazi gharwien u fuq it-tiben. Minn hemm resqet il-camera fuq is-salib. Kristu msallab, gharwien u mbiccer fuq ghuda. Simboli tal-faqar. U hsibt u rajt il-kuntrasti. Lejn min ghandi nhares jien bhala nisrani, lejn Gesu Kristu fil-faqar jew lejn dawk li jghidu li jirrapprezentawh imdawrin u mtaqqlin bid-dehebijiet ??. Fejn hi l-konsistenza ?.
Ghalhekk,habib, la nindahal jien kif jghix haddiehor u lanqas ghadndek tindahal int. Kulhadd jiehu hsieb tieghu innifsu. Il-Bibbja nahseb li tinstab f'kull dar. Jien ghal wahda ghandi erbgha !. U kumbinazzjoni bhalissa qed nerga' naqraha ghar-raba darba. Min irid jimxi fuq taghlimha jista' jaghmel dan liberament, sakemm ma jharisx lejn Alla tat-Testment il-qadim ( vendikattiv,razzist, misoginista, omofobiku, qattiel tat-tfal, megalomanijaku, sadomasokista u bully, fost ohrajn ). Min hu midhla sewwa tal-Bibbja u t-Testment il-Qadim jaf sewwa x'qieghed nghid. Dan HU totalment differenti minn Alla mimli mhabba tat-Testment il-Gdid kif habbarulna Gesu Kristu stess. Nerga' nfakkar kliem Qassis Professur li fuq it-T.V. Malti kien stqarr li l-genna u l-infern mhumiex postijiet imma stat tar-ruh.
Dizgrazzjatament is-sur Polidano , bl-imhabba Kristjana tieghu kollha , diga laghabha tal-avukat difensur, ufficcjal prosekutur u gudikant f'daqqa, u lil dawn hutna fi Kristu, li kien jippersonifika l-imhabba, diga kkundannahom ghall-infern !!.
Nagħlaq billi nikkwota mill-Bibbja wkoll, "Tiggudikawx biex ma tigux iġġudikati".
Il-paci mieghek, ħabib.
No comments:
Post a Comment