Kont mgħammed, kif ovvjament kienu mgħammdin it-tfal kollha f’dan il-pajjiż. U nirringrazzja lil missieri u lil ommi talli għammduni għax għamluha b’intenzjoni tajba u għax xtaqu l-aħjar għalija.
Imma bejn l-2003 u l-2008, meta kont imsiefer fil-Ġermanja u bdejt naħdem bħala attivist favur id-drittijiet tal-gays fil-belt ta’ Stuttgart, irrealizzajt kemm it-tagħlim li kien ħiereġ mill-Knisja Kattolika xejn ma kien qiegħed jgħinna.
Kienet qiegħda tfisser ir-relazzjonijiet ta’ bejn il-gays bħala xi diżordni u xi ħaġa ta’ ħażen kbir.
Kienet tikkundanna kull forma ta’ sess li ma kienx isir bl-iskop li jitwieldu t-tfal, fi żwieġ, u allura sess bejn il-gays u sess bil-kondoms jew masturbazzjoni kienet qiegħda tiddeskrivihom bħala dnubiet kbar kontra l-kastità. Imma l-Knisja Kattolika tmur oltre minn hekk u dejjem issemmi l-gays daqs li kieku qishom il-qofol tal-ħażen.
Għalkemm kont mgħammed ma kontx immur il-quddies, għax ma kontx nappoġ ġja lill-Knisja Kattolika bħala organizzazzjoni. Naħseb tista’ tkun raġel ta’ moralità mingħajr ma temmen f’xi reliġjon… imbilli tkun temmen f’xi reliġjon ma tfissirx li int raġel tajjeb.
Ma kontx tmur quddies għax ma kontx tħossok komdu bħala persuna jew bħala gay?Il-Knisja tgħid li taċċetta lill-gays bħala bnedmin, imma mbagħad ma taċċettax l-att sesswali li jista’ jsir bejniethom jew il-fatt li żewġ gays jgħixu flimkien.
Qisek qiegħed tgħid li se taċċetta lil min inhu xellug, basta jiktbu b’idhom il-leminija jew li taċċetta l-għasafar sakemm ma jtirux.
Issa jien miniex lest li noqgħod ħajti kollha ċelebi. U naħseb li tista’ tħobb adult ieħor, ma nara xejn ħażin jew maħmuġ jew illeġittimu f’dan. U allura la l-Knisja Kattolika ma tridnix nibqa’ fiha u jien miniex lest nibqa’ ċelebi ħajti kollha, allura l-unika triq li jifdal huwa li nisseparaw minn xulxin.
Mhux se nkun jien li nipprova nbiddel il-Knisja Kattolika. Jekk għandek klabb tal-futbol u jien il-futbol ma jogħġobnix għalxejn qiegħed f’dak il-klabb.
Hemm lok li persuna gay tkun fil-Knisja Kattolika? Jew la int gay m’għandekx tkun fiha?Ħaġa bħal din irid jaraha l-individwu. Imma naħseb li din hija sitwazzjoni simili għal dik ta’ raġel u mara li jridu jagħmlu s-sess qabel iż-żwieġ jew iridu jużaw il-kondom waqt li jagħmlu s-sess flimkien. Għax b’dan il-mod ukoll ikunu qegħdin imorru kontra t-tagħlim tal-Knisja dwar il-kastità. Issa jew timxi ma’ dak li tgħid il-Knisja jew le. Għaliex tibqa’ fil-Knisja jekk hija ġġiegħlek tobgħod lilek innifsek? U naħseb li jekk persuna gay ma tridx tibqa’ ċelebi m’għandhiex post fil-Knisja.
Xi stennejt bil-ħatra tal-Arċisqof il-ġdid? Niftakar li f’laqgħa miegħu fl-Università kont kellimtu dwar il-mod kif il-Knisja Kattolika tħares lejn il-gays.Fl-Università kont staqsejtu kif tista’ l-Knisja tibni pont ma’ xi ħaġa li temmen li hija moralment ħażina. Għax jekk ngħidlek li rrid nibni pont miegħek imma fl-istess ħin ngħid li dak li qiegħed tagħmel huwa ħażin mhux pont se tibni imma ħajt.
U taħseb li hemm ħajt bejn il-Knisja u l-gays?Dażgur, u ħajt kbir! L-iktar bil-mod kif jitkellem il-Papa Benedittu XVI. Dak li qal f’Diċembru li għadda kienet oxxenità. Fid-dinja għad għandek pajjiżi bħall-Iran, fejn il-gays jiġu mgħallqin u s-Sawdi Arabja fejn jisparawlhom, u għalhekk il-Ġnus Maqgħuda ressqet riżoluzzjoni biex turi li l-omosesswalità ma kinitx xi att kriminali. Anke f’Malta kien hemm żmien fejn jekk żewġ persuni gay jagħmlu s-sess flimkien fil-privat dak l-att kien meqjus bħala kriminali, u kien fl-1973, taħt il-Perit Dom Mintoff, li dan l-att ma baqax jiġi ikkunsidrat bħala att kriminali skont il-liġi.
Issa kif semmejtlek f’xi pajjiżi fid-dinja dan l-aġir għadu jiġi ikkunsidrat bħala reat. F’pajjiż bħall-Indja tista’ teħel bejn 20 u 25 sena ħabs jekk tinqabad f’xi ‘party’ tal-gays.
Dak li pprovat tagħmel il-Ġnus Maqgħuda: tgħaddi riżoluzzjoni biex l-omosesswali ma jiġux ikkunsidrati daqs li kieku kienu kriminali. Imma l-Vatikan oppona għax qal li din se twassal għar-rikonoxximent taż-żwieġ bejn il-gays. Li m’għandha x’taqsam assolutament xejn!
L-iktar ħaġa li urtatni kienet il-messaġġ tal-Papa Benedittu XVI, fit-22 ta’ Diċembru, fejn qal li r-relazzjoni naturali hija biss waħda bejn raġel u mara u min ibiddil ha jkun qiegħed jhedded l-eżistenza tal-uma ni tà. Kienet ovvja li qiegħed jirreferi għall-gays.
Jaf ikun hemm min jgħidlek li forsi l-Papa nftiehem ħażin u mhux hekk ried jgħid. Imma meta rajt ir-rapporti fil-BBC, ir-Reuters u l-aġenziji l-oħrajn il-kbar, kollha ħarġu b’din l-aħbar. U qrajt diskorsi tiegħu, dejjem jitkellem b’dan il-mod!
Imma jekk verament u ġenwinament kien hemm min fehmu ħażin missu l-Papa jew il-Vatikan ħareġ stqarrija biex jgħid li dak mhux il-messaġġ li ried iwassal. Imma minn dakinhar ‘il hawn ma ħarġet l-ebda kjarifika, jiġifieri l-agħa li qam dwar id-diskors tiegħu kien ġustifikat.
U din hija ħaġa serja, għax jekk tgħidha int mod, imma jekk jgħidha l-kap ta’ knisja li tħaddan aktar minn żewġ biljun persuna mod ieħor. Għax ara kemm tista’ tinstiga intolleranza u mibegħda lejn il-gays!
U tant hija serja l-biċċa, li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Olanda Maxime Verhagen sejjaħ lin-Nunzju Appostoliku f’pajjiżu, jiġifieri l-Ambaxxatur tal-Vatikan fl-Olanda, u qallu li dawk mhux affarijiet kostruttivi. Ma naħsibx li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tagħna jasal biex jagħmel l-istess?!
Jekk ħa jibqa’ jitkellem b’dan il-mod il-Papa se jagħmel ħafna ħsara.
Imma jilħaq min jilħaq papa, il-Knisja dejjem ħadet pożizzjoni simili fil-konfront tal-gays?Imma peress li jisimgħuh ħafna nies għandu jkun responsabbli u joqgħod attent xi jgħid. Il-Knisja dejjem tara l-atti sesswali li ma jsirux biex jitwieldu t-tfal qishom xi dnub. U għandha responsabilità indiretta f’numru ta’ suwiċidji ta’ nies gay inkluż dawk li saru hawn Malta.
F’liema sens “responsabilità indiretta”?Jekk l-ommijiet u l-missirijiet ilhom is-snin twal jisimgħu li jekk tkun gay din hija ħaġa ħażina, ma jistax ikollhom tifel gay u għalihom qisu ma ġara xejn.
Ħu dawk il-gays li jagħmlu suwiċidju… jekk minn ċkunitek tisma’ li l-gays qishom ħżiena jew għandhom diżordni u tiġi mgħaj jar bi kliem bħal “pufta” mhux bilfors li iktar iva milli le se tispiċċa tirrispetta lilek innifsek inqas milli kieku ma tismax l-istess kliem dispreġjattiv.
Semmejt is-suwiċidji, kemm taf b’każijiet fejn persuni wettqu suwiċidju għax ma ġewx aċċettati bħala gays?
Diffiċli biex iġġib numru għax il-kawża tas-suwiċidju jew l-orjentazzjoni sesswali ma tkunx imniżżla fiċ-ċertifikat tal-mewt. Hemm membru parlamentari li qiegħed jip pro va jgħini nġib iktar informazzjoni dwar dan imma mhux faċli.
Hemm min irnexxielu jikkommetti suwiċidju u hemm min le. Kien hemm anke żgħażagħ taħt it-30 sena li wettqu suwiċidju jew ippruvaw itemmu ħajjithom. Hija ħasra li jkollok ġuvni fil-fjur ta’ ħajtu li jiddeċiedi li jneħħi ħajtu. Tal-biża’.
Kien hemm saħansitra studji fl-Istati Uniti li wrew kif f’kommunitajiet Kristjani iċ-ċans ta’ suwiċidju fost il-gays huwa tmin darbiet akbar minn dawk tal-gays f’kommunitajiet li m’humiex Kristjani. Allura tara kemm il-’bullying’ u l-omofobija kapaċi jġiegħlu bniedem jobgħod lilu nnifsu.
Wisq nibża’ li l-Knisja dejjem taqbad mal-gays għax huma minoranza ta’ ħamsa fil-mija. Kieku l-Papa kellu jgħid li kull min jimmasturba qiegħed jeqred l-umanità jidħku bih. Ma rridx ninstema’ qisni xi manjaku sesswali imma importanti niftakru li l-Knisja tqis il-masturbazzjoni, l-użu tal-kondom u s-sess bejn il-gays fuq l-istess livell għax fit-tlieta li huma ma tistax iġġib tfal fid-dinja.
Dwar is-sitwazzjoni tal-gays lokali, taħseb li d-diskriminazzjoni fil-konfront tagħkom hija tort tas-soċjetà jew tal-Knisja?Jekk rajt il-film “Il-Gaġġa”, dan jurik li l-Knisja f’Malta għandha influwenza qaw wija. Allura għandha parti mir-responsa bilità, u l-politikanti jibżgħu jikkritikaw lill-Knisja għax minħabba li l-maġġoranza tan-nies fil-pajjiż huma Kattoliċi, il-politikanti jibżgħu li jekk jikkritikawha jew jikkundannawha għandhom iktar ċans li jitilfu l-voti milli jirbħuhom. U l-politikant irid jiġi elett.
Imma ma jfissirx li għax 96 fil-mija tal-poplu huma meqjusin bħala Kattoliċi, allura kollha kemm huma kontra l-gays.
Veru, imma importanti li biex jien ma nibqax nitqies mas-96 fil-mija ninqata’ mir-reġistru tal-Kattoliċi f’Malta. Bħalissa għandek 96 fil-mija tneħħi tlieta, jien u tnejn oħrajn.
Għamilna dan bħala prinċipju mhux bħala pubbliċità jew biex nidhru. Kieku kont waħdi xorta kont nagħmel l-istess. Barra minn hekk sirt naf b’nies li ilhom li riedu jagħmlu xi ħaġa bħal din imma ma kienux jafu li huwa possibbli li tiskomunika lilek innifsek.
Int temmen li l-Knisja tħeġġeġ il-mibegħda kontrikom. Għaliex?Għandek tliet affarijiet: l-ewwel l-injoranza, imbagħad l-intolleranza u mbagħad il-mibegħda. Għax xi ħaġa li ma nafx biha ma rridhiex f’ħajti u xi ħaġa li ma rridhiex f’ħajti nipprova nneħħiha.
Meta l-Knisja tgħid li aħna qisna għandna xi diżordni jew moralment mhux sew, dan huwa kliem iebes ħafna li jinstiga l-mibegħda. Immaġina
No comments:
Post a Comment