Monday, 19 January 2009

Kullħadd: Il-gisem l-aqwa arma ta’ l-attur

http://www.kullhadd.com/?task=2&sectid=&articleid=12452
1/17/2009 6:09:55 PM

Sfortunatament hawn Malta, ghad hawn min ihobb jassocja persuna mat-tip ta’ xoghol li taghmel jew inkella jittimbraw ghalxejn b’xejn persuni li jkunu qed jinterpretaw xi karattru iehor differenti minn dak attwali taghhom waqt xi parti televiziva.

Fil-kaz tal-personagg li ghazilt li nitkellem mieghu llum, Duncan Azzopardi, niftakruh jinterpreta l-parti tieghu fuq dramm lokali bhala persuna omosesswali. Nassigurakom li din il-parti qaxxarha tajjeb hafna, ghalkemm l-istil ta’ hajja li jghix Duncan hija differenti minn hekk.

Iltqajt mieghu f’kafeterija l-Mosta sabiex insir nafu aktar mill-qrib. Tkellimt mieghu dwar il-karriera tieghu kif ukoll dwar kif jahsibha huwa personali dwar certu suggetti li jolqtu lil kull wiehed u wahda minna. Ghal ohrajn suggetti kemmxejn kurjuzi li zgur ser jinzlu ghasel maghkom!!

Duncan ghandu 24 sena, joqghod l-Imsida, u huwa hairdresser. Duncan huwa gharus lil Stephanie Camilleri u bhala passatempi jhobb hafna t-teatru u d-drama, kif ukoll jinteressah it-tim ta’ l-Inter bhala tim tal-futbol favorit.

Tinbet namra mat-teatru

Ilu nvolut fix-xena tat-teatru u r-rectar ghal dawn l-ahhar erba’ snin.

“Bdejt l-interess tieghi u zviluppajtu aktar hekk kif kont bdejt nattendi klassijiet tad-drama ma’ Louie Noir. Illum l-istess klassijiet ghadhom attivi taht l-isem il-gdid ta’ Free Spirit”, beda jghidli Duncan.

Mistoqsi kif thajjar jibda jirrecta, Duncan wiegeb, “Kien l-attur Carlos Farrugia li dahhalni fix-xena tar-rectar. Kont iltqajt mieghu u kien qalli li kien ser jibda klassijiet godda fejn hu stess kien u ghadu jghallem ir-rectar. Eventwalment kien hajjarni biex nibda nattendi u jien kont accettajt. L-interess fija beda jikber aktar u aktar maz-zmien meta bdejt ninteressa ruhi bl-aktar serjetà. Bdejt niehu sehem waqt drammi u pageants ‘l hemm u ‘l hawn u llum anke fuq it-televizjoni lokali”.

Fil-fatt dan l-ahhar konna qed insegwu lil Duncan jinterpreta l-parti ta’ omosesswali waqt wiehed mit-teledrammi lokali. Hadt l-opportunità u tlabtu jghidli dwar ir-reazzjoni tieghu hekk kif sar jaf u gie offrut din il-parti. “Kienet challenge kbira ghalija. L-ewwelnett ghax kienet l-ewwel esperjenza tieghi li nidher nirrecta fuq it-televizjoni lokali. Nistqarr li kont naf mill-ewwel kif kienu se jkunu x-xeni tieghi, u dhalt ghaliha b’ruhi u b’gismi. Forsi hawn min jahsibha darbtejn qabel ma jinterpreta parti bhal din, fl-ahhar mill-ahhar ninterpreta karattru kont qieghed”, wegibni bla tlaqliq Duncan.

L-interpretazzjoni tan-nies dwaru

Mistoqsi dwar kif laqghuh in-nies minn mindu beda jinterpreta din il-parti bhala omosesswali, Duncan wiegeb, “Kummenti kont nisma’, kemm pozittivi u anke negattivi. Però minn dejjem nghid li m’ghandekx thalli lin-nies jinfluwenzawk.”

Ghad-domanda jekk kienx hemm xi persuni li kienu u forsi ghadhom jahsbu jekk Duncan hux omosesswali verament fil-hajja privata tieghu, Duncan fil-fatt ikkonfermali li kien hemm min jahsbu hekk, ghalkemm stqarr mieghi li kien biss qed jinterpreta dik il-parti biss!!!!

Fuq l-istess nota ridt inkun naf kif jahsibha hu stess dwar l-omosesswali filwaqt li enfasizajtlu biex ikun sincier fit-twegiba tieghu.

“Xoghli stess fil-linja tal-hairdressing laqqaghni ma’ diversi persuni omosesswali li sal-gurnata tal-lum ghadni habib u nahdem maghhom. Nemmen li ghandu jkollhom id-drittijiet civili taghhom, però ma naqbilx mal-fatt li jadottaw it-tfal. Mill-esperjenza ta’ ftit minn shabi li huma omosesswali, naf ukoll li jbatu hafna fil-hajja ta’ kuljum taghhom.”

Dwar sitwazzjoni li ggaghlu jkollu jahdem ma’ persuni omosesswali, Duncan ikkonfermali li ma jsib assolutament l-ebda problemi, wara kollox kif spjega aktar kmieni xogholu jlaqqghu ma’ diversi persuni omosesswali.

Staqsejtu wkoll jekk jigi offrut xena intima ma’ ragel iehor jaccettax jew jirrifjutax.

“Sincerament ma nergax naghmilha. Jien inhobb nesperimenta b’karattri differenti, b’hekk ir-raguni ghaliex ma nergax ninterpreta karattru simili bhalma digà hdimt”.

Jizzewweg din is-sena

Dwar zwieg bejn persuni omosesswali, Duncan ghamilha cara li jemmen fih dment li dan ikun zwieg civili biss. Dwar zwieg bejn ragel u mara jemmen li dan ghandu jkun commitment kbir, u ghandu jkun hemm rispett bejn il-mara u r-ragel koncernati, filwaqt li s-sapport jibqa’ attiv anke wara z-zwieg. Kien hawnhekk li Duncan ikkonfermali li ghandu d-data taz-zwieg lesta ghalih ghal din is-sena. Fil-fatt Duncan ikkonfermali li fl-10 ta’ Ottubru 2009 ser ikun imnizzel mal-lista tal-mizzewgin flimkien ma’ Stephanie Camilleri.

“Ili tlett snin gharus maghha u wara d-data taz-zwieg sejrin nghixu z-Zejtun. Ninsab entuzjast hafna”, tbissem jghidli Duncan.

Karriera fil-linja tax-xaghar

B’kollox, Duncan ilu fil-linja tax-xaghar ghal dawn l-ahhar tmien snin, b’erbgha minnhom bil-hanut tieghu stess fl-Imsida. F’Malta, nafu li hawn certu mentalità li kull min huwa hairdresser u huwa maskili, allura dan jigi assocjat bhala gay. Staqsejt lil Duncan kemm jaqbel ma’ dan l-argument. Il-kummenti tieghu kienu, “Huwa veru li hemm hafna gays jahdmu fil-linja tal-hairdressing, però naf ukoll li dawn issibhom kullimkien, bhalma anke ssib persuni femminili f’kull linja ta’ xoghol li tezisti.”

Duncan jishaq li l-palk ghallmu hafna affarijiet li l-anqas qatt kien johlomhom. Staqsejtu jsemmili xi ftit minn dawn il-vantaggi. “Bla dubju tara ahjar il-mod ta’ kif thares lejk innifsek b’mod ferm differenti, kif ukoll tkun kapaci tikkontrolla emozzjonijiet diversi. Bnejt karattru u hbieb godda, kif ukoll ma naqsux esperjenzi godda.”

Skond Duncan, l-aqwa arma li ghandu attur huwa gismu stess. Tlabtu jtini spjegazzjoni ghal din il-frazi tieghu.

“Din nuzaha bhala motto. Fil-fatt fil-grupp Free Spirit nghiduha lil kull min jattendi ghall-ewwel lezzjoni. F’dan il-kaz il-gisem huwa bhal arma fir-rectar. Il-hars, mossi, l-vuci u l-espressjonijiet huma kollha gejjin mill-gisem specjalment ghal waqt ir-rectar.”

Illum Duncan jokkupa l-kariga ta’ Assistent Direttur fl-iskola tar-rectar taht l-isem ta’ Free Spirit, flimkien mad-Direttur Carlos Farrugia. Sal-lum ghandhom tmien klassijiet differenti. Staqsejtu jekk l-istudenti li jattendu jridx ikollhom xi don specjali biex jitghallmu r-rectar. “Li jrid ikollhom zgur huwa determinazzjoni u passjoni. Il-bqija kulhadd jista’ jirrecta. Teknikament wiehed jista’ jitghallem jirrecta, imma jekk ma jkollokx passjoni ghat-teatru go fik, allura ghalxejn”.

Bhala attur li jammira hafna Duncan, hemm fost ohrajn Al Pacino. Fil-fatt tista’ tghid li kwazi ra kull film tieghu. Bhala attur Malti favorit ma’ Duncan hemm Manwel Cachia.

Fl-ahharnett staqsejtu jekk hemmx xi haga b’mod in-generali fil-hajja li lil Duncan tirritah. “Idejjaqni hafna kif il-Maltin iharsu b’certu mod lejn il-politika. Idejjquni wkoll dawk il-persuni li ma jittollerawx opinjonijiet ta’ haddiehor,”, temm jghidli Duncan.

No comments:

Post a Comment