Monday, 5 January 2009

It-Torċa: Il-Bibbja u l-Omosseswali

Din l-ittra mhix fuq il-website tat-Torċa s'issa
4.1.9; minn Thomas Polidano, Zurrieq

Qrajt iż-żewġ ittri tas-sur Joseph Carmel Chetcuti u l-Iddisgustat, li t-tnejn li huma qegħdin jilmentaw dwar id-diskriminazzjoni kontrihom mill-Knisja Kattolika. Il-parir tiegħi mill-Bibbja hu, li lanqas jekk il-Knisja Kattolika taċċethom, ma jiswielhom xejn. Alla jrid jaċċettahom. Fil-Ġudizzju t’Alla ma jistaqsix x’ġibda sesswali għandek, imma jekk int ksirtx l-Għaxar Kmandamenti u li żgur ilkoll kemm aħna ksirnihom bla tarf.

Fil-Bibbja nsibu l-Evanġelju glorjuż ta’ Ġesu Kristu għall-omosseswali u l-bnedmin kollha midinbin. Ġesu mhux li twieled fil-maxtura biss jeħtieġ, imma f’qalbek u jkun is-Salvatur tiegħek, biex tkun iġġustifikat quddiem Alla. B’hekk Alla jagħmlek nisrani u mhux in-nies tad-dinja u żgur tiret il-Ġenna.” Il-ġustifikazzjoni tfisser, li Alla lill-midneb ma jżommux iżjed ħati ta’ dnubietu, għax bis- sagrifiċċju ta’ Ġesu fuq is-salib hu ġie mnaddaf u mqaddes darba għal dejjem skont Lhud 10: 1-19.

Min jaħseb li Alla tana l-Għaxar Kmandamenti biex nobduhom u meta
niksru xi wieħed inpattu għalih kif ħafna tgħallmu u jaħsbu biex jirtu l-Ġenna, għandhom żball, l-Infern sejrin. Alla tana l-kuxjenza biex hi takkużana li dnibna. Iżda biha wkoll jurik li jħobbok u li għandek bżonn tindem biex Alla jibdillek ħajtek u mhux int, u dan sakemm il-kuxjenza ma ssirx tal-ġebel. San Pawl jgħallem li l-Għaxar Kmandamenti juruk li int midneb quddiem Alla u jikkundannawk biss jistgħu u le jgħinnuk biex tgħix aħjar. Il-Kmandament hu tajjeb u qaddis, imma l-ġibda fija biex nagħmel id-dnub tnissel fija xewqa akbar biex nidneb meta naf li l-Kmandament hu kontra x-xewqa tiegħi, b’hekk joħroġ ċar li jien inħobb u ilsir tad-dnub. Il-lubliba tas- sigarett, tad-droga, tax-xorb u logħob għall-flus telgħbek, avolja taf li jagħmillek il-ħsara u hekk ukoll ix-xewqa għad-dnub ġo fik.

La wieħed ma jistax ikun iġġustifikat quddiem Alla billi jobdi l-Liġi li hi l-Għaxar Kmandamenti, san Pawl għallem hekk, “Li l-Liġi kienet il-mexxejja tagħna biex teħodna għand Kristu, biex inkunu ġġustifikat bil-fidi.” X’għamel Alla biex int tkun iġġustifikat bil-fidi f’Ġesu u mhux fl-opri tajba tal-Liġi li wieħed jemmen li għandu jagħmel biex Alla jsalvah u barra l-erezija li wieħed għandu jpatti għal dnubietu. San Pawl kiteb hekk, “Għax dak li ma setgħitx tagħmel il-Liġi (tgħinni nobdiha kollha u dejjem), għax kienet dgħajfa minħabba l- ġisem (għax jien inħobb id-dnub), Alla billi bagħat l-Ibnu stess f’xebħ ta’ ġisem tad-dnub u għad-dnub, ikkundanna d-dnub fil-ġisem.” Din hi l-grazzja tal-ġustifikazzjoni ta’ l-evanġelju glorjuż ta’ Ġesu Kristu mwieled bniedem bħalna f’kollox, imma bla d-dnub. Li Ġesu ħa fuqu l-kastig li kien jixraq lilek, biex Alla seta’ jaħfirlek dnubietek kollha, darba għal dejjem. Dan jista’ jsehh fil-midneb, jekk veru ma jridx imur l-Infern, kif dejjem xandar san Pawl, “Indiema lejn Alla u fidi f’Sidna Ġesu Kristu.”

Għal dak li jitlob lil Alla li jagħtih din il-grazzja, li jindem u jemmen li Alla jiġġustifikah fi Kristu u mhux billi jobdi l-Liġi. Għalhekk san Pawl qal, “Għax Kristu hu t-tmiem tal-Liġi għall- ġustifikazzjoni ta’ kull min jemmen (f’Ġesu).” U dan ikompli jsaħħu għax ukoll qal, “Ma nwarrabx il-grazzja t’Alla: għax jekk il- ġustifikazzjoni tiġi mill-Liġi, mela Kristu miet għalxejn.” San Pawl jkompli jsaħħaħlek il-fidi tiegħek f’Ġesu u l-imħabba t’Alla għalik, billi qal,”Għalhekk jekk xi ħadd hu fi Kristu (f’unjoni miegħu permezz tal-fidi), hu kreatura ġdida (persuna ġdida): il-qadim mar; ara issa kollox sar ġdid.” Quddiem Alla m’hemmx min hu omosesswali jew eterosesswali, min m’għandux din il-grazzja tal-ġustifikazzjoni fi Kristu Ġesu sejjer l-Infern.

No comments:

Post a Comment