18.1.9 Minn Gerald Fenech
Li għamilt m’għamiltux biex nidher fuq it-television jew bħala pubbliċità, imma importanti ngħidu li l-kliem tal-Papa mhux aċċettabbli - li ngħidu ISSA BI EJJED. Fil-fatt tant hi serja l-biċċa li anke l-ministru tal-affarijiet barranin Olandiż sejjaħ lin-Nunzju Appostoliku biex ikellmu.
Hekk stqarr mat-TORĊA l-inġinier Patrick Attard, li flimkien ma’ Lana Turner, il-ġimgħa li għaddiet skomunikaw lilhom infushom mill-Knisja Kattolika minħabba l-pożizzjoni li din qiegħda tieħu fil-konfront tal-omosesswali.
Mistoqsi minn din il-gazzetta jekk jemminx li d-diskors tal-Papa qiegħed joħloq barriera bejn persuni omosesswali u l-bqija tas-soċjetà, Attard wera l-fehma li “għall-Knisja l-uniku sess aċċettabbli huwa dak bejn mara u raġel miżżewġin bi skop ta’ prokreazzjoni. Mill-bqija, sess orali, anali, masturbazzjoni u l-użu tal-kontraċettivi kollha huma meqjusa bħala dnubiet serji kontra l-kastità. Imma l-Papa imur olte u donnu jaqbad qabda mal-gays u l-kliem tiegħu hu oxxen u jwassal għall-mibgħeda.”
Patrick Attard irreferiena wkoll għal dokument li ħarġet il-Malta Gay Rights Movement (MGRM) dwar il-Knisja u l-omosesswali, liema dokument fil-paragrafu konklussiv tiegħu jgħid li l-Knisja bl-influwenza indiretta tagħha ikkawżat ħafna sofferenza lill-familji b’membri omosesswali jew transesswali u dan jikkombina wkoll mal-fatt li Malta hija gżira żgħira bil-familji mbeżża’ li jinkixfu b’diversi qlajjiet. L-MGRM tgħid li mhijiex titlob lill-Knisja biex tirrevedi t-tagħlim tagħha iżda tippretendi li din m’għandhiex iżżid is-sofferenza ta’ familji li għandhom xi persuna omosesswali jew l-omosesswali nfushom. Tgħid li l-Knisja għandha tkompli tgħallem il-valuri bbażati fuq kumpassjoni u mħabba kif wara kollox għallem Ġesù Kristu li qatt ma kkundanna lil ħadd.
Mistoqsi dwar jekk persuni gay humiex qiegħdin ikunu rikonoxxuti f’pajjiżna, Patrick Attard jgħid li: “Naħseb li bil-mod il-mod, nies gay mhumiex qiegħdin jibżgħu jgħidu li huma gay lill-qraba tagħhom u dan importanti ħafna li jkunu komdi bihom infushom. Naħseb li programmi fejn hemm karattri gay jgħinu f’dan.”

Fl-aħħar nett, l-inġinier Attard jisħaq li: “Jien miniex gay biss, imma bniedem kumpless bħall-bnedmin l-oħra kollha. Ma nħossnix kburi li nkun gay, imma m’għandix għaliex nistħi - qiegħed f’minoranza bħal nies xellugin, per eżempju.”
No comments:
Post a Comment