http://www.mlp.org.mt/content.aspx?Cnt=NewsDetails&t=content&ID=STQ05032009a
05-03-2009; Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Partit Laburista
[Silta mill-istqarrija]
Illum wara nofs, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Mexxej Laburista u Kap ta’ l-Oppozizzjoni Joseph Muscat iltaqa’ mal-Kummisjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza (KNPU). Matul din il-laqgħa, l-Kap tal-Kummisjoni Dr Janet Mifsud preżentat lill-Mexxej Laburista r-rapport annwali ta’ ħidma tagħhom. Għal din il-laqgħa, il-Mexxej Laburista kien akkumpanjat mill-erbgħa kandidati nisa tal-Partit Laburista għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Il-Kummisjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza daħlet fis-sitt sena tagħha. Fl-aħħar sena ta’ ħidma tagħha hija bdiet taħdem u tinvestiga f’oqsma ġodda bħal diskriminazzjoni fuq bażi ta’ razza. Dr Mifsud qalet illi minkejja l-ħafna xogħol li sar fl-aħħar żmien, il-Kummisjoni għandha ħafna x’tagħmel.
Tkelmet dwar ilment li jidħlu għand il-Kummisjoni dwar nuqqas ta’ bilanċ mhux min-nisa biss. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kummisjoni Sina Bugeja spjegat kif fil-ħidma tagħhom huma jaħdmu fil-qrib tal-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’.
Dr Muscat qajjem il-punt dwar il-bżonn li jibdew ikunu investigati ukoll każijiet ta’ diskriminazzjoni ibbażati fuq orjentament sesswali, jiġifieri diskriminazzjoni kontra persuna għax tkun gay. Intqal li din hija waħda mill-oqsma fejn qed isiru talbiet iżda hemm bżonn ta’ bidla fil-liġi.
...
Preżenti ghal-laqgħa kien hemm ukoll il-Membri tal-Kummissjoni għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, Dr Miriam Spiteri Debono, Dr Vanni Xuereb u Joe Farrugia.
No comments:
Post a Comment