Sunday, 22 March 2009

It-Torċa: Il-FŻL jiftaħ il-bieb għall-femministi u l-gays

[Dan l-artiklu mhux fuq il-website tat-Torċa s'issa]
22.3.9

[Scroll down for English version.]

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL) approva tibdil fl-istatut tiegħu fejn fost l-oħrajn waqqaf żewġ 'networks', il-Feminist Network u LGBT (Lesbians, Gays, Bisexual and Transgender) Network.

Daniel Micallef, President tal-FŻL fisser dan it-tibdil bħala messaġġ qawwi li l-għaqda trid tgħaddi għax temmen li kulħadd għandu jkollu drittijiet indaqs u għalhekk għandha l-obbligu li ssemma leħen dawn iż-żgħażagħ.

Emenda oħra li ġiet approvata kienet dik li l-fergħa t'Għawdex issa bdiet tiġi meqjusa bħala reġjun li tiġbor fiha l-lokalitajiet kollha t'Għawdex u għalhekk fl-Eżekuttiv tal-FŻL, dejjem se jkun hemm rappreżentant Għawdxi.

---
http://www.maltastar.com/pages/ms09dart.asp?a=516
MaltaStar: Feminist and LGBT networks included in FZL statute

23 March 2009 10:16

The Labour Youth Forum (FZL) opened up its statute to include the feminist and the Lesbian, Gay, Bisexual and Transsexual network, in a general conference at the Labour Headquarters in Hamrun on 20 March.

Daniel, FZL President, said that unlike other political organisations for youth, the FZL believed in equal rights and in giving a voice to these networks.

He also made appeals for the youths of these networks to join the forum.

Further amendments included the inclusion of the FZL Gozo as a region which brings together all the localities of Gozo. Gozo's FZL branch also secured a representative in the organisation's national executive.

PL President Stefan Zrinzo Azzopardi and Deputy Leader for the Party, Toni Abela, also attended the meeting.


---
http://www.fzl.org.mt/stqarrija.aspx?Id=15
Il-‘feminist Network’ u l-‘LGBT Network’ fost l-inizzjattivi godda fl-Istatut tal-FZL

Waqt Laqgha Generali Straordinarja gewwa c-Centru Nazzjonali Laburista gie approvat tibdil fl-istatut tal-Forum Zghazagh Laburisti. Permezz ta’ dan it-tibdil fost l-ohrajn gew imwaqqfin zewg networks importanti fi hdan l-FZL, li huma l-‘Femminist Network’ u l-‘LGBT Network’. Dawn jigbru fi hdanhom zghazagh bi twemmin simili bl-ghan li jipproponu politika li tindirizza d-drittijiet ta’ interessi differenti fosthom tal-komunita’ gay.

Fi kliem il-President tal-FZL Daniel Micallef, it-tibdil li gie approvat illum huwa messagg qawwi li l-ghaqda trid tghaddi. “B’differenza minn haddiehor, ahna nemmnu li kulhadd ghandu jkollu drittijiet indaqs. Ghaldaqstant nemmnu li ghandna l-obbligu li nsemmghu lehen dawn iz-zghazagh u nindirizzaw il-htigijiet taghhom, fis-socjeta tallum.” Huwa appella wkoll ghal dawk iz-zghazagh li interessati jiffurmaw parti minn dawn in-networks, sabiex jinghaqdu mal-FZL.

Emendi ohrajn importanti approvati jinkludu l-fergha tal-FZL f’Ghawdex fejn issa din il-fergha giet meqjusa bhala regjun li tigbor fiha l-lokalitajiet kollha ta’ Ghawdex, filwaqt li bil-vot tallum, gie assigurat ukoll li Ghawdex ser ikollha dejjem rapprezentanza fl-Ezekuttiv tal-FZL.

Matul il-Laqgha Generali giet approvata wkoll mozzjoni mressqa mill-Ezekuttiv bit-titlu “Socjeta inklussiva, Socjeta b’sahhitha”. Din il-mozzjoni titratta l-hidma tal-FZL favur socjeta li ma tharisx lejn il-pozizzjoni finanzjarja jew it-twemmin izda lejn l-abbiltajiet tal-persuna.

Il-President Daniel Micallef, f’diskors fi tmiem il-laqgha fakkar ukoll fit-tibdil li sar fl-istatut tal-Partit Laburista f’Novembru li ghadda u fil-kisba importanti li ghamlu z-zghazagh matul dik il-Konferenza Generali hekk kif assiguraw rapprezentanza ikbar fil-partit. Micallef sostna li t-tibdil fl-istatut tal-FZL huma konformi ma’ dak li sar mill-PL sabiex il-hidma tkun aktar effettiva u l-kordinazzjoni tkun aktar b’sahhitha.

Matul il-Laqgha li ghaliha attendew il-membri tal-FZL, indirizzaw ukoll lil dawk prezenti l-President tal-PL Stefan Zrinzo Azzopardi u d-Deputat Mexxej ghall-Affarijiet tal-Partit, Toni Abela, li filwaqt li awguraw lill-ezekuttiv tal-FZL ghall-hidma tieghu, tkelmu dwar l-isfidi li ghandhom iz-zghazagh illum il-gurnata u dwar is-sehem li dawn ghandhom fit-tfassil tal-politika tal-PL ghall-pajjiz.

No comments:

Post a Comment