http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=11662
22.5.2011 minn Kattoliku Konfondut, Ta’ Xbiex
Nikkwota: “Rigward l-argument, huwa inspjegabbli kif min jargumenta b’tant qawwa kontra liġi li twessa’ l-aċċess għad-divorzju f’Malta għall-Maltin baqa’ sieket jew saħansitra approva proposta ta’ liġi dwar il-koabitazzjoni mill-Partit Nazzjonalista.”
Min kiteb dawk il-kliem għandu mitt elf raġun.
Dan juri li kieku il-gvern Nazzjonalista qabad u daħħal id-divorzju, il-Knisja x’aktarx kienet tibqa’ siekta. Li tibqa’ siekta dwar il-koabitazzjoni, (dak li bil-Malti nafuh bħala poġġuti) ma tifhimhiex. Għaliex? Għax din liġi li tispon-sorja lil dawk li jgħixu flimkien iżda ma jiżżewġux.
Dan milli jidher il-Knisja Maltija taqbel miegħu għax lanqas refgħet subgħa wieħed biex twieġeb għal-liġi tal-koabitazzjoni tal-Partit fil-Gvern.
X’inhu l-aħjar jew l-agħar, li tiżżewweġ permezz ta’ liġi governattiva jew tmur tgħix ma’ sieħeb jew sieħba bla ebda rabta. Gonzi qed jipproponi li jilleġiżla dwar dawk li jgħixu flimkien, mara u raġel, jew tnejn tal-istess sess. Din l-għamla ta’ koabitazzjoni li bdiet fi Franza bħala liġi, għax fil-fatt bħala mod ta’ ħajja ilha teżisti mill-bidu tad-dinja, isejħulha PACS (Patt ċivili ta’ solidarjetà) hu kkundanat mill-awtoritajiet tal-Knisja fi Franza.
Tnejn jgħixu flimkien bla ebda responsabbiltà.
Din hi l-proposta tal-gvern ta’ Gonzi tal PN. Gonzi qed
idaħħal l-aħwa f’din il-kate-gorija. Xi żball ikrah. Apposta. Aħwa li jgħixu fl-istess dar huma familja u mhux poġġuti. Għalihom tapplika l-liġi tal-familja u mhux xi liġi ġdida tal-koabitazzjoni (poġ-ġuti).
Fi ftit kliem niskantaw kif il-Knisja mank tenniet kelma waħda dwar din il-ħrafa tal PN.
Mela tassew li l-Knisja f’Malta tħares lejn l-uċuħ u tgħid li hu ħażin jekk ikun ġej minn naħa waħda u min-naħa l-oħra le. Dan deher fl-annullament għal tliet darbiet tal-familja ta’ E. Fenech Adami.
Jekk m’għandniex raġun, allura l-Knisja għandha dover li tispjega għax kulħadd skantat b’dan l-atteġġjament, li ilu jinħema 13-il sena, minn żmien E. Fenech Adami.
No comments:
Post a Comment