http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=72912
23.5.11
Il-Qorti Kostituzzjonali, preseduta minn tliet imħallfin, illum se tagħti s-sentenza tagħha dwar l-appell li l-Avukat Ġenerali għamel fuq Joanne Cassar (ritratt), il-persuna transesswali ta' 29 sena li ngħatat id-dritt li tiżżewweġ.
Cassar telgħet ir-Renju Unit fejn għamlet l-operazzjoni li permezz tagħha bidlet is-sess tagħha minn raġel għal mara u wara talbet lill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili biex fiċ-ċertifikat tat-twelid is-sess tagħha jitniżżel bħala femminili.
Fit-28 ta' Ġunju, 2006, il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili ordnat lid-Direttur tar-Reġistru jibdel l-isem "Joseph" għal "Joanne" u ċ-ċertifikat tat-twelid kien mibdul.

Cassar applikat ukoll biex tiżżewweġ lill-maħbub tagħha madankollu d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku rrifjuta li joħroġ it-tnidijiet taż-żwieġ u kien għalhekk li talbet lill-Qorti Ċivili biex jordnalu joħroġ it-tnidijiet għaż-żwieġ.
Fit-12 ta' Frar, 2007, il-Qorti Ċivili laqgħetilha t-talba madankollu d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku fetaħ kawża fejn talab li d-digriet jiġi revokat. Fil-21 ta' Mejju, 2008, it-talba tad-Direttur tar-Reġistru Pubbliku kienet milqugħa u l-Qorti Ċivili sostniet li t-talba ta' Cassar biex tiżżewweġ persuna tas-sess maskil tmur kontra l-Att tal-1975 dwar iż-Żwieġ.
Cassar ħadet il-każ quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) u fit-30 ta' Novembru, 2010 u l-Imħallef Raymond Pace ddeċieda li meta d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku rrifjuta li jippermetti transesswali tiżżewweġ lill-maħbub tagħha kien qed jikser l-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.
Waqt li qal li minn dakinhar li ċertifikat tat-twelid jinbidel allura l-persuna għandha tiġi kkonsidrata bħala tas-sess indikat fl-istess att ta' twelid, l-Imħallef Pace rrefera għall-pożizzjoni li ħadet il-Qorti Ewropea li persuna li bidlet is-sess tagħha b'mod irriversibbli ma tistax titwaqqaf mill-Istat li tiżżewweġ persuna tas-sess oppost minn dak rikonoxxut mil-liġi.
Kien għalhekk li hu laqa' t-talba ta' Cassar u ddikjara li d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku ma jistax jirrifjuta li joħroġ it-tnidijiet taż-żwieġ tagħha ma' tas-sess maskili. Madankollu dan tal-aħħar appella u l-każ se jiġi deċiż illum.
Il-Moviment tal-Gays u l-Li]bjani qed jittama li l-Qorti Kostituzzjonali żżomm mad-deċiżjoni mogħtija mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili u sostniet li jekk le Cassar xorta tista' terġa' tbiddel id-deċiżjoni fil-Qorti Ewropea.
No comments:
Post a Comment