http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=Protesta+f%27%26%23294%3Ba%26%23380%3B+%26%23379%3Bebbu%26%23289%3B&t=a&aid=99828309&cid=19
18 ta' Mejju, 2011 20:47 CET
Grupp ta' membri tal-Malta Gay Rights Movement inġabru fi protesta f'Ħaż Żebbuġ kontra dak li sejħu tentattivi mill-mexxej tal-komunita' ta' talb river of love biex persuni omosesswali jiġu mibdula.
Gabi Calleja f'isem il-moviment qalet li l-komunita' omosesswali tinsab irrabjata ħafna għal dak li ntqal, il-ħrejjef li qed jingħadu u l-ħsara li qed issir lil persuni omossesswali u lill-qraba tagħhom.
Hija qalet ukoll li l-moviment tagħha qed jikkunsidra li jressaq ilment formali mas-Soċjeta' Maltija tal-Psikologi kontra dawk li jagħtu l-impressjoni li l-omosesswalita' hi marda jew dnub.
Ftit jiem ilu, l-Evangelista Gordon Manche mexxa attivita' li matulha allegatament tlett persuni ma baqgħux omosesswali. F'kumment lill-ġurnalisti hu qal li ma ingħatat l-ebda terapija u li dawn il-persuni inbidlu minn rajhom għax Kristu sar parti minn ħajjithom. Huwa qal li l-komunita' tieghu ma tobgħod lill-ħadd, inkluż il-persuni omosesswali.
Hu spjega ukoll kif għal snin twal kien żeffien u ħadem ma' persuni omosesswali.
No comments:
Post a Comment