Monday, 22 October 2012

L-Orizzont: Il-‘gays’ imħeġġin biex illejla jkunu quddiem il-Parlament

http://www.orizzont.com.mt/FullArticle.php?ID1='Ahbarijiet'&ID2=97231
22.10.12

“Din mhix protesta. Dan hu mument storiku għalina. Din hi l-ewwel darba li d-dinjità tar-relazzjonijiet tagħ na se jkunu diskussi fil-Parlament. Ir-relazzjonijiet tagħna huma ta’ rispett u ta’ dinjità wkoll”.

Dan hu l-messaġġ li beda jitmexxa fost persuni ‘gays’, hekk kif l-abbozz ta’ liġi dwar il-koabitazzjoni qiegħed fis-sitt post fl-aġenda tal-Parlament. 

Persuni ‘gay’, qegħdin ikunu imħeġġin biex illum it-Tnejn bejn is-7.30 p.m. u d-9.30 p.m. imorru qud - diem il-Parlament u dan biex tinħoloq aktar press- joni fuq il-membri Parlamentari.

Il-messaġġ jgħid li “għandna nmorru quddiem il-Parlament, lebsin b’mod pulit u dan biex nuru li aħna persuni rispettabbli wkoll. F’paj jiżna hawn aktar minn 15,000 persuni li hi ‘gay’, ‘bisexual’, u ‘transgender’ u jekk ma niqfux aħna għad-drittijiet tagħna, ma nistgħux nippretendu li ħaddiehor jagħmel dan għalina”.

No comments:

Post a Comment