http://gov.mt/en/Government/Press%20Releases/Pages/2012/August/30/pr1865.aspx
30.8.2012, press.releases@gov.mt, Tel 2200 1700
STQARRIJA MILL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA, KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U L-FAMILJA
Il-Malta Labour Party ta’ Dott Muscat ikompli bit-tradizzjoni tiegħu li jgħawweġ il-fatti u jieħu dikjarazzjonijiet barra mill-kuntest biex jipprova jirbaħ punti politiċi. Dan jagħmlu sforz is-sensazzjonaliżmu li jemmen fih. Minflok jipprova jipparteċipa f’diskussjoni serja dwar liġi daqstant importanti bħal dik tal-koabitazzjoni, issa Dott Muscat qed jipprova jirkeb fuq interpretazzjoni ħażina ta’ dikjarazzjoni li saret biex jgħawweg dak li qal il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar id-Drittijiet u l-Obbligi ta’ Persuni li Jikkoabitaw.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li ngħatat nhar it-Tlieta li għadda, il-Ministru Chris Said fl-ebda mument ma għamel dikjarazzjonijiet omofobiċi. Meta kien mistoqsi mill-ġurnalisti dwar il-liġi tal-koabitazzjoni, il-Ministru Chris Said qal li fil-kuntest ta’ dan l-abbozz ta’ liġi, koppji gay ma jitqiesux bħala familja b’koppja miżżewġa. Il-Ministru Chris Said kien qed jispjega issues legali.
Il-Ministru Chris Said jiddikjara li r-relazzjoni personali bejn persuni differenti hi xi ħaġa prezzjuża għal dawk li jgħixu din l-esperjenza u jifhem ukoll li għalihom dik ir-relazzjoni hi n-nukleu familjari tagħhom anke jekk ma jkunux miżżewġin.
Konvenjentement iżda Dott Muscat ikompli fuq it-tradizzjoni tal-mexxejja Laburisti ta’ qablu u jinsa l-kuntest biex jipprova jagħti l-interpretazzjoni li jrid hu.
Dott Muscat, bħala politiku li jaspira li jilħaq, imissu jaf li fil-liġijiet ta’ Malta m’hemmx definizzjoni ta’ familja. Il-Liġi taż-Żwieġ tagħti definizzjoni ċara ta’ x’inhu żwieġ. Il-liġi tal-koabitazzjoni ma tidħolx f’dan il-mertu. Dan għaliex il-liġi tal-koabitazzjoni, kif qed tiġi proposta, għandha l-għan li tirregola l-koabitazzjoni stat ta’ fatt – kemm għall-eterosesswali kif ukoll għall-omosesswali – li hi realta’ barra miż-żwieġ. Din il-liġi għall-ewwel darba tistabbilixxi wkoll id-drittijiet u d-dmirijiet ta’ persuni li jagħżlu li jikkoabitaw. Dan tagħmlu sabiex prinċipalment tħares lill-parti l-aktar dgħajfa f’dik l-istess relazzjoni.
Mill-ġdid il-Ministru Chris Said jirrifjuta l-allegazzjonijiet u l-miżinterpretazzjonijiet ħżiena tal-Malta Labour Party ta’ Dott Muscat.
Il-kredenzjali tal-Gvern u tal-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja favur id-drittijiet ta’ persuni omosesswali u b’identita’ tal-ġeneru differenti ma titkejjilx bis-sensazzjonaliżmu ta’ Dott Muscat iżda titkejjel bil-fatti.
F’dawn l-aħħar xhur, fuq inizjattiva tal-Ministru Chris Said u wara diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-Malta Gay Rights Movement u tal-Aditus fost l-oħrajn, il-Gvern għadda liġijiet mill-Parlament, liġijiet li permezz tagħhom stabbilixxa bħala reati aktar serji kull tip ta’ vjolenza fil-konfront ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni fuq bażi ta’ ġeneru, identità tal-ġeneru, u/jew orjentazzjoni sesswali.
Barra minn hekk għaddiet liġi li permezz tagħha l-Kummissjoni għall-Ugwaljanza tipproteġi u tiggarantixxi l-ugwaljanza fl-istess oqsma għal kulħadd irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali, mill-identita’ tal-ġeneru u mit-twemmin.
Dan kollu juri wkoll kemm il-Malta Labour Party u Dott Muscat għadhom l-istess u m’hu qed joffri xejn ġdid.

No comments:
Post a Comment