Thursday, 13 September 2012

KullĦadd: It-tieni post fil-Mr Gay Europe

http://www.kullhadd.com/201209084372/Intervista/it-tieni-post-fil-mr-gay-europe.html
SATURDAY, 08 SEPTEMBER 2012 18:26 RAMONA PORTELLI


Ftit tal-jiem ilu, proprju fil-11 ta' Awwissu, f'Ruma giet organizzata l-finali ta' Mr Gay Europe 2012. Fosthom kien hemm Malta, fejn ir-rapprezentant Malti kien iz-zaghzugh Steve Grech.
Mr Gay Europe hija kompetizzjoni ghal mudelli maskili gay u li gejjin mill-Ewropa. Saret l-ewwel darba lura lejn is-sena 2005. Malta kienet hadet sehem l-ewwel darba fis-sena 2008. Ir-rapprezentant Malti kien proprju l-mudell Steve Grech. Kien mar tajjeb hafna, ghaliex kien kiseb it-tieni post. Din is-sena Steve rega' ppartecipa f'din il-kompetizzjoni u ghal darb'ohra rega' kiseb it-tieni post. Fl-ewwel post giet Spanja.

Tkellimt mieghu sabiex insir naf aktar dwaru, dwar il-kompetizzjoni annwali u anke dwar l-istil ta' hajja li qed jghix l-omosesswali tal-lum.
Ta' min jghid li dawn ma kienux l-ewwel kompetizzjonijiet tal-immudellar ghal Steve. Fil-fatt Steve ilu fil-qasam tal-moda minn mindu kellu sittax-il sena, u ghamel diversi reklami u kalendarji, kif ukoll irrapprezenta lil Malta diversi drabi.
Barra minn Malta kellu x-xorti li jaghmel xi reklami ghal xi clubs gewwa Londra.


Steve ghandu 31 sena, u jghix Londra flimkien mal-partner tieghu. Jahdem bhala carer ma' nies bi bzonnijiet specjali.

Steve ilu jghix Londra ghal din l-ahhar sena. Bhala passa-tempi jhobb jattendi l-gym u anke jara xi film ic-cinema.

Jiddeskrivi ruhu bhala persuna outgoing hafna, cajtier u li jhobb jissocjalizza. "Mhux komuni li nkun b'xi burdata hazina," beda jghidli dwaru Steve.

Mistoqsi b'liema modi kellu jipprepara ruhu ghal din il-kompetizzjoni, Steve wegibni, "Din il-kompetizjoni mhiex biss fuq sbuhija, però ovvjament importanti li wiehed irid jidher tajjeb.
Kelli mmur il-gym kuljum u gieli anki darbtejn kuljum u ovvjament difficli hafna biex issib il-hin. Barra minn hekk hija importanti hafna d-dieta u jien nsibha difficli hafna ghax inhobb niekol, però kelli naghmel sagrificcji.

Kelli hafna preparamenti ta' hwejjeg u giri fil-hwienet biex sibt l-aqwa li stajt. Kollox jiehu l-hin. Meta kont lura Malta ghal Marzu li ghadda kelli nipprepara photo session li uzajt ghal profil tieghi, u kif ukoll gieli jkollok nuqqas ta' rqad biex issib hin ghal kollox," spjegali Steve.

Dejjem kien hu l-uniku Malti li ha sehem

Steve huwa l-ewwel u l-unika Malti li qatt ikkompeta f'kompetizzjoni bhal din - Mr Gay Europe. Tlabtu jikkummenta dwar dan il-fatt.
"Ninsab iddizappuntat hafna li Malta giet nieqsa minn dan il-konkors prestiggjuz ghal tlett snin u jiddispjacini li l-mottiv tal-bicca kienet ghax ma kienx hemm bizzejjed partecipanti Maltin. Nispera li wara din is-sena xi nies ohra bhali jsibu kuragg u jiehdu sehem.

Jekk nibqghu ninhbew, qatt m'ahna ser inkunu kapaci nimmaturaw lill-poplu Malti u specjalment Ghawdxi. Wara li hadt sehem fl-2008 u kelli x-xorti li nikklassifika fit-tieni post, mort lura Malta u kont mistieden f'diversi programmi televizivi.

Wara dik is-sena, hafna Maltin gays raw li hemm il-media involuta, ovvjament ghax kienet xi haga gdida ghal Malta. Gara li bezghu jiehdu sehem. Jien nixtieq nghaddi messagg lil persuni omosesswali Maltin specjalment dawk li jixtiequ jiehdu sehem f'xi kompetizzjoni simili, imma jibzghu. Lil dawn nghidilhom li ma hemm xejn hazin li tghix ta' min vera int u li taghmel affarijiet li tixtieq, u specjalment ghax tibzghu li tigu iggudikati.

Jien ergajt qed naghmel dan il-pass biex nuri li meta wiehed ikun gay hija hajja normali, hlief b'sesswalità differenti li m'ghandha taffetwa lil hadd. Zgur mhux forsi ma nhalli lil hadd jikkundizzjonali hajjti," sostna mieghi Steve.

Li jippartecipa f'din il-kompetizzjoni biss, Steve jiddeskriviha bhala glorja ghalih. "Li tkun mudell ghall-gays li ghadhom zghar jew li jridu johorgu out, digà bizzejjed ghalija ghax inkun qed intihom kuragg.

Il-hajja hija normali, anke jekk wiehed huwa gay. Apparti minn hekk, bhala kontestant inkun mistieden niftah diversi prides madwar l-Ewropa u hafna aktar. Hafna Maltin ma jippartecipawx ghal xi kompetizzjoni simili l-aktar minhabba l-familjari u l-media ghaliex ma jkunux out".

Kompla jghidli li l-messagg li johrog wara kull kompetizzjoni li ssir ta' Mr Gay Europe huwa li persuni gays huma nies normali, u mhux xi ghazla. "Jehtieg li nahdmu flimkien ghal kull drittijiet li m'ghandnix f'diversi pajjizi, u ser nibqa' nahdem sa ma dawn jaslu," sostna konvint Steve.

Hadt il-kummenti ta' Steve dwar din il-kisba tieghu fit-tieni post fil-kompetizzjoni ta' din is-sena, "Bir-rizultat li ksibt hallejt ghoxrin pajjiz wara Malta. Il-hamest ijiem li ghamilt hemm qabel il-kompetizzjoni kienu twal u konna norqdu bejn tlieta u erba' sighat biss.

Kellna diversi sfidi fosthom intervisti, sports challenge, kompetizzjoni ta' swimwear, test ta' kitba u hafna aktar. Gejt ukoll avvicinat minn xi producers Taljani u mill-Finlandja biex naghmel xi xoghol maghhom. Li gejt it-tieni hija tajba wkoll ghalija, ghax gabitli dawn l-opportunitajiet. Ghalkemm dizappuntat bit-tieni post, ninsab kuntent hafna li n-nies li kien hemm fl-udjenza bdew jghajjtu Malta qabel ir-rizultat".

Jixtieq jigi lura Malta, imma l-ekonomija timbuttah lura

Mistoqsi jekk jergax jigi jghix lura Malta, Steve wegibni, "Ili nghix Londra ghal sena, jigifieri mhux wisq. Malta toghgobni u xi darba nerga' nigi lura minhabba l-familja.
Komdu bizzejjed bija nnifsi li nghix fejn ikun. Li nista' nghid hu li sa sena ilu kont nghix Malta u dejjem kont komdu nghix hajjti," sostni Steve.

Kompla jghidli, "Ghalija personali ma kelli l-ebda problema li nghix Malta. Li kont inhoss kienet li f'Malta hemm komunità zghira, però nista' nifhem li xi persuni Maltin jhossuhom frustrati u jkollhom jinhbew minhabba nies ohra.

Certi postijiet bhal Londra ghandhom mentalità miftuha hafna u hadd ma jaghti kas ta' hadd u kulhadd jghix hajjtu u ma jahlux hin biex jinkixfu fuq x'qed jaghmel haddiehor".

Minn ricerka li kont ghamilt dwar Steve skoprejt li jhobb isiefer, izda ma jhobbx isiefer safar ghal xi kompetizzjoni. Ridt inkun naf ghaliex, u hallejt f'idejh sabiex jesprimi ruhu mieghi.

"Iva, fil-fatt inhobb nivvjagga. Ikolli nghid li kompetizzjoni bhal din trid hafna xoghol u preparamenti, u ghalhekk mhux dejjem insib il-hin, mentri meta tmur vaganza tkun tista' tirrilassa u bla ma trid taghmel hafna preparamenti.

Izda ma nistax nghid li ma nhobbx nivvjagga ghal kompetizzjonijiet, ghax huma kollha ecitanti u kif ukoll kull esperjenza differenti minn ohra u dejjem ssib x'titghallem.
Fl-ahharnett Steve xtaq jghaddi messagg lill-qarrejja tal-gurnal KullHadd. "Nies bhali ma nistaqsu ghal xejn izjed milli digà ghandu kulhadd.

Kulhadd ghandu l-hajja tieghu, ghalkemm Malta gejja ‘l quddiem, jonqosna ftit taghlim iehor biex nifthu mohhna. Niftakru li m'ahniex nghixu fis-seklu dsatax. Nemmen li kulhadd ghandu jiftah mohhu u jinduna li hadd m'ghandu dritt fuq il-hajja ta' haddiehor u s-sesswalità tal-individwu m'ghandiex tkun ta' differenza ghal hadd u Malta tkun ahjar u kif ukoll bl-ghajnuna u drittijiet tal-Ewropa, ser nimxu 'l quddiem.

Nirringrazzja lil dawk kollha li vvutawli", temm jghidli Steve filwaqt li nfurmani li probbabilment din kienet l-ahhar darba tieghu li kkompeta f'xi haga simili, minhabba li qed ihossu qed jikber ghal dawn l-affarijiet.

No comments:

Post a Comment