Saturday, 15 September 2012

L-Orizzont: Ġejja Malta biex tqajjem kuxjenza dwar l-orjentazzjoni sesswali

http://www.orizzont.com.mt/FullArticle.php?ID1='Ahbarijiet'&ID2=95646
14.9.12



B’fondi li ngħatat mill-Gvern Amerikan, l-għaqda “We Are” se tibgħat Malta rappreżentanta biex tqajjem kuxjenza dwar l-orjentazzjoni sesswali.

Kienet Winnie Hofstetter, l-uffiċjal għar-relazzjonijiet pubb liċi tal-Ambaxxata Ame rikana f’Malta, li ppreżentat €1,300 lis-Segretarju Ġenerali tal-“We Are” Luisa Tolu.

Permezz ta’ din l-għotja, l-għaqda se tibgħata lil Malta lil Jordan Long – Policy Officer tal-International Lesbian, Gay, Bisexual, Transgender, Queer Youth and Student Organisation (IGLYO).

Matul iż-żjara tagħha, Long se tħarreġ lill-membri ta’ “We Are” biex ikunu ppreparati biex jorganizzaw ‘workshops’ għaż-żgħażagħ fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tas-sessi.

L-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta, Gina Abercrombie-Winstanley, qalet li l-politika tal-Istati Uniti hija bbażata fuq it-twemmin li d-drittijiet tal-gays u t-transesswali huma drittijiet tal-bniedem.....

No comments:

Post a Comment