http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=Il-Partit+Laburista+ming%26%23295%3Bajr+po%26%23380%3Bizzjoni+dwar+il-persuni+LGBT+-+Alternattiva+Demokratika&t=a&aid=99840099&cid=19
Matthew MAMO, 1 ta' Settembru, 2012 11:49 CET
Iċ-Chairperson tal-Aternattiva Demokratika, Michael Briguglio attakka lill-Partit Laburista fuq in-nuqqas ta’ pożizzjoni dwar il-persuni LGBT waqt konferenza tal-aħbarijiet f'Tas-Sliema.
Michael Briguglio qal li l-Partit Laburista, bħas-soltu, qiegħed gallarija biex jingħoġob ma kulħadd mingħajr ma joffri proposti fuq id-drittijiet tal-komunita' LGBT bħaż-żwieġ. Fakkar kif il-Partit Laburista jbiddel il-verżjoni tiegħu skont l-udjenza li jkollu quddiemu.
Michael Briguglio saħaq li minkejja n-nuqqas ta' proposti tal-Partit Laburista fuq iż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess, jinsab ċert li l-Partit Laburista hu kontra din l-għaqda.
Michael Briguglio qal li l-Alternattiva Demokratika hi favur ugwaljanza sħiħa f'kull qasam tal-politika soċjali u politika tal-familja irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali, identita' u espressjoni tal-ġeneru tal-persuna.
L-Alternattiva Demokratika, qal Michael Briguglio, tirrikonoxxi żwieġ bejn persuni tal-istess sess u tappoġġja l-Gender Identity Act kif propost mill-MGRM. Tkellem ukoll fuq l-IVF u l-adozzjoni, fejn Michael Briguglio qal li l-Alternattiva Demokratika temmen li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni skont l-orjentazzjoni sesswali. Hu appella għal emendi fil-Kostituzzjoni f'dan ir-rigward.
No comments:
Post a Comment