Thursday, 14 May 2009

MLP: L-Istat għandu jkun hemm biex jipproteġi lin-nies - Joseph Muscat

Media Release mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
14 ta’ Mejju 2009

L-Istat m’ghandux ikun hemm biex jindahal imma biex jipprotegi lin-nies. Il-familji li qed jiffurmaw barra z-zwieg qed jizdiedu u huwa ghalhekk li l-Partit Laburista jmexxi ‘l quddiem proposta ghal definizzjoni usa tal-familja fil-ligi tal-kera. Imma l-Partit Nazzjonalista vvota kontra din il-proposta fil-Parlament u allura vvota kontra li t-tfal ta’ koppji mhux mizzewgin ikollhom il-jedd fuq il-kera tad-dar fejn jghixu.

Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt il-prezentazzjoni tal-kandidati zghazagh ghall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali l-bierah fil-ghaxija gewwa Paceville. Madwar terz tal-kandidati tal-PL ghall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali huma zghazagh.

Joseph Muscat qal il-familji li qed jiffurmaw barra z-zwieg qed jizdiedu kemm jekk b’ghazla u anke b’necessità u allura wasal iz-zmien li nibdew nahsbu ghal dawn ir-realtajiet godda. Jezistu kazi fejn hawn koppji li ilhom 30 sena flimkien u ghandhom it-tfal. Bil-ligi tal-kera kif inhi llum, jekk xi hadd mill-koppja li ghandu l-kera ta’ darhom fuq ismu jigi nieqes, il-familja u t-tfal jispiccaw barra minn darhom. Il-Partit Nazzjonalista fil-Parlament ivvota kontra din il-proposta.

Dan hu dak li jiddistingwi bejn partit progressiv u partit konservattiv, sostna Joseph Muscat.

Il-Mexxej Laburista qal li wasal iz-zmien biex tinghaqa koalizzjoni tal-progressivi fil-pajjiz, moviment li jigbor fih zghazagh, pensjonanti, self-employed, haddiema u middle-class.

Wasal iz-zmien li l-ideat progressivi taghna jibdew jidhlu fis-sehh b’mod prattiku ghal dik it-tfajla li tqum kull fil-ghodu biex taqbad il-vann ghall-fabbrika, jew ghal dak iz-zaghzugh li kellu jwaqqaf l-istudji kmieni biex jibda jahdem, sa dik it-tfajla li tinsab l-MCAST u qed thares lejn futur sabih, dawk fil-Junior College, l-Higher Secondary u l-Università li qed iharsu biex jibdew il-professjoni taghhom. Irridu nirrapprezentaw ukoll lil dawk li ghadhom ma bdewx familja, lil dawk il-koppji zghazagh li qed ihallsu dejn mal-bank ghal darhom, sa dawk il-koppji li bdew jircievu l-kontijiet ghall-ewwel darba f’hajjithom, qal Joseph Muscat.

Dr Muscat semma wkoll kif huwa kburi li fil-hames snin li ghaddew meta fil-Parlament Ewropew gejna biex naghtu drittijiet godda lil koppji gay, u biex nikkundannaw il-persekuzzjoni fuq persuni gay, ahna ma kellnix problema li nivvutaw favur filwaqt li l-Partit Nazzjonalista vvota kontra.

Il-Partit Laburista, qal Joseph Muscat, qatt ma beza mill-forzi konservattivi u kien il-PL stess li fil-passat heggeg is-separazzjoni ta’ l-istat u l-Knisja fi zmien meta l-forzi konservattivi kienu aktar qawwijin. Kien il-Partit Laburista li ried li filwaqt li kulhadd izomm twemminu, l-Istat jibqa’ hemm ghal kulhadd.

Iz-zghazagh huma l-energija ta’ dan il-pajjiz. Din trid tkun it-tip ta’ koalizzjoni gdida li ghandha twassal biex ghada jkollna jum ahjar.

No comments:

Post a Comment