Intervista ma’ Fr. Paul [?]
18.3.9 ?
“Matul iz-zmien iddizintegrajna l-istituzzjoni taz-zwieg u aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed naraw nies li ma jemmnux fiz-zwieg. Mhux fl-interess tal-Knisja li nsalvaw din l-istituzzjoni, imma fl-interess tas-socjetà ghaliex iz-zwieg mhux il-Knisja vvintatu. Kulma taghmel il-Knisja hu li tbierku.” Din kienet l-ewwel dikjarazzjoni ta’ Fr Paul, biex biha stajna nibdew id-diskussjoni b’mod mill-aktar miftuh. Staqsejtu kif iz-zwigijiet ta’ l-antik, li hafna drabi ma kinux jitilqu fuq premessa ta’ mhabba, izda pjuttost finanzjarja, kellhom rata akbar ta’ success.
Isemmi punt importanti hafna. “Fl-antik xorta kellna zwigijiet li ma kinux b’sahhithom, anke jekk mhux dejjem kienu jidhru daqs illum. Imma fl-antik kien hemm struttura ta’ appogg socjali, kulturali u anke religjuza li kienet taghti hafna sapport liz-zwieg, allura l-koppji kienu jaghmlu sforz u kuragg biex iz-zwieg taghhom jirnexxi.” Hawnhekk isostni li llum il-gurnata, dan is-sapport spicca. “Li gara kien li llum il-gurnata din is-sistema ta’ sapport spiccat. Irridu nammettu li dahlu ideat aktar liberali fis-socjetà taghna u z-zwieg issa iktar jitqies bhala xi haga personali tal-koppji.” “Il-kontradizzjoni hija li l-koppji jpoggu r-relazzjoni fl-ewwel post bhala priorità, madanakollu ma jahdmux ghaliha bizzejjed, u hemm hafna x’jikkompetilna llum il-gurnata. Ix-xoghol huwa wiehed mill-aktar fatturi li qieghed jikkompeti mar-relazzjoni, fejn ghandek lill-koppji jghixu hinijiet twal ‘il boghod minn xulxin u l-komunikazzjoni, anke intima bejniethom qieghda tiehu pozizzjoni sekondarja.”
It-tifsira ta’ l-impenn fiz-zwieg
Il-mistoqsija tigi awtomatika mbaghad. Jigifieri l-koppji tallum mhumiex qeghdin juru impenn lejn ir-relazzjoni? “In-nies tallum qed jifhmu l-impenn fiz-zwieg b’mod differenti. L-impenn fiz-zwieg huwa doppju. Ghandek l-impenn lejn il-persuna u l-impenn lejn l-istituzzjoni, jew ir-relazzjoni tal-koppja. Hemm differenza kbira bejn l-impenn lejn habib u l-impenn lejn il-partner taz-zwieg, u qed nghid hekk ghax numru ta’ persuni jharsu lejn il-partner taghhom bhala sempliciment habib.” Fl-istudju tieghu fuq iz-zwieg, huwa jsemmi li llum il-gurnata l-koppji qeghdin jidhlu ghaz-zwieg minghajr ma tkun decizjoni taghhom (juza l-kliem “sliding into marriage”), u tlabtu jispjega ahjar.
“Dan huwa fenomenu li qed jigri fis-socjetà b’mod generali, mhux biss f’pajjizna. F’Malta dan huwa marbut mal-koabitazzjoni ghaliex koppja li qieghda f’koabitazzjoni ghandha tendenza li tispicca tidhol fiz-zwieg ghaliex jigi fuqhom u mhux tkun frott ta’ decizjoni taghhom. Fil-fatt it-teorija li l-koabitazzjoni twassal ghaz-zwieg mhix valida, ghax hemm anke studji fuq ir-rata ta’ falliment fiz-zwieg meta jkun hemm koabitazzjoni qabel.” Il-genituri jikkontribwixxu ghall-koabitazzjoni Isemmi punt interessanti dwar il-koabitazzjoni, fejn jghid li ghalkemm l-istatistika turi li r-rata ta’ koabitazzjoni hija baxxa, fir-realtà hija wahda gholja. “Ghalkemm l-istatistika turi mod iehor, de facto l-koabitazzjoni hija gholja f’pajjizna. Ironikament wahda mill-fatturi ghall-koabitazzjoni, hija l-injoranza tal-genituri. Qieghed nghid hekk ghax sfortunatament, il-genituri ma jafux xi hsara rriversibbli jkunu qed jaghmlu lit-tfal taghhom meta jippermettu li dawn jorqdu ghand il-partner taghhom, sahansitra anke fl-istess kmamar.” “Din il-kwistjoni tkompli tiggrava meta t-tfal huma minuri. Din mhix kwistjoni ta’ moralità. Il-genituri qeghdin jikkondizzjonaw id-destin ta’ wliedhom, u ghalhekk nghidu li certi koppji qed jidhlu fiz-zwieg minghajr ma tkun decizjoni taghhom, ghaliex il-process qieghed ikun mghaggel u mhawwad, b’tali mod li l-ghada tat-tieg, il-koppja ma jkollhiex affarijiet godda lejn xiex thares ‘il quddiem ghaliex ikunu digà draw il-hajja ta’ xulxin.”
Il-problemi ta’ relazzjoni minn età zghira
Jemfasizza li kuntrarjament ghall-idea ta’ hafna, ir-relazzjonijiet serji sa minn età zghira, ghandhom l-effetti negattivi taghhom. “Nemmen li wahda mir-ragunijiet li qed iwasslu ghas-sitwazzjoni tallum hija li z-zghazagh taghna qeghdin jidhlu f’relazzjonijiet minn età zghira, li anke tinvolvi li jkunu attivi sesswalment ukoll. Qed nitkellmu fuq zghazagh ta’ hmistax -il sena.” Fr Paul isemmi li dan kollu gej mill-principji liberali, u jistqarr li ftit huma dawk li qeghdin jaraw ir-riperkussjonijiet. Bi tbissima fuq xofftejh jghid li l-argument li se jpoggi hawn mhux wiehed morali sabiex hadd ma jahseb li qed jimponi valuri Kristjani, izda huwa argument naturali.
“Ftit qeghdin jirrealizzaw li dawn il-koppji li qed jintrabtu sa minn eta zghira qeghdin joqtlu l-liberta taghhom stess. Meta persuna tiehu decizjoni, awtomatikament tkun qed teskludi xi haga ohra. Allura meta dawn qed jiehdu decizjonijiet kbar sa minn età zghira, iktar qeghdin jirrestringu ghazliet u esperjenzi ohrajn. Dawn iz-zghazagh minnflok qed jiehdu z-zmien favurihom u ma jintrabtux, qeghdin jiehdu decizjonijiet b’effetti kbar fuq il-kumplament ta’ hajjithom.”
Ghaddejna issa ghall-kwistjoni ta’ l-uzu tal-kontracettivi. L-istatistika turina li filfatt f’pajjizna hawn nuqqas kbir ta’ prevenzjoni f’dak li hu mard trasmess mis-sess. Staqsejtu kif jista’ jippromwovi aktar l-uzu tal-kontracettivi meta fl-istess hin irid izomm ma’ l-idea li l-kontracettivi m’ghandhomx jintuzaw ghaliex is-sess qabel iz-zwieg huwa meqjus bhala immorali. Isostni li l-problema hija l-hrug tas-sess miz-zwieg, izda ghafastu fuq il-fatt li r-realta ma nistghux naharbu minnha. “Hemm element importanti, li hija r-responsabbiltà. L-inqas haga gravi li tista’ tigri hija li t-tfajla tohrog tqila, u l-aghar haga hija li ddabbar xi marda letali. Bejn dawn l-estremi mbaghad hemm numru kbir ta’ mard iehor li sploda f’pajjizna.”
“Ilna hafna nitkelmu fuq programmi ta’ edukazzjoni sesswali fl-iskejjel, imma l-biza’ tieghi hija li hafna drabi dawn qed ikunu programmi ta’ informazzjoni u mhux edukazzjoni. Fil-fatt, edukazzjoni hija hafna differenti ghax kull bniedem ghandu l-filosofija u l-vizjoni tieghu.
L-edukazzjoni hija kif wiehed se jintegra s-sesswalità tieghu ma’ dawn ir-responsabbiltajiet.”
L-edukazzjoni hija kif wiehed se jintegra s-sesswalità tieghu ma’ dawn ir-responsabbiltajiet.”
Bzonn ta’ tibdil pedagogiku fit-taghlim tal-Knisja
Fr Paul ma joqghodx lura, u jsemmi li anke l-Knisja ghandha l-isfidi taghha. “Meta naraw lil dawn il-koppji diehlin iktar ghat-tieg milli ghaz-zwieg, u gejjin ghall-kors ta’ Kana ghax ta’ bilfors, digà nkunu qed nosservaw sinjali ta’ ‘disengagement’. Huwa tat-thassib kif certi koppji jkunu sejrin dejjem aktar ’l isfel iktar ma jersaq it-tieg, u rridu nifhmu li t-tieg ma jaghmilx mirakli. Din hija l-isfida pedagogika li ghandha l-Knisja. Irridu naraw kif se nindirizzaw lil dawn in-nies li resqin ghat-tieg u diga qed juru sinjali ta’ dghjufija.”
Huwa jtenni li aktar ma jghaddi z-zmien, aktar qed nispiccaw inharsu lejn iz-zwieg bhala sempliciment kuntratt u f’dan il-hin iqum biex jurini pubblikazzjoni mill-Università ta’ Cambridge ‘Marriage – is it just a piece of paper?’ filwaqt li jsostni li, “l-istituzzjoni taz-zwieg huwa hafna differenti minn sempliciment kuntratt ghaliex jinvolvi impenn u lealtà ferm ikbar.”
“Family friendly measures”
L-appell tieghu ma jieqafx biss mal-Knisja, izda jmur b’mod specjali lejn il-Gvern ukoll. “L-istat ma jista’ qatt jaghlaq ghajnejh u jhalli l-affarijiet ghaddejjin. Il-Gvern ghandu juza politika aktar favur il-familja u jrid jesigi fost l-ohrajn anke li l-kumpaniji u min ihaddem, jirrispetta aktar lill-persuna b’kundizzjonijiet ahjar fi zmien il-maternita. L-istat ghandu jagevola sabiex ikun hemm aktar bonding bejn il-genituri u t-tfal.” Fost dawn il-mizuri li jista’ jiehu l-Gvern isemmi wkoll incentivi ghal ommijiet mizzewgin. “Dik hija l-konkluzjoni li rridu naslu ghaliha u rridu mmexxu flimkien, li biz-zwieg jaqbillek! L-istat ghandu jmexxi l-pajjiz lejn l-idea li l-ghajnuna socjali ghandu jehodha min verament ghandu bzonnha. Xi kultant nemmen li pajjizna ghadu b’mentalità wisq parastatali, u din ghandha r-riperkussjonijiet taghha. Il-poplu jrid jifhem li dawk il-flus mhumiex tal-Gvern, imma taghhom ukoll wara kollox.”
Insemmilu l-punt li meta nitkellmu fuq l-isfidi tal-familja ghandna t-tendenza li neskludu lill-koppji omosesswali meta fir-realtà, jekk dawn jghixu flimkien jaqghu ukoll taht id-definizzjoni ta’ familja. Izda hawn kien pjuttost car. “Id-definizzjoni ta’ familja hija wiesa hafna veru, izda dik ta’ zwieg mhix wiesa. Jigifieri ghandu jkollna l-kuragg nghidu li zwieg jista’ jsir bejn ragel u mara biss. Ma nkunu qed naghmlu l-ebda disrispett jekk bhala pajjiz nagevolaw iz-zwieg bejn koppji eterosesswali.” “Madanakollu, ma jfissirx li l-istat ghandu jillegizla b’tali mod li qisu jezistu biss persuni eterosesswali, u ma jaghtix drittijiet lil persuni ohrajn. Allura jien m’ghandi l-ebda oggezzjoni li persuni omosesswali jinghataw drittijiet, u jekk trid issejhilhom familja, ghaliex le?”
Insemmilu l-punt li meta nitkellmu fuq l-isfidi tal-familja ghandna t-tendenza li neskludu lill-koppji omosesswali meta fir-realtà, jekk dawn jghixu flimkien jaqghu ukoll taht id-definizzjoni ta’ familja. Izda hawn kien pjuttost car. “Id-definizzjoni ta’ familja hija wiesa hafna veru, izda dik ta’ zwieg mhix wiesa. Jigifieri ghandu jkollna l-kuragg nghidu li zwieg jista’ jsir bejn ragel u mara biss. Ma nkunu qed naghmlu l-ebda disrispett jekk bhala pajjiz nagevolaw iz-zwieg bejn koppji eterosesswali.” “Madanakollu, ma jfissirx li l-istat ghandu jillegizla b’tali mod li qisu jezistu biss persuni eterosesswali, u ma jaghtix drittijiet lil persuni ohrajn. Allura jien m’ghandi l-ebda oggezzjoni li persuni omosesswali jinghataw drittijiet, u jekk trid issejhilhom familja, ghaliex le?”
No comments:
Post a Comment