Friday, 29 May 2009

Bishops' Message for EU Elections/Messaġġ tal-Isqfijiet Maltin dwar L-Għażla tar-Rappreżentati fil-Parlament Ewropew

[Scroll down for English article]

MESSAĠĠ TAL-ISQFIJIET MALTIN: L-Għażla tar-Rappreżentati fil-Parlament Ewropew

29 ta’ Mejju, 2009

UFFIĊĊJU STAMPA Il-Kurja ta’ l-Arċisqof, Floriana Tel: 25906203/21241281 Fax: 21242971
MINN: C. TABONE O.P.; REF: 59/2009

Ftit jiem oħra pajjiżna jieħu sehem fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Il-ħidma ta’ din l-istituzzjoni tinfluwenza mhux biss il-mixja tal-Ewropa, imma ukoll dik tal-poplu tagħna f’pajjiżna.
Għalhekk dawk li jiġu eletti bħala membri tal-Parlament Ewropew għandhom sehem importanti ħafna f’dan il-proċess. Barra li jħarsu l-interessi ta’ pajjiżna, huma jgħinu ukoll biex l-Unjoni Ewropea tieħu direzzjoni tajba.

Aħna ningħaqdu ma’ ħutna l-Isqfijiet tal-Unjoni Ewropea biex infakkru lill-Maltin u l-Għawdxin li għandhom ir-responsabilità li jużaw il-vot tagħhom biex jagħżlu bħala membri parlamentari lil dawk li jistgħu jagħtu kontribut attiv biex fil-leġislazzjoni, programmi u policies tal-Unjoni Ewropea ikun hemm:
  • rispett għall-ħajja tal-bniedem mit-tnissil sal-mewt naturali;
  • appoġġ għall-familja mibnija fuq iż-żwieġ – kif mifhum bejn raġel wieħed u mara waħda.
  • ħarsien tad-drittijiet soċjali tal-ħaddiema;
  • appoġġ għal miżuri ekonomiċi msejsa fuq valuri etiċi;
  • solidarjetà ma’ dawk l-iżjed dgħajfin u fqar fis-soċjetajiet tagħna (partikolarment persuni b’diżabilità, nies li jkunu qed ifittxu l-asil, migranti);
  • aktar sensibilità favur l-ambjent.

Inħeġġu lill-Insara kollha biex jitolbu ħalli l-Mulej igħina fil-qadi ta’ dan id-dmir, bl-interċessjoni ta’ Ommna Marija

Pawlu Cremona, O.P.
Arċisqof ta’ Malta

Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

Annetto Depasquale
Isqof Awżiljarju

---

Times: Bishop's advice for EP elections

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20090529/local/bishops-advice-for-ep-elections
Friday, 29th May 2009 - 13:27CET

The bishops have called on the Maltese and Gozitans to use their vote to elect representatives in the European Parliament responsibly opting for candidates who could actively contribute for legislation, programmes and policies which respected life from conception to death.

In a statement, they said voters should choose candidates who supported families based on marriage between men and women, safeguarded workers' social rights, promoted economic measures based on ethical values, were in solidarity with the weak and poor, and were sensitive towards the environment.

[Click on the hyperlink above to view the comments on the Times' website.]


---

Times: Bishops call for responsible voting

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20090530/local/bishops-call-for-responsible-voting
Saturday, 30th May 2009


The Bishops of Malta and Gozo are urging people to use their vote responsibly to elect MEPs who could actively contribute to policies that respected life from "conception to a natural death".

Archbishop Paul Cremona, Gozo Bishop Mario Grech and Auxiliary Bishop Annetto Depasquale issued a statement saying those elected could actively contribute to ensure the EU's legislation and policies took the right direction. Voters should choose MEPs who supported a family built on marriage between a man and woman, protected workers' social rights and sought economic measures built on ethical values.

It was also important to show solidarity with the weak and poor, especially disabled asylum-seekers and immigrants, and have a greater sensibility towards the environment.

[Click on the hyperlink above to view the comments on the Times' website.]

1 comment:

  1. Dawn il-pulcinelli nsew isemmu r-rispett lejn l-omosesswali! Paroli biss. Meta u fejn jaqblilhom. Fatti xejn. Mhux ta' b'xejn l-insara Maltin qed jitilqghu l-Knisja Kattolika.

    Joseph Carmel Chetcuti

    ReplyDelete