Friday, 6 February 2009

L-Orizzont: Il-Knisja u l-persuni omosesswali

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=50856
6.2.9; minn Charles Buttigieg, Uffiċjal Relazzjonijiet Pubbliċi, Kurja tal-Arċisqof


Sur Editur,

Nirreferu għall-kumment sarkastiku ta’ Robert Martyn Gatt bl-isem “Fil-Miftuħ?” fil-ħarġa ta’ l-orizzont, 4 ta’ Frar, 2009, dwar il-Knisja u l-persuni omosesswali.

Il-fatti proprji huma dawn: Monsinjur Arċisqof Pawl Cremona OP qal żewġ affarijiet b’mod ċar. L-ewwel li l-Knisja timpjega persuni omosesswali fil-fatt lanqas biss tistaqsi fuq hekk. It-tieni, il-Knisja ma timpjegax persuni eterosesswali u omosesswali li pubblikament qegħdin jgħixu kontra t-tagħlim tal-Evanġelu. Għalhekk mhix tiddiskrimina lanqas fuq bażi tal-orjentament sesswali.

Kull min hu ta’ rieda tajba jifhem li l-Knisja bħal kull istituzzjoni serja trid tagħmel ħilitha biex tkun konformi mal-messaġġ tal-Evanġelu li xxandar.

No comments:

Post a Comment