Monday, 9 February 2009

Il-Ġens: Il-Medja

[Dan l-artiklu mhux fuq il-website s'issa]
7.2.9

Id-diskors tal-Papa lill-Kurja Rumana ghall-Milied, qala’ putiferju fil-gazzetti Inglizi. Ghaqqdu kliem mislut mid-diskors, ma l-izbal [fl-opinjoni tieghi] tal-Vatikan meta oppona mozzjoni fil-Gnus Maghquda kontra l-persekuzzjoni ta’ l-omosesswali. Imputaw li l-Papa keskes li, l-gharfien tad-drittijiet ta’ l-omosesswali, jeqirdu lill-familja u lid-dinja. Ma tantx tajt kaz. Hbieb agnostici wkoll xammewha b’montatura kontra l-Papa. Domt ftit ma sibt id-diskors.

Sadanittant, serraht mohhi li l-Papa, hassieb fil-fond, zgur ma setax qal dal-hmerijiet. Wara kollox, kulhadd holqien ta’ Alla. Hadd, hlief min ghadu jemmen li x-xemx iddur mad-dinja, ma jemmen li l-omosesswalita hi ghazla. Il-provi xjentifici juru li m’hiex, li dad-don jissawwab fl-individwu/a ga mit-twelid, jekk mhux ukoll qabel.

Ma habbiltx rasi sa ma sibt id-diskors, li l-Papa seta’ qal xi haga bhal din. Wara kollox, jekk AllaHu Mhabba u l-Knisja r-rapprezentanta Tieghu fid-dinja, ma jista’ jkun qatt li l-Knisja tonqos tant mill-imhabba, mill-haqq, lejn holqien ta’ Alla. Hekka tieqaf tkun xhieda Tieghu. Qiesu l-Knisja tohodha kontra s-suwed ghax suwed. Halaqhom Alla, ma Tahomx ghazla. Il-bojod mhux inqas mis-suwed ghax jinharqu fix-xemx.

Il-bojod u s-suwed indaqs f’ghajnejn Alla u fil-fatt. Ghandhom hiliet differenti li Alla Sawwab fin-natura taghhom. Il-mara ma hiex inqas mir-ragel u l-anqas il-kontra. Huma indaqs, izda ghandhom hiliet differenti. Bsart li l-medja faccola u superficjali setghet thawdet mill-fatt li l-Kurja Rumana kienet wahhdet l-omosesswalita mal-pedofilija.

Minhabba l-problema serju tal-pedofilija fil-Knisja, direttiva ordnat li l-omosesswali, prattikanti jew le, ma setghux jiehdu l-Ordni Sagri. Il-pedofilija, il-abbuz tat-tfal, m’ghandux x’jaqsam ma’ l-omosesswalita. Bhal dak li qallu, ma hemmx l-istess dilemma fost l-etersesswali. Ghax hemm problema fost xi kleru li jiksru l-voti tac-celibat man-nisa, tinhareg direttiva li ebda eterosesswali ma jista’ jiehu l-Ordni Sagri.

Hekk jispicca li ebda holqien ta’ Alla ma jiehu l-Ordni Sagri. Tassew li hadd ma hu denn ta’ dil-missjoni hekk kbira. Tassew li hadd ma jiflah ghaliha minnu nnifsu. Izda Alla Setghani u Jghin lil min Jaghzel biex jaqdiH. Jghinu u Jaghnih bil-mehtieg biex jaqdi dmiru f’dil-missjoni hekk kbira. Il-marda tal-pedofilija haga ohra. Taf twassal ghal abbuz li s-socjeta ma tista’ qatt taccetta.

Fl-ahhar irnexxieli naqra kliem il-Papa verbatim. Il-Papa wissa li l-bniedem, xi kultant, ikun irrid jghaffeg wahdu u jaghzel hu bla ebda tnebbih minn barra. Il-Papa sahaq li l-Knisja ghandha dmir thares lill-bniedem milli jfarrak lilu nnifsu, li jinhtieg ekologija tal-bniedem u li l-Knisja ghandha dmir turi u timbotta lejn il-moghdijiet it-tajba. Irrefera ghal l-Enciklika “Humanae vitae” tal-Papa Paolo VI li ddifendiet l-imhabba kontra s-sesswalita tal-konsum.

Fil-fatt, l-ispekulaturi rikbu xi ftit id-dinja omosesswali: imbuttawha lejn il-moghdijiet tal-konsum sesswali, biex ibieghula l-prodotti taghhom. L-istess kif hawn min irawwem is-sokor jew il-hnizrija fl-ikel ghal ghanijiet ta’ begh. Mhux talli mhux hazin, talli maghdud b’tajjeb u xieraq, b’mehtieg, li tixrob u tiekol bil-qis. Izda s-sokor u l-hnizrija m’humiex. Il-Papa wissa kontra l-konsumerizmu sesswali.

L-istess kif htiegu fuq l-1,500 sena biex id-dinja tithalla ddur max-xemx, jinhtieg iz-zmien biex jikber l-gharfien dwar l-omosesswalita. Izda sadanittant, flok qed tinghata l-ghajnuna biex tisseddaq l-imhabba flok il-konsumerizmu sesswali, dawn qed jitbarru u jintefghu f’dirghajn l-ispekulaturi tal-kunsumizmu sesswali. Qed ihossuhom imzebilha, mibghuda, mahqura. Zgur li Alla ma riedx hekk.

No comments:

Post a Comment