Monday, 23 February 2009

Il-Ġens: L-omosesswali preferuti fil-GB

http://www.mediacentre.org.mt/gens01.html
21.2.9

Sur Editur,

Fil-ġurnal Ingliż Daily Mirror fl-aħħar ġimgħa ta' Jannar kien hemm għadd ta' paġni li jirrakkontaw kif omm mhux mizzewġa maħkuma mill-vizzju tad-drogi, tilfet il-kustodja taż-żewġ uliedha, u kif missierha u ommha, jiġifieri n-nanniet tat-tfal, wara sentejn jitħabtu fil-Qorti ma rnexxilhomx jieħdu n-neputijiet huma biex irabbuhom, imma s-social workers iddeċidew u pproponew u l-Qrati qablu, li ż-żewġt itfal innoċenti jiġu miftuma mill-familja tagħhom u jitrabbew minn koppja omosesswali! Dan seħħ fil-Gran Brittanja tal-Laburist Gordon Brown wara tibdil fl-liġijiet li seħħ fi żmien il-Laburist Blair. Tassew ma jagħmlux għajb lis-Soċjalista Zapatero fi Spanja.

Marsalforn
MINIEX PROGRESSIV

1 comment:

  1. Jien bghatt din l-ittra lil-Gens it-23 ta Frar bhala risposta ghall-ittra ta' hawn fuq. Ma nafx jekk gietx ippublikata ghax ma xtrajtx il-gazzetta.

    Sur/Sinjura Editur/rici,

    Fil-Gens deheret ittra dwar i-kaz ta adozzjoni min koppja gay gewwa l-Iskozja. Is-Sur "Miniex Progressiv" ma semmiex kif in-nanniet ta' dawn it-tfal kienu tiga accettaw li t-tfal jigu addottati. Il-problema taghhom kienet l-omofobija taghhom, ibbazata fuq pregudizzji inerenti taghhom. M'ghandiex dubju li il-qorti, kif ukoll l-awtoritajiet ta l-adozzjoni gew ghad-decizjoni taghhom fl-ahjar interess tat-tfal wara li ikkonsidraw kull aspett. Rapprezentant tal-Knisja Kattolika (l-istess knisja li kienet involuta f'abbuzi kontinwi tat-tfal) Peter Kearney ukoll ikkritika id-decizjoni tal-qorti u semma d'dan il-kuntest li hemm studji li juru li relazzjonijiet gay huma inqas stabbli. Li ma semmiex huma l-istudji li juru bic-car li it-tfal, imrobbijin min koppji gay jew eterosesswali, ma tghamlilhom l-ebda differenza fl-izvilupp ta' personalita shiha u soda. Fost dawn l-istudji hemm dawk ta Ellen C Perrin tat-Tufts University School of Medicine gewwa Boston. Dawn juru li tfal ta koppji omosesswali jitilghu tajjeb daqs dawk gewwa koppja eterosesswali, f'certu kazi ghandhom anki vantagg fuq dawk gewwa strutturi familjari ohrajn (http://www.webmd.com).

    Aldo Gatt

    ReplyDelete