http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=50781
4.2.9 minn Robert Martyn Gatt
Suppost il-Knisja ma timpjegax 'gays' f'relaz-zjoni. Hekk għandi l-impressjoni għax mnejn safejn il-gays jidħlu f'relazzjoni imbagħad jippretendu impjieg mal-knisja. Kif konna ngħidu bil-Malti, ma jistax ikun "you have the cake and eat it too".
Iżda l-Arċisqof Mons Pawl Cremona wera kemm il-Knisja f'Malta hija ħanina. Talanqas ġie kkwotat li qal "il-Knisja ma tiddiskriminax ma' l-omosesswali meta tiġi biex timpjega sakemm ma jkunux f'relazzjoni ma' persuna oħra omosesswali fil-miftuħ".
Smajtha ddoqq ras. Fil-miftuħ. Mhux x'int u x'tagħmel jgħodd, imma dak li jidher li int u dak li jidher li qed tagħmel. Għalhekk jekk trid taqleb id-dinja talanqas aqlibha fejn ma jarakx Mons Cremona. Għax għandek tgħid, veru kien għaref il-Malti. Għax kien hu li ħareġ bl-idjoma: "Agħmel bħal qtates, kakki u għattih".
No comments:
Post a Comment