Thursday 25th March 2010
L-għaqda studenteska MOVE – Progressive Students tellgħet dibattitu ġewwa l-Universita’ bl-isem ta' MOVE opens the Closet li għaliha attendew numru sabiħ ta’ studenti universitarji. It-temi prinċipali kienu d-drittijiet tal-persuni omosesswali kif ukoll id-diskriminazzjoni li dawn isofru. Mistiedna għad-dibattitu li tmexxa minn Alistair Bugeja kienu il-kelliema Joe Azzopardi (Peppi), Cyrus Engerer mill-MGRM, Anthony Camilleri minn LGBT Labour, u Mary Ann Borg Cunen (psikologa u lecturer ġewwa l-Universita’).
Maryanne Borg Cunen wasslet il-punti tagħha mill-isfond psikoloġiku. Hi sostniet li persuna ma tagħżilx hi jekk tkunx omosesswali jew le u sostniet ukoll li l-orjentazzjoni sesswali tal-persuna tista’ tvarja maż-żmien. Dwar dak li jirrigwarda l-addozzjoni tat-tfal, sostniet li r-riċerki jippruvaw illi dawn it-tfal ma jiġux affettwati b’mod negattiv mill-fatt li jitrabbew f’familja mhux tradizzjonali. Dak li jistgħu jbatu minnu, huma problemi soċjali bħal bullying li huwa r-riżultat ta’ nuqqas ta’ aċċettazzjoni fost it-tfal.
Anthony Camilleri mill-LGBT Labour saħaq kif din il-fergħa tal-Partit Laburista hija l-leħen dirett għall-komunita LGBT fi ħdan il-Partit. Din il-fergħa qed tfittex li, mill-Partit Laburista, tgħin lil din il-komunita’ sabiex ma tibqax diskriminata u jkollha l-istess dmirijiet u drittijiet bħal kull ċittadin ieħor.
Cyrus Engerer mill-MGRM stqarr kif l-istat Malti għadu ma jirrikonixxix koppji gays bejn mara u mara u raġel u raġel u għaldaqstant hemm bżonn ta’ lobbying mal-partiti politici. Min-naħa tal-PN sal-lum il-ġurnata ma kien hemm l-ebda ċaqliq dwar żwieġ bejn koppji omosesswali u lanqas drittijiet oħra iżda sar moviment zgħir ħafna f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġlieda kontra d-disrkiminazzjoni minkejja l-wegħda elettorali rikorrenti mill-1998 sal-2008 dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza tal-omossesswali. Dan kellu jseħħ fi ħdan l-MCPE iżda din il-wegħda għadha ma seħħitx. Bħala MGRM jikkundannaw ukoll lil Simon Busuttil li ivvota kontra ir-rikonoxximent ta’ żwieġ bejn omosesswali f’pajjiż partikolari minkejja l-fatt li dan ikun diġa ġie rikonoxxut f’pajjiz ieħor. Cyrus ikkumenta wkoll fuq kif il-knisja għandha tkun biss lobby grupp. Iżda sfortunatament il-knisja stess kienet hi li ġabet din id- diskriminazzjoni kontra l-omosesswali anki fid-dawl tal-kummenti tal-Isqof t’Ghawdex.
Joe (Peppi) Azzopardi saħaq li huwa diskriminatorju u offensiv li żżomm kwalunkwe dritt milli jasal għand il-komunita’ LGBT. Hu akkuża l-Knisja, kif ukoll lill-gvern u lill-partiti politiċi li ma jieħdu l-ebda azzjoni biex jipproteġu u jissalvagwardjaw lill-persuni omosesswali.
MOVE temmen li fis-sena 2010 id-drittijiet tal-persuni LGBT għadhom lura ħafna. Għalhekk min-naħa tagħna nħeggu lill-Gvern sabiex flimkien mal-oppożizzjoni, immedjatament, jilleġislaw favur id-drittijiet umani ta' dawn il-persuni sabiex verament ikunu rispettati u trattati b’mod ugwali.
Ta' min wieħed isemmi li skont stħarriġ li l-għaqda MOVE ikkummissjonat matul freshers' week wera li l-maġġoranza tal-istudenti unversitarji jaqblu mad-dritt ta’ koabitazzjoni (rikonoxxuta mill-istat) bejn il-persuni tal-istess sess. Għalhekk huwa importanti wkoll li fuq livell universitarju ssir ħidma kontinwa mill-KSU u l-għaqdiet l-oħra tal-istudenti, sabiex inwassslu messaġġ ta' ugwaljanza u aċċettazzjoni bejn l-individwi kollha hi x'inhi l-orjentazzjoni sesswali tagħhom.

No comments:
Post a Comment