Monday, 15 March 2010

L-Orizzont: Ktieb ġdid dwar l-omosesswalità fil-gżejjer Maltin: Miktub biex issir diskussjoni...

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=61163
14.3.10

Fi ktieb li se jitnieda nhar is-Sibt li ġej, intitolat “Queer Mediterranean Memories”, l-awtur Joseph Carmel Chetcuti jispekula fuq l-orjentazzjoni ta’ San Ġorġ Preca, fatt li mistenni joħloq kontroversja sħiħa f’pajjiżna. Fih anke hemm intervista ma’ membru tal-Malta Gay Rights Movement, fejn jitkellem fuq laqgħa mal-Arċisqof Emeritus Gużeppi Mercieca fejn dan kien qabbel l-omosesswalità mal-bestjalità.

Fl-intervista, dan il-membru tal-Gay Rights Movement jirreferi għal-laqgħa u jgħid li “speċi kellu x’jgħidilna. Beda jqabbel l-omosesswalità mal-ġibda lejn l-annimali, mal-bestjalità u imbagħad beda jgħid li speċi bħal ma anke l-ġibda lejn il-kriminalità. Ma jagħżilhiex hu l-bniedem. Tkun fih. Anke l-ġibda lejn l-annimali.


“Qalilna imma li trid traż­żanha għax hi xi ħaġa li mhix naturali. Hekk ukoll l-omosesswalità u mbagħad beda jgħidilna frażijiet bħal per eżempju, li l-vit jidħol fl-iskorfina u ż-żarbun jintlibes fis-saqajn u mhux fir-ras. Konna nafu li mhux se nbiddlu l-attitudni tal-Knisja iżda ssuġġerejna li fi ħdan il-knisja jkun hemm grupp ta’ nies li huma ‘gay’ u jipprattikaw biex Miktub biex issir diskussjoni…

naraw li jibqgħu jħossuhom par­ti mill-Knisja ukoll. Hu beda jaq­beż fuq suġġetti oħrajn. Ma riedx jisma’. Kull ma rajna hu li ma kienx interessat jiddiskuti s-suġġett.”

Il-ktieb “Queer of Mediter­ranean Memories” hu tal-ewwel xorta tiegħu f’Malta, għax għall-ewwel darba qiegħed jikteb l-istorja – sa fejn jista’, tal-omo­sesswalità f’Malta. Fil-ktieb jin­għata rendikont dettaljat ta’ per­suni minn kull qasam tas-soċjetà Maltija li kienu omosesswali jew ta’ tendenzi omosesswali.

l-orizzont il-bieraħ tkellmet fit-tul mal-awtur, l-Avukat Jo­seph Carmel Chetcuti, residenti f’North Carlton f’Victoria fl-Aw­stralja. Bla dubju ta’ xejn li dan il-ktieb se joħloq għadd ta’ kon­troversji. Dan għax l-awtur iżew­waq l-istorja tal-omo­sess­walità f’Malta sa minn żminijiet imbegħdin u anke jispekula fuq l-orjentazzjoni sesswali ta’ per­sonaġġi magħrufin fosthom San Ġorġ Preca – l-ewwel qaddis Mal­ti. Ma jonqosx li juri ukoll kif f’pajjiżna għad għandna ċer­ti forzi konservattivi, li jridu li dan is-suġġett jibqa’ lura fid-dis­kussjoni pubblika. Fir-riċerka tiegħu f’Malta, l-Avukat Chet­cuti kien impressjonat bil-mod kif persuni omosesswali dde­ċi­dew li jiftħu qalbhom miegħu u jgħidu l-istorja tagħhom. Mhux hekk biss, imma ħafna minnhom taw għadd kbir ta’ ritratti biex anke jkun jista’ jużahom għal din ir-riċerka.

Jibqa’ mbagħad dawk li min­kejja kollox qegħdin juru nuqqas ta’ qbil u oppożizzjoni għal dan il-ktieb. Minkejja li Dr Chetcuti ikkuntattja lil kull min seta’ għax kien se jissemma’ fil-ktieb, kien hemm min qallu li “dak kien fl-imgħoddi. Mhux aħjar in­ħalluha”. Fi kliem l-awtur stess, “naf li se jkun hawn min ma jaqbilx mal-ktieb għax irid li d-diskussjoni fuq l-omosesswalità f’Malta tibqa’ inviżibbli. Se jkun hemm anke persuni omosesswali li se jitkellmu kontra għax se jħos­su li l-attenzjoni tas-soċjetà se ddur fuqhom minħabba l-ktieb. Dawn għadhom ma fehmux li aktar mal-omosesswalità u d-dis­kussjoni fuqhom tibqa’ inviżibbli, aktar se tkun diffiċli li dawn jak­kwistaw l-ugwaljanza”. Hu għa­milha ċara li “ma ridt li inweġġa’ lil ħadd. Anzi tajt l-opportunità biex dawk li kienu se jissemmew jagħtu l-veduti tagħhom u jien ip­pubblikajthom. Ridt li nkun bilan­ċjat. Biss ma nistax nitkellem fuq l-omosesswalità f’Malta mingħajr ma nispekula u mingħajr ma nsem­mi nies. Ridt biss li tinħoloq diskussjoni f’Malta. Nittama li fi­nalment l-omosesswali f’Malta jkol­lhom l-istess drittijiet li għand­hom sħabhom f’ċerti pajjiżi Ewro­pej. Jispjega li kuntent ħafna li fl-aħħar snin kien hemm bidla si­ni­fikanti f’Malta, dik li l-Kap tal-Par­tit Laburista, Joseph Muscat, qal li fil-Partit Laburista m’hemmx post għal min irid joħloq diskri­minaz­zjoni fosthom fuq l-orjentazzjoni sesswali.



San Gorg Preca kellu tendenzi omosesswali

Meta wieħed jaqra l-ktieb, jista’ jħossu xxokkjat b’ċertu ma­terjal li jsib fih. Fost dawn hemm dik li l-ewwel qaddis Malti, San Ġorġ Preca, kien ta’ tendenzi omo­sesswali. l-orizzont staqsa lil Dr Chetcuti dwar dan, u għaliex ħass li kellu jinkludih fil-ktieb.

“Minn hawn se mmur fi Blata l-Bajda biex niġbed ritratt lil San Ġorġ Preca. Biss irrid nagħmilha ċara, għax din hemm min qabad magħha, li fil-ktieb qed nispekula li San Ġorġ Preċa kellu tendenzi omosesswali u mhux li kien omo­sesswali prattikanti. Din hi dif­fe­renza fundamentali, li kulħadd irid iżommha f’moħħu.”

Joseph Chetcuti fil-ktieb tie­għu jgħid li “ħafna jiftakru kif San Ġorġ Preca kien jinżel għall-irkobbtejh u jbus is-saqajn tal-is­tranġieri, att ta’ umiltà biex juri li hu kien is-serv tagħhom. Preca kien anke jbus is-saqajn tas-su­bien żgħar. Iż-żiju tiegħi Ġuże Chet­cuti, kellu xi ħames jew sitt snin, meta Preca kien waqaf qud­diemu u bieslu saqajh. Preca kien anke jgħannaq lil dawk li jbu­silhom saqajhom.”

“Jien qatt ma ltqajt ma’ San Ġorġ Preca. Rajtu darba biss meta kelli xi għaxar snin. Kont miexi ma’ missieri l-Ħamrun u kien qal­li ‘dak Dun Ġorġ Preca’ – li kien bil-qiegħda quddiem daru. Kien fis-sena 2007, eżattament fil-5 ta’ Marzu meta fuq programm tar-radju SBS fl-Awstralja jien smajt il-vuċi ta’ Dun Ġorġ. Fil-prog­ramm ixxandret parti minn ome­lija ta’ Dun Ġorġ. Il-vuċi tiegħu skantati. Imteddejt lura fuq is-su­fan lanqas irrid nemmen lili nnif­si. Il-vuċi kienet waħda ta’ mħab­ba. Kien vuċi li taċċetta u tir­ris­petta. Jien mill-ewwel għaraftu bħa­la wieħed minna. Fil-5 ta’ Ġun­ju fuq ir-radju SBS reġgħu xan­dru priedka minn ta’ Dun Ġorġ u hawn erġajt ikkonfermajt is-suspetti li kelli. Fis-17 ta’ Lulju ta’ dik l-istess sena kienet saret taħdita f’Parkville, u dakinhar ix­xandru partijiet oħrajn minn omeliji u priedki ta’ Dun Ġorġ. Wara t-taħdita jien bdejt nistaqsi lil xi nies, x’jidhrilhom mill-vuċi ta’ Dun Ġorġ. Kollha mingħajr eċ­ċezzjoni, qaluli li ħasbu li l-vuċi kienet ta’ mara anzjana. Wieħed kellu sorpriża għalija fil-kumment tiegħu. Tkellem fuq meta kien jgħix f’Malta u li kien jiftakar kif Dun Ġorġ kien imiss ħafna xagħ­ru.” Joseph Chetcuti jgħid kien hemm min qal li Dun Ġorġ kien jimxi u jmexxi idejh bħan-nisa.

Chetcuti jirrakkonta ukoll kif “Preca għall-bidu kien aċċetta rġiel miżżewġin fis-soċjetà imma wara l-1909, hu ddeċieda li ma jaċ­ċettax aktar irġiel miżżewġin. Kien qal li “ma rridx aktar miż­żewġin u romol. Irrid ġuvintur biss”. Chetcuti jgħid li f’okkażjoni oħra qal li jrid ġuvintur biss, “mil-lum ’il quddiem irrid ġuvin­tur biss, ma rridx kankallerija”.

Fil-ktieb, Chetcuti jikkwota par­tijiet oħrajn minn diskors ta’ Preca li tgħid li “għandhom ikunu jafu s-soċji: li dawk li beżgħu min-nisa, imxew feliċi fid-doveri tagħhom, u dawk li ma ndukrawx ruħhom minnhom, allavolja kie­nu kolonni tal-virtù, irrovinaw ruħhom. Għalhekk, il-kumpanija tipprojbixxi kull familjarità, mhux biss man-nisa ta’ kwalunkwè kun­dizzjoni u ta’ kwalunkwè età li huma barranin, iżda anke li huma ġewwinin, skont il-laħam u d-demm tal-parentela.”

Il-ktieb “Queer of Mediter­ranean Memories”, isemmi l-ittri ta’ Dun Ġorġ lill-ġuvintur u jgħid li lil dawn kienu jindirizzahom bħala “Għażiż Salvu”, “Għażiż Debattista” u “Għażiż ibni fi Kris­tu”, waqt li lin-nisa kienu jirreferi għalihom b’isimhom biss u qatt ma jikteb “Għażiża”. Chetcuti jsem­mi wkoll ċirkostanza fejn Pat­ri Alessandro Bonniċi, li kiteb l-istorja ta’ Dun Ġorġ, kien ġie mhedded bil-mewt biex ċerti af­fa­rijiet ma jinkitbux. Chetcuti jgħid “li qassis Franġiskan li tant kien jammira lil Dun Ġorġ, li ħass li kellu jiddikjara li ġie mhedded, hi disturbanti. Chetcuti jgħid li Bon­niċi anke saritlu pressjoni biex ma jiktibx il-verità kollha. Il-ktieb ‘Queer Mediterranean Memories’, jistaqsi x’kien hemm x’jinħeba?”



Drittijiet michudin ghall-'gays' f'Malta

Fil-kummenti tiegħu lil l-oriz­zont, Joseph Chetcuti jgħid ċar u tond li “s-soċjetà Maltija nbidlet ħafna minn mindu ġejt għall-ew­wel darba mill-Awstralja fl-1994. Meta fl-1994 ħadt sehem fuq prog­ramm lokali indunajt kemm is-soċjetà kienet għadha magħluqa. Ma kienx hawn edukazzjoni pub­blika serja. Ftit li xejn kien hawn persuni ‘gay’ jitkellmu fuq iċ-ċir­kostanzi tagħhom, waqt li dawk li kienu jikkritikaw lill-omoses­swali kienu qegħdin juru kemm mhumiex informati fuq is-suġ­ġett. Illum il-ġurnata l-affarijiet in­bidlu ħafna. Ħafna persuni ‘gay’ bil-mod il-mod ħerġin mill-katakombi li kienu mistoħbijin fih. Qegħdin jiskopru lilhom in­fushom. Qegħdin jagħmlu t-tal­biet tagħhom għad-drittijiet u qegħ­din jistennew li jittieħdu bis-serjetà. Qegħdin ikunu kburin bis-sesswalità tagħhom. Qegħdin jitolbu dinjità. Qegħdin jieqfu lil min qed jibbuljahom, fosthom lil dawk li jgħidu li huma ‘n-nies ta’ Alla’ li jiċħdu l-ġenna lill-‘gays’ imma mbagħad jgħattu d-dnubiet ta’ qassisin b’akkużi ta’ pedo­feli­ja.”



Il-bars tal-'gays'... u personaggi 'gay'

Joseph Carmel Chetcuti jagħti rendikont dettaljat ħafna tal-ħwie­net tax-xorb li kienu jiffrekwentaw persuni omosesswali f’Malta. Isem­mi fost oħrajn lil “The Cha­meleon Club” f’Baħar iċ-Ċagħaq, “The Nix” fil-Balluta, “Diddies” f’Buġibba, “Coronation Bar”, “Tom Bar”, “Dreadnaught” u “Seafarer’s Club” fil-Floriana. Jis­semmew bars anke fl-irħula fost­hom “Chicago Bar” fil-Għargħur, “Winter Gardens” fil-Gżira, “Fea­thers” fi Gwardamangia, “The Saints” fl-Imrieħel, “Lucano Bar” fil-Kalkara, “The Grotto Lounge Bar” fil-Kappara, “Lord Nelson” fil-Mosta, u “City of London” u “Falcon Bar” f’San Ġiljan. F’Tas-Sliema kien hemm “Terrick’s Bar”, f’San Pawl il-Baħar kien hemm “Pips Bar” u fil-Belt Val­let­ta kien hemm “The Lantern”. Fix-Xemxija kien hemm l-istabbiliment “Natasha”, fiż-Żurrieq il-bar “Six Pence”, f’Ħaż-Żebbuġ “S Club” u f’Għawdex kien hemm “Tritons” f’Marsalforn u “Sesame” f’San Law­renz.

F’kapitli oħra l-ktieb isemmi es­perjenzi ta’ persuni ‘gay’ u anke jispekula fuq l-orjentazzjoni sess­wali ta’ xi wħud. Jissemmew Ro­bert Baden Powell, Dr James Bar­ry, Lord George Gordon Noel By­ron, il-Caravaggio, Nigel Dennis, Benjamin Disraeli, Lord Mount­bat­ten, Charles Arrigo, Patrick At­tard, Agatha Barbara, Marco Brown, Vivian de Gray, il-Baruni Giuseppe de Piro, John Baptist Francia, Mary il-Boy ta’ Tas-Slie­ma, Aldo Gatt Aka Gattaldo, Pa­tist u sħabu tar-Rabat Malta, Rosie ta’ Santa Venera, Mabel Strickland u Alfio Testaferrata Boniċi Għaxaq fost oħrajn.



Il-ktieb jitnieda nhar is-Sibt

Il-ktieb “Queer Mediterran­ean Memories” se jitnieda nhar is-Sibt li ġej, 20 ta’ Marzu fil-Gallerija Li­bertà fil-Workers Memorial Buil­ding fi Triq in-Nofsinhar il-Belt Val­letta. Il-ktieb se jitnieda miċ-Ċerpersin tal-Alternattiva Demok­ratika, Michael Briguglio. S’issa għadu mhux magħruf jekk il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, hux se jattendi għal din l-attività.


Zrajt zerriegha... nixtieq min ikompli fuqha

Fil-kummenti tiegħu lil l-oriz­zont, Joseph Chetcuti jitkellem dwar ix-xewqat tiegħu għall-fu­tur. “Li nixtieq hu li xi ħadd ikom­pli fuq dak li bdejt jien. Jien żrajt iż-żerriegħa u nixtieq li oħrajn ikom­plu jiktbu. Illum hawn ħafna persuni ‘gay’ li kapaċi jiktbu aktar materjal, biex id-diskussjoni tkom­pli. Nixtieq ukoll li l-partiti politiċi kollha Maltin, jaħdmu biex il-per­suni ‘gay’ f’Malta jkollhom id-drit­tijiet bażiċi li għandhom sħab­hom f’pajjiżi Ewropej.”

No comments:

Post a Comment