Thursday, 25 March 2010

L-Orizzont: Se jiddiskuti d-drittijiet tal-gays lokali [Move Opens the Closet]

24.3.10

“MOVE Opens the Closet” se tkun it-tema ta’ dibattitu li l-għaqda studenteska MOVE – Progressive Students se torganiz za llum, l-Erbgħa, f’nofsinhar fil-Quadrangle ta’ fuq il-campus tal-Università ta’ Malta. Kif tixhed it-tema tad-diskussjoni, id-dibattitu se jittratta s-suġġett tal-omosesswalità u d-dritti jiet tal-gays fil-gżejjer Maltin.

“L-għan ta’ dan id-dibatti tu huwa li nagħtu ċans lill-istu den ti universitarji jesprimu l-opinjoni tagħhom. L-għaqda MOVE tixtieq twassal messaġġ li l-istudenti ma jitkellmux biss dwar il-parkeġġ fl-Università, il-‘condoms’ jew l-istipendju, iżda huma żgħażagħ intelliġenti u b’ideat konkreti,” qal kelliem għall-organizzaturi.

Huwa spjega li għal dan id-dibattitu se jkunu qegħdin jattendu studenti kif ukoll persuni mill-qasam tax-xandir, fosthom il-preżentatur tal-programm televiżiv “Xarabank”, Peppi Az zopardi.

Dan se jkun it-tieni dibattitu ta’ din ix-xorta din is-sena minn MOVE. Ta’ min isemmi li l-ewwel dibattitu kellu bħala tema “Sex for L(a)unch” u kien qanqal interess kbir fost l-istudenti. (ara wkoll paġna 13)

Ħarsa lura lejn l-istorja

Mixja mhux tas-soltu se tkun qiegħda tiġi organizzata fl-10:30 ta' fil-għodu tas-Sibt li ġej, 27 ta’ Marzu, fejn mistennija tingħata ħarsa mill-qrib lejn dawk il-lokalitajiet li ħallew it-timbru tagħhom jew b’xi mod jew ieħor għandhom ċertu sinifikat għall-istorja u l-imgħoddi tal-komunità ta’ persuni gay u lesbjani fil-gżejjer Maltin.

Il-mixja se tibda mill-Valletta Waterfront u tkompli fil-Belt u l-Floriana. Matulha, l-awtur tal-ktieb li għadu kemm ħareġ fis-suq lokali “Queer Mediterranean Memories”, l-Avukat Joseph Carmel Chetcuti se jkun qiegħed jagħti tagħrif storiku riċerkat minnu stess dwar dawk il-postijiet li għandhom post ċentrali fl-imgħoddi tal-persuni gay f’Malta.

Il-parteċipazzjoni f’din il-mix ja informattiva se tkun b’do nazzjoni ta’ €5 li se tmur b’risq il-Malta Gay Rights Move ment. Għal aktar dettalji wieħed jista’ jibgħat imejl fuq mgrm@maltagayrights.org jew iċempel fuq 2143 0009.

No comments:

Post a Comment