http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=9215
28.2.10 minn Giordano Bruno
STAT lajk fi ħdan pajjiż bi tradizzjoni nisranija mhux neċessarjament li jħaddan etika li tkun konformi f’kollox mal-etika nisranija. Li jispira ruħu minn prinċipji morali insara, ma jfissirx li l-morali kattolika essenzjalment tkun il-morali tal-Istat.
Biex nieħdu eżempju, sal-1975, il-liġi taż-żwieġ applikata mill-Istat Malti kienet l-istess liġi kif espressa fil-Kodiċi tad-Dritt Kanoniku tal-1917, liema Kodiċi kien ippromulgat u sar effettiv fl-1918. Il-liġi taż-żwieġ tal-1975 tat lok għaċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ ċivili, filwaqt li l-liġi taż-żwieġ kif amendata fl-1995 mill-ġdid tat ħafna poteri lill-Istituzzjonijiet Ġuridiċi tal-Knisja.
L-amendi tal-1995 aktar milli kienu jirriflettu l-mentalità kulturali u politika ta’ dak iż-żmien, kienu fis-sustanza tagħhom favuri inkella atteġ-ġjamenti preferenzjali mogħtija mill-Istat Malti lill-Knisja Kattolika f’pajjiżna. Aktar milli brake kien ritorn lura li bl-ebda mod ma kien jirrifletti l-mentalità kulturali u politika taż-żmien.
U allura jkun aktar ġust u inqas xokkanti jekk il-bidla fil-ħsieb kulturali u politiku nikkonsidrawha li seħħet fuq medda ta’ ħamsa u tletin sena. Allura l-punt tat-tluq tagħna hu l-1975. Jekk l-analiżi tiġi restritta fuq ħmistax-il sena (bil-punt tat-tluq ikun l-1995) allura bilfors li tixxokkja ruħek, mentri jekk l-analiżi ssir fuq ħamsa u tletin sena allura l-bidla tidher aktar bħala waħda gradwali u f’pari passu maż-żminijiet.
Illum mhux biss l-Istat imma anke l-istess Knisja jinsabu f’salib it-toroq f’dak li jirrigwardja issues etiċi. Ir-riformi fi ħdan il-Knisja qiegħdin jintalbu mhux biss f’materji etiċi, imma saħansitra fl-istess strutturi li jiffurmaw il-Knisja. Hekk li l-kelmiet tal-Isqof Irlandiż Willie Walsh dwew mhux ftit meta sejjaħ għar-riforma mill-qiegħ (root-and branch reform). Hu kellu l-kuraġġ li jistqarr: “If some structures which we have put up over the years and over the centuries have to be taken down then so be it.” (ara: Church in Crisis, in The Irish News, Friday, December 4, 2009).
Fi ftit kliem mhux dejjem hu possibbli li nibqgħu marbuta mal-istrutturi tal-imgħoddi! Il-ħafna ilħna, il-ħafna dinamiċità fi ħdan is-soċjetà, jitolbu mill-Istat u mill-Knisja riforma. Ir-riforma tittrasforma u f’xi waqtiet tiddiversifika t-triq tal-Istat mit-triq tal-Knisja. Dan ma jfissirx li minn alleati, l-Istat u l-Knisja għandhom isiru għedewwa ta’ xulxin. Hemm ħafna lok biex jaħdmu u jikkollaboraw flimkien, anke jekk it-triq li jsegwu hi differenti.
F’għeluq il-Konferenza tal-Partit Laburista, Joseph Muscat għamel diskors li fih elenka issues etiċi li jinħtieġ li jkunu indirizzati permezz ta’ leġiżlazzjoni ekwiparata mal-mentalità kulturali u politika ta’ żminijietna. It-tiswir tal-politika jrid jkun f’sinkronija mal-mentalità kulturali ta’ żminijietna. Id-diskors tal-mexxej laburista ma kienx retorika politika, imma diskors li jirrifletti fejn qed iħabbat il-polz ta’ settur sostanzjali fi ħdan is-soċjetà Maltija u Għawdxija in ġenerali.
Il-polz bosta drabi jħabbat bħala effett ta’ ħafna weġgħat. Staqsi lill-imġarrab, jgħid il-Malti. Issa, staqsi lill-imġarrab mhux għall-konvenjenza, imma biex tisimgħu u possib-bilment tgħinu. Taqbel jew ma taqbilx mar-road map tal-Partit Laburista f’dak li jirrigwardja materji etiċi, bilfors li jkollok tagħtih kreditu għall-fatt li dawn il-ġrieħi fis-soċjetà mhux qed jixħithom taħt it-tapit, imma pjuttost qed jagħtihom l-attenzjoni li jimmeritaw.
Nifhem jien li issues ta’ din ix-xorta jistimulaw dis-kussjoni u dibattitu ċivili f’soċjetà li tqis lilha nfisha demokratika. Il-Partit La-burista ħoloq dibattitu, imma mhux daqshekk biss, irid ukoll leġiżlazzjoni li tirrifletti l-mentalità kulturali u politika. Isir żball jekk naqgħu fit-tgħajjir u nibdew niddemonizzaw il-personalità tal-mexxej laburista.
Hekk għamlu lil Dimech, hekk għamlu lil Strickland, hekk għamlu lil Mintoff, hekk għamlu lil Sant. Nittamaw li xi darba nitgħallmu. Altrimenti minn fejn għadda l-wied jerġa’ jgħaddi! Titnissel il-mibgħeda (bitter strife) li ċertament mhix imġieba Nisranija. Dan ikun ta’ dannu kemm għas-soċjetà ċivili, kif ukoll għall-Knisja. Soċjetà ċivili tagħżel id-dibat-titu u mhux il-ġlied.
Araw ftit x’ġara mill-ġlieda politko-reliġjuża. Is-sitt punti kif pproponuti mill-Partit Laburista daħlu. Aktar tard matul is-snin u taħt amministrazzjonijiet differenti daħlu ħafna punti oħra kif osserva tant tajjeb il-Prof Oliver Friggieri (ara: Fjuri li ma jinxfux. Tifkiriet 1955-1990, Malta 2008). Però, sfortunatament il-mibegħda li kienet miżrugħa fis-sittinijiet għadha tnixxi, kważi, kważi ħolqot ġerħa permanenti li ma titfejjaqx kif ġieb u laħaq! U allura wieħed irid jiddistingwi bejn diskors u diskors. Altru l-kritika ta’ Dun Anġ Seychell (f’l-orizzont) u altru l-banalitajiet tas-Sur Austin Bencini (fit-Times of Malta).
Il-Partit Laburista qed jaċċenna għal issues etiċi li huma għal kurrent tal-politika Ewropea. Biżżejjed nillimitaw lilna nfusna għat-tħaddim tal-politika fir-Renju Unit. Jitkellmu minn “social recession”, “broken Britain”, “chaotic families”, “couples penalty”, eċċ. eċċ.
Fl-artiklu li deher fit-TORĊA tal-Ħadd, 14 ta’ Frar 2010, kont għedt li Soċjetà ċivili titlob dibattitu serju dwar id-divorzju. Filwaqt li nsostni dak li għedt, illum navvanza proposta oħra, jiġifieri, li soċjetà ċivili titlob dibattitu serju dwar il-gay relationship. Naħseb li jkun utli jekk nik-konsidraw il-fehmiet esperti f’dan il-qasam, bħala l-punt tat-tluq għad-diskussjoni. L-ebda novità f’li qed ngħid.
Hu eżerċizzju mniedi mill-editur ta’ The Tablet, fejn fl-editorjal tal-ħarġa tas-6 ta’ Frar 2010, jqajjem il-problematika. Konxju mill-pożizzjoni tal-Knisja dwar ir-relazzjoni gay, l-editur jagħmel din l-osservazzjoni: “But to let that be all the Church has to say on the subject is to invite the animosity that was on display this week and to lose the sympathy of wide sections of the public. What gay Catholics say is that it is not so much the Church’s disapproval of their sexual activity that hurts and damages them, as its inability to comprehend and value their emotional lives, their relationships.”
L-editur iqajjem din il-mistoqsija: “Is the Church able to move beyond a sterile state of disapproval that is in danger of becoming part of its public profile?” Jikkonkludi billi jikkwota tliet awtoritajiet. Jgħid: “Fifteen years ago, the late Cardinal Basil Hume issued a ground-breaking statement of impeccable orthodoxy which included the passage: In whatever context it arises, and always respecting the appropriate manner of its expression, love between two persons, whether of the same sex or of a different sex, is to be treasured and respected... When two persons love, they experience in a limited manner in this world what will be their unending delight when one with God in the next. To love another is in fact to reach out to God, who shares his lovableness with the one we love.” Jissokta jikkwota, billi jgħid li f’okkażjoni oħra l-istess Kardinal stqarr li: “just because two men or two women love each other does not mean they have to be assumed to be in a sexual relationship – which suggests that even being in a civil partnership does not necessarily imply defiance of church teaching on sexual activity.”
L-editur jissokta jgħid: “There is also a context supplied by the present Pope, in his first encyclical Deus Caritas Est. He asks, quoting Friedrich Nietzsche, Doesn’t the Church, with all her commandments and prohibitions, turn to bitterness the most precious thing in life? Doesn’t she blow the whistle just when the joy which is the Creator’s gift offers us a happiness which is itself a certain foretaste of the Divine? His (qiegħed jirreferi għall-Papa Benedittu XVI) subject is eros, and the task he sets himself is the reintegration of erotic love into Christian spirituality, rather than, as Nietzsche thought, its denigration and rejection. The role of eros in homosexuality the Pope leaves alone, but it has a direct relevance in the light of what Cardinal Hume had to say.”
Fl-aħħarnett l-editur jik-kwotta silta mid-diskors li Fr Timothy Radcliffe OP riċentiment għamel lill-membri tal-Kleru Irlandiż. B’mod profetiku ddikjara: “We have told families with large numbers of children that no contraception is permitted, and young people who cannot afford to get married that their sexual behaviour must be strictly controlled, and gay people that nothing is permitted – and that they should be ashamed of their sexuality. Regardless of the rights and wrongs of church teaching, this has been exper-ienced by our people as a heavy burden.”
Mill-kwotazzjonijiet li silet, l-editur jikkonkludi li: “There is enough of a basis here for the Church to move on with confidence, if not doctrinally then at least pastorally.” Issa jekk din il-ħtieġa tinħass daqstant fil-kurituri tal-Knisja, kemm aktar hu raġjonevoli li qiegħda tinħass fil-kurituri ta’ Stat Lajk u Soċjetà pluralistika! Lil min b’mod malizzjuż spekula x’se jgħid Dr Joseph Muscat lil Benedittu XVI, nagħtih il-parir li jaqra l-editorjal ta’ The Tablet tat-23 ta’ Jannar 2010, li jġib l-isem: Different Pope, Different Britain, fejn l-editur Catherine Pepinster, bil-fehma f’moħħha taż-żjara li Benedittu XVI se jagħmel lill-Gran Brittanja f’Settembru li ġej, tikteb: “This is probably the area where the Pope needs to step most carefully, listening as much as speaking.” Jien persważ li Dr Joseph Muscat bl-ebda mod mhu se jħossu mbarazzat li jidher quddiem Benedittu XVI minħabba d-diskors li għamel dak inhar tal-Konferenza tal-Partit Laburista, kif ta x’jifhem is-sur Austin Bencini – dejjem jekk ma jwarrbuhx bħalma kienu warrbu lil Alfred Sant dak inhar tat-tieni żjara li Ġwanni Pawlu II kien għamel lil pajjiżna.
No comments:
Post a Comment