Wednesday, 17 March 2010

L-Orizzont: Sieq u żarbuna

17.3.10 minn Robert Martyn Gatt

Orġja

Nagħmilha ċara. La għandi xejn kontra l-ete rosesswali u lanqas kontra n-neokatekumeni. La kontra l-gay u lanqas kontra l-Knisja Kattolika Appostolika Rumana, partikolarment kontra l-Arċisqof Emeritus Monsinjur Ġużeppi Mercieca.

Imma mbagħad, kif kien jgħid Willie Shakespeare, aħjar kelma iżjed milli kelma inqas.

Mela niġi għas-suġġett. Kif qalu, meta l-Eċċellenza Tiegħu kien iltaqa’ mal-omosesswali, bħal speċi kellu x’jgħidilhom u biex jgħallimhom, beda jfissrilhom li ż-żarbun jintlibes fis-sa qajn u mhux fir-ras. Naħseb li fhimtni ras, hux?

Għalkemm veru l-Emeritus għan du raġun u kważi kulħadd jaqbel li fin-natura r-raġel maħ luq għall-mara bħalma ż-żar bu na maħluqa għas-sieq, meta ħsibt ftit intlift f’baħar ta’ nkwiet. Għax ħaqq dak li jixgħel ix-xem għa, jien mhux biss għandi żewġ saqajn imma wkoll xi erba’ pari żraben. Nittama li ħadd ma jak kużani li fis-subkonxju għandi xewqa ta’ xi orġja.



Gay zghir

Biex inkompli nitħawwad, sieħbi Peppi beda jfissirli li fid-dinja kulħadd jitwie led gay u eterosesswali fl-istess waqt.

Ma nafx fhimtux sew imma deherli li kien qed jippro va jipperswadini li meta nitwiel du fina jkollna gay żgħir imbagħad f’xi każi ta’ min jiżvi luppa u ta’ min ma jiżviluppax.

Teorija interessantissssima u ta’ min jirriċerka naqra fuqha. For si jkolli ħin inċempel waħda lil sieħbi Joseph Carmel Chetcuti, l-awtur ta’ “Queer Mediterranean Memories”, biex nara kemm hija qrib is-sewwa.

Personalment bilkemm nif ta kar x’kilt ilbieraħ aħseb u ara kemm niftakar x’kelli fija meta twelidt. Biex inpoġġi l-karti koll ha fuq il-mejda nistqarr li minn dak li kont nisma’ lil oħti l-kbira tgħid, jekk kelli gay żgħir fija meta twelidt kelli wkoll eterosesswali ġgantesk. Għax bil kemm tlaqt nimxi li ma bdejtx niġri wara n-nisa.



Skorfini

Komplejt nistordi meta kif qalu, fil-laqgħa mal-gay, l-Arċisqof Emeritus beda jkellimhom bl-eżempji u fost affarijiet oħrajn tkellem dwar kif il-vit jidħol fl-iskorfina. Metafora tal-ġenn li ngħid is-sew lanqas f’mitt qamar ma kie net għaddietli minn moħħi. Kwa żi kważi aktar oriġinali mill-metafora tas-sieq u ż-żar buna.

Meta l-każin ta’ fuq ipprovajt nurihom is-sbuħija ta’ din il-me ta fora, tgħidx kemm ipprovaw jgħadduni kamin.

Veru jien ma nafx għala noq għod nipprova naħsel ras il-ħmar imma billi l-Professur Assinov kien jgħid li “education is a life long process”, ngħid forsi tipprova llum u tipprova għada fl-aħħar idaħ ħlu xi ħaġa f’moħħhom.

Madankollu qabbżuhieli bl-ik rah meta għall-ewwel taparsi kie nu qegħdin jinteressaw ruħ hom imma mbagħad biex ji bil għuh fit-terramaxka staqsewni, “allura, Sur Gatt, min ma jiż żewwiġx ikollu skorfina nieq sa?”



Hefa

Lura għall-metafora tas-sieq u ż-żarbuna. Għal kemm fil-lingwa semitika s-sieq hija femminili, l-istess bħaż-żar buna, għal min ma jridx joqgħod isib ix-xagħra fl-imqarruna, jifhem eżatt x’ried jgħid u x’ried ifisser l-Arċisqof Emeritus.

Veru li llum hawn ruxxmata ma jaqblux miegħu. Biex tagħ qad, kemm ilu li daħlet il-mentalità divorzista hawn min qed isostni li ladarba ż-żarbun ikun qed iweġġgħek, int għandek kull dritt tixtri żarbun ieħor.

Hu x’inhu, iżda l-metafora tas-sieq u ż-żarbun hija waħda klas sika u tista’ twessagħha kemm trid.

Fuq l-istess linji nis tgħu nċa mawha li dawk li jagħż lu ċ-ċelibat ikunu qegħdin jiddeċiedu li f’ħajjithom jibqgħu ħafjin – bħall-Karmelitani Skalzi.



Kalzetti

Kellu raġun biex ibigħ il-ħabib tagħna Charles Clews meta kien jgħid li l-kliem bħaċ-ċirasa. Tibda titkellem fuq il-gays u ma trid xejn tis piċċa titkellem fuq il-pitravi u l-patata. U meta l-każin qbadni ha fuq is-sieq u ż-żarbuna, ir-riġel u l-qorq, għaddejna biex nit­kellmu wkoll fuq ir-ras u l-bar nuża. Imma fuq dan ngħidil kom xi darb’oħra.

Meta konna qegħdin nitkellmu fuq is-sieq u ż-żarbuna, la qatni Toni għax bilfors ried ikun jaf jekk iż-żarbun jintlibisx bil-kalzetti jew le. Skont hu fiż- żmi nijiet tal-lum kważi ħadd ma jrid jilbes iż-żarbun min -għajr kalzet ti, kemm għax hekk moda kif ukoll għax aktar komdu.

Imma n-naħa tagħna kulħadd jaf li Ġanni għandu moħħu dre naġġ u kultant aktar jaqbillek tħal lih jgħid għax malajr idaħ ħ lek f’xi basla.



Bestjalita'

Ma nafx kemm hu minnu, imma qalu wkoll li l-Arċisqof Emeritus beda jqabbel l-omosesswalità mal-ġibda lejn l-annimali, fi kliem ieħor mal-bestjalità. X’qal eżatt eżatt Monsinjur Mercieca, il-Bambin waħdu jaf, imma din tal-bestjalità lili tgħidx kemm kienet tinkwetani għax għal xi żmien kelli żewġ ħutiet tal-ilma ħelu tgħidx kemm kont miġbud lejhom.

Ma ħadtx ir-ruħ qabel iz-ziju l-patri, miskin, fissirli li hemm ġibda u hemm ġibda. Imma reġa’ tefagħni f’baħar ta’ nkwiet meta minħabba l-karattru arċi karitattevoli tiegħi pprova jiftaħli moħħi u qalli kemm-il dar ba li troppa bontà bestjalità.

Ma tagħtinix tort nitħawwad ras.



Kliem hazin

Jien qiegħed kif Alla jridni u aktar insibhom. Naħseb fl-aħħar nagħmel salib minn tuli u naqta’ passaġġ lejn l-Antartiku fejn in qas ma nara u inqas ma nisma’ aħjar. U ma tagħtinix tort ras. Ħa nispjegalek, ħu naqra paċenzja oħra.

Mela l-ħabib tiegħi John Pisani tgħidx kemm tkaża li l-artikolista Daphne Caruana Galizia kie net vulgari fil-Qorti. Iżda meta għafastu biex jgħidli eżatt xi kliem użat Daphne, weġibni li qalet “f***ing liar” allegattament fil-konfront tal-Maġistrat Dr Con suelo Scerri Herrera.

Issa ħin wisq x’naħli m’għan dix biex nikteb lil Daphne jew noq għod nidħol fil-blog tagħha biex nara x’qalet eżatt. Madan kollu anke l-aktar wieħed ebete jaf li “effe asteriska asteriska asteriska” mhix kelma vulgari. Daqs kemm mhix kelma vulgari FCUK.

rmgatt@hotmail.com

No comments:

Post a Comment