Friday, 4 June 2010

PL: Il-PN ma jemminx fi drittijiet civili

Esponent tal-Gvern jghid li l-Gvern ghandu jindahal fil-hajja privata tal-individwi
Ufficcju tal-Komunikazzjoni; Partit Laburista; Media Release
3 ta’ Gunju 2010

Il-kummenti ta’ esponent ewlieni tal-Partit Nazzjonalista li l-Gvern ghandu jindahal fil-hajja privata tal-individwi juri l-veru twemmin tal-Gvern ta’ Lawrence Gonzi, u d-differenza enormi li tezisti mal-hsieb tal-Partit Laburista.

Meta kien qed jitkellem il-bierah waqt laqgha tal-Kumitat ghall-Affarijiet Socjali tal-Parlament, ic-Chairman tal-istess kumitat, Edwin Vassallo, iddikjara bla tlaqliq li l-Gvern ghandu jindahal ukoll x’ jigri fil-kamra tas-sodda, jew fil-hajja privata tal-individwu.

Is-Sur Vassallo kien qed jirreagixxi ghal dak li qal il-Professur Anthony Zammit li tenna l-hsieb liberali tal-PL u l-Moviment tal-Progressivi u Moderati li l-Istat m’ ghandux jindahal fil-hajja privata tal-individwu.

Id-dikjarazzjoni ta’ Edwin Vassallo, kif ukoll l-attitudni li hadu kemm hu kif ukoll id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami waqt l-istess laqgha, tikxef il-fatt li l-PN ma jemminx fid-drittijiet civili, u li dikjarazzjonijiet f’ dan is-sens qabel kull elezzjoni huma biss pozi ta’ konvenjenza u mhux ta’ konvinzjoni.

No comments:

Post a Comment