Wednesday, 9 June 2010

L-Orizzont: Il-liġijiet tal-koabitazzjoni, id-divorzju u d-dritt ta’ ‘civil partnership’ huma meħtieġa

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=63376
4.6.10

Fir-reazzjoni tie­għu għall-proposti li saru fil-Ku­mitat Parlamentari għall-Af­farijiet Soċjali, il-Forum Żgħa­żagħ Laburisti saħaq li wa­sal iż-żmien li “nitkellmu fuq pakkett sħiħ ta’ miżuri legali konnessi mal-familja, u ma nistgħux nibqgħu nitkellmu f’iżolament dwar tema jew oħra.” Il-FŻL qal li hu jemmen li “l-liġi tal-koabitazzjoni hi meħtie­ġa biex ikun hemm sigurtà u ser­ħan il-moħħ għal kul­ħadd.”

“Ma jistax ikun li koppji li jkunu ilhom snin twal jikko­a­bitaw u jibnu l-assi tagħhom flimkien, wara l-mewt ta’ xi parti, il-parti l-oħra ma jkollha ebda drittijiet mis-suċċessjoni tal-‘partner’ tagħha.

“Ma jistax ikun li mara li tkun għamlet snin twal trabbi lil uliedha minn relazzjoni bar­ra ż-żwieġ, fid-dar tal-‘partner’ tagħha, tispiċċa mkeċċija mid-dar, mingħajr ebda dritti­jiet ta’ xejn, għax il-‘partner’ ikun iddejjaq fir-relazzjoni. Irridu nassiguraw ruħna li dan l-eżerċizzju tassew jindirizza l-problemi u jsolvi l-anomaliji,” il-FŻL sos­tna.

Fl-istess ħin il-FŻL jemmen li b’dawn il-propos­ti, il-Gvern ma jis­tax iser­raħ il-kuxjenza li qed jindi­rizza r-realtajiet ġodda li ħafna individwi qegħdin jiltaq­għu magħhom wara li l-esper­jen­za tagħhom, anke fiż-żwieġ, ma tkunx marret kif mixtieq.

Il-FŻL jinsisti li l-Gvern irid imexxi ’l quddiem liġi dwar id-divorzju. Il-FŻL jem­men li wasal iż-żmien li jkun introdott d-dritt ta’ ‘civil partnership’ għall-per­­suni omosesswali. “Id-dikjarazzjoni ta’ Gonzi, li dwar id-divorzju rridu niddiskutu mhix biż­żejjed. Dwar id-divor­zju ilna niddiskutu għal għe­xie­­ren ta’ snin.

“Dwar id-divorzju għandna nibdew inħej­ju leġislazzjoni ser­ja u res­ponsabbli. Jidher li Gonzi la għandu r-rieda u wisq inqas il-kuraġġ li jagħ­mel dan,” qal il-FŻL.

Fl-istess waqt li dawk il-koppji li jkunu kisbu divor­zju minn pajjiżi barranin, u liema divorzju jiġi rreġistrat f’Malta mill-Qrati tagħna, iku­nu jistgħu jerġgħu jiżżewġu f’pajjiżna u jevitaw kull problema li tista’ tinħoloq bejn koppji li jkunu qegħdin jikkoabitaw u ma jiżżewġux. Din forma ta’ diskri­minazzjoni li rridu naraw tintemm.

“Filwaqt li nemmnu li l-bażi tal-politika trid tkun li tis­saħħaħ il-familja, ninsistu li ma nistgħux nibqgħu ninjoraw ir-realtajiet li eluf ta’ persuni qegħdin jiltaqgħu magħ­hom. L-ebda miżura legali għaq­­lija mhu se tkisser il-fa­mil­ja – il-familji li għandhom jitkissru, diġà tkissru, u prop­rju l-assenza ta’ qafas legali b’saħħtu li qed ikompli jagħ­mel il-ħajja diffiċli għal kul­ħadd.

“Jekk dan l-eżerċizzju ma jsirx b’responsabilità, u ma jwe­ġibx għad-diffikultajiet u realitajiet li għandna fis-soċje­tà llum, nkunu qegħdin no­ħol­qu aktar inġustizzji, aktar distakk bejn il-familji u t-tfal, u aktar anomaliji legali li bil-pass li jittieħdu d-deċiżjonijiet f’pajjiżna idumu snin kbar sakemm jiġu indirizzati, filwaqt li s-soċjetà qiegħda tkom­pli tbati,” temm jgħid il-FŻL.

No comments:

Post a Comment