8.6.10 |
L-Isqof ta' Għawdex Mario Grech ħeġġeġ lill-Insara biex jaħsbuha sew qabel jitqarbnu ħalli ma jkunux ta' skandlu għall-oħrajn. Waqt li kien qiegħed jindirizza quddiesa pontifikali fil-Kattidral ta' Għawdex fl-okkażjoni tal-festa ta' Corpus Domini, Monsinjur Grech irrefera għal kif dan l-aħħar qiegħed jinxtered tagħlim li jmur kontra d-duttrina Kattolika dwar it-tqarbin u għalkemm ħafna jidhru reliġjużi fil-verità qegħdin jitilfu s-sens tas-sagru u b'hekk qegħdin jabbużaw mill-Ewkaristija. |
"B'differenza minn ħafna Nsara Protestanti, aħna nemmnu li l-preżenza ta' Ġesù fl-Ewkaristija tibqa' anke wara li tintemma l-quddiesa u għalhekk il-ħobż ikkonsagrat jinżamm fit-tabernaklu," hu sostna. |
No comments:
Post a Comment