Wednesday, 30 June 2010

L-Orizzont: Sabet lil żewġha għarwien fis-sodda ma' raġel ieħor

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=64078
30.6.10

Mara barranija kellha ż-żwieġ tagħha ma' raġel Malti annullat wara li rriżulta li kien ingannaha billi ħbielha li huwa omosesswali. Il-pro ċe duri għall-annullament bdew wara li qabditu għarwien fis-sodda ma' raġel ieħor.

Il-koppja kienu żżewwġu ċi vilment madwar sitt snin ilu wara li kienu ilhom jo ħor ġu flimkien ftit xhur. Il-mara qalet li għalkemm kien ikollhom relazzjonijiet intimi, żewġha kien jinsisti li jkollhom x'jaqsmu b'mod mhux naturali għax dawn l-af farijiet kienu jeċitawh.

Sadanittant bdiet tinnota li żewġha kien qed jiffrekwenta ħbieb li huma omosesswali, u dan il-fatt beda jdejjaqha għax dawn kienu dejjem iku nu fid-dar tagħhom.

Darba minnhom issorpren dietu waqt li kien għarwien fis-sodda ma' wieħed mill-ħbieb tiegħu, u eventwalment żewġ ha ammetta magħha li huwa omosesswali u peress li kien ħbielha dan il-fatt qabel iż-żwieġ, hija ħassitha li kienet ġiet ingannata minnu.

Biex tipprova aktar il-każ tagħ ha, il-mara pproduċiet sen tenza fejn żewġha kien instab ħati flimkien ma' raġel ieħor li tlajja għall-prostituzzjoni fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.

Fid-dawl tal-fatt li r-raġel ik konferma dak kollu li qalet dwaru martu, il-Qorti tal-Fa milja annullat iż-żwieġ min ħabba li ma kienx qalilha li fih hemm kwalità li mix-xorti tagħha tfixkel serjament il-ħaj ja miżżewġa u għalhekk ma kienx kapaċi li jassumi l-obbligi matrimonjali u jibni ma' martu komunjoni ta' ħaj ja u mħabba.

No comments:

Post a Comment