Saturday, 12 June 2010

KullHadd: Il-koabitazzjoni ... intom x’tahsbu?

http://www.kullhadd.com/201006051782/Opinjoni/il-koabitazzjoni-intom-xtahsbu.html
Saturday, 05 June 2010 15:22 Kevin Mercieca

Ghaliex sena wara l-ohra qieghed ikun hemm zieda fin-nies li jiddeciedu li jikkowabitaw? Int favur jew kontra l-koabitazzjoni? Bdejt l-artiklu tal-llum b’dawn iz-zewg domandi semplici ghax nahseb li f’suggett bhal dan huwa tajjeb li wiehed jirrifletti daqxejn u jara ezattament x’sinijikat fiha l-hajja ghalih, specjalment fejn tidhol ir-rabta ta’ koppja. Nemmen fl-ambitù ta’ dan kollu li kulhadd jaqbel li llum aktar minn qabel qedghin nghixu f’socjetà aktar tolleranti biex neghlbu c-cirku vizzjuz tad-diskriminazzjoni socjali, imma xorta wahda fadal lok ghal titjib.

Ftit tal-granet ilu, fis-17 ta’ Mejju kien l-Jum Dinji kontra l-Omofobija u t-Transfobija. Il-koabitazzjoni hija frekwenti hafna fost persuni li huma omosesswali, bisesswali u anki transesswali specjalment f’pajjizi bhal Malta fejn l-omosesswali u l-bisesswali m’ghandhomx dritt jizzewwgu. Int taqbel li l-omosesswali ghandhom jizzewgu? Personalment ma naqbilx li ghandhom jizzewgu ghal diversi ragunijiet fosthom ir-religjon taghna.

Ftit tal-granet ilu kien hemm intervista fuq l-Orizzont, ma membru tal-Malta Gay Rights Movement(MGRM). Il-persuna intervistata, Bernard Muscat qal li r-relazzjoni tal-koppja gay hija valida daqs dik ta’ koppja straight. Dan il-punt li qajjem Bernard huwa vitali ghax forsi hafna li huma eterosesswali jaraw lil koppja gay inferjuri fis-socjetà u din hija mentalità li nahseb maz-zmien trid tinbidel jekk irridu verament inaqqsu d-diskriminazzjoni minhabba l-orjentazzjoni sesswali tal-individwu.

Personalment jien ma naqbilx li persuni gay ikollhom dritt biex jizzewgu, izda naqbel li fir-rigward tal-koabitazzjoni m’ghandhomx isibu lil min jaghmilhom il-bsaten fir-roti.
Nistghu nghidu ukoll li l-koabitazzjoni qed issir popolari ukoll ma persuni eterosesswali. X’huma r-ragunijiet ghaliex koppja eterosesswali tiddeciedi li tikkoabita qabel iz-zwieg?

Jien nitkellem ma’ diversi zghazagh u hafna minnhom jibzghu mir-rabta li jgib iz-zwieg, uhud minnhom ma jemmnux biz-zwieg, filwaqt li ohrajn qabel jizzewgu huma tal-fehma li jikkoabitaw.
Nahseb ir-rabta taz-zwieg fiha s-sabih u l-ikrah taghha, però biex nkun daqxejn ottimist nahseb fiha aktar sabih.

Ghaldaqstant nemmen li billi qabel iz-zwieg koppja tiddeciedi li tikkoabita, m’hemm xejn hazin, anzi nahseb fiha aktar vantaggi milli zvantaggi.
L-ewwelnet kemm il-guvni kif ukoll it-tfajla jkunu qedghin jiehdu idea ta’ kif tkun il-hajja ta’ koppja mizzewga, Dan ifisser li jkunu jistghu wkoll jsiru jafu aktar lil xulxin ghax issa mhux qed jiltaqghu ftit sighat flimkien anzi bil-kontra qedghin jghixu granet shah flimkien.

Galadarba qed tghix gurnata wara l-ohra mal-partner tieghek, ikollok aktar cans tara d-difetti ta’ dak li jkun u ghaliex le qabel iz-zwieg kemm it-tfajla kif ukoll il-guvni jiddiskutu flimkien id-difetti zghar li jkunu sabu f’xulxin biex b’hekk ikun hemm lok ghall-titjib fir-relazzjoni taghhom fil-hajja wara z-zwieg.

Min-naha l-ohra l-koabitazzjoni bhal mitt haga ohra fiha ukoll l-izvantaggi taghha sfortunatament. Meta koppja jkunu qedghin jikkoabitaw qabel ma jizzewgu, aktar hemm cans li wiehed minnhom mal-inqas problema taqbizlu u minnufih jdawwar fehmtu flok jizzewweg.

Ma jistax jkun li mal-ewwel problema, taqbad u tissupervja. Jekk tixtieq tidhol ghaz-zwieg, trid tkun ottimist u taccetta li diehel ukoll ghal sagrificji godda f’hajtek. Issib individwi sfortunatament li jaghmlu uzu mill-koabitazzjoni biex jiggerew ma’ dik u l-ohra, kemm guvintur kif ukoll tfajliet, izda f’Malta personalment ftit smajt kazi ta’ din il-kwalità.

Genwinament nhoss li jekk kull wiehed minna huwa ta’ rieda tajba u verament jixtieq jibni familja maqghuda, ghandu juza’ il-koabitazzjoni mhux ghall-interessi tieghu, izda ghax verament jixtieq li ‘l quddiem iz-zwieg tieghu ma jkunx falliment totali.

Dejjem ftakar li z-zwieg huwa rigal sabih minghand Alla, izda fl-ahhar mill-ahhar int trid tkun biex taghmel uzu minnu bl-ahjar mod...jekk mintix lest ghas-sagrificji li jirrrekjedi z-zwieg, insa li xi darba qatt jista’ jkollok il-familja li dejjem hlomt li jista’ jkollok.

Min huwa interessat jista’ jismaghni nitkellem fuq suggetti attwali li jikkoncernaw liz-zghazagh fuq : http://www.radjuhompesch.com/new_site/, kull nhar ta’ Tnejn fis-7.30am, repetizzjoni l-Erbgha fit-7.45pm.


[Dan l-artiklu deher ukoll fl-Orizzont (15.6.10?): http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=63637]

No comments:

Post a Comment